EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0050

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 50/2004 tad- 9 ta’ Jannar 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u kwoti tat-tariffi tal-ftuħ, u li jidderoga minn dak ir-Regolament

OJ L 7, 13.1.2004, p. 9–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 042 P. 88 - 98
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 042 P. 88 - 98
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 042 P. 88 - 98
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 042 P. 88 - 98
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 042 P. 88 - 98
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 042 P. 88 - 98
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 042 P. 88 - 98
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 042 P. 88 - 98
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 042 P. 88 - 98
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 052 P. 168 - 178
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 052 P. 168 - 178
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 038 P. 79 - 89

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/50/oj

32004R0050



Official Journal L 007 , 13/01/2004 P. 0009 - 0019


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 50/2004

tad- 9 ta’ Jannar 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib u kwoti tat-tariffi tal-ftuħ, u li jidderoga minn dak ir-Regolament

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], u partikolarment l-Artikolu 26(3) u 29(1) tiegħu,

billi:

(1) Il-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 [2] jikkonċerna l-iktar, kwota annwali għall-butir, li ma tkunx maqsuma tul is-sena. Biex taċċetta l-importazzjoni taħt din il-kwota biex tkun imqassma ndaqs tul is-sena tal-kwota, biex tassigura provvista xierqa tas-suq intern, il-kwota msemmija għandha tkun allokata f’żewġ porzjonijiet ta’ sitt xhur il-wieħed, u trid tieħu ħsieb l-iżvilupp storiku tal-prodott konċernat fil-perjodu tal-kwota.

(2) Il-Kapitolu I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jikkonċerna kwoti allokati fuq bażi ta’ żewġ perjodi ta’ sitt xhur f’Jannar u Lulju ta’ kull sena. Minħabba l-adeżjoni ta’ l-10 Stati Membri ġodda fl-1 ta’ Mejju 2004, l-operaturi ta’ dawn il-pajjiżi għandhom jingħataw l-opportunità biex jipparteċipaw fil-kwoti tal-Komunità minn dik id-data. Sa dan l-aħħar, il-kwantitajiet miftuħa f’Jannar 2004 għandhom ikunu limitati għall-kwantitajiet ekwivalenti għall-perjodu minn Jannar sa April 2004. Madankollu, din l-allokazzjoni ma għandhiex tapplika għall-kwoti tas-sena kalendarja, fejn dawk il-kwoti huma karatterizzati minn użu inqas mill-perjodi ta’ qabel.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jinkludi regoli dettaljati biex ikunu applikati, fil-ħalib u fis-settur tal-prodotti tal-ħalib, l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni kif previst fil-Ftehim Ewropew bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, ta’ parti waħda, u xi pajjiżi ta’ l-Ewropa ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant, fuq il-parti l-oħra. Biex ikunu implimentati l-konċessjonijiet previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/452/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, li jaħdmu fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea, ta’ parti waħda, u r-Repubblika ta’ l-Islovenja, tal-parti l-oħra, biex jieħdu ħsieb ir-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet dwar konċessjonijiet ġodda agrikoli bejn xulxin [3], ċerti kwoti eżistenti għandhom jiżdiedu.

(4) Sabiex iżommu l-Kummissjoni nfurmata dwar it-tibdiliet fil-komposizzjoni tal-ġobon impurtat taħt kwoti differenti, skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 l-operaturi għandhom jindikaw ċertu kontenut fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ l-importazzjoni. Fejn il-kontenut li jidher ikun iktar minn dak li jidher fl-Anness XIII, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni ta’ dan. In-notifikazzjonijiet li tirċievi l-Kummisjjoni minħabba li timponi din l-obbligazzjoni turi grad ta’ stabilità fil-komposizzjoni tal-ġobon impurtat, rigward it-tip u l-oriġini tal-ġobon. In-notifikazzjonijiet jipproduċu ħafna xogħol għas-servizzi tad-dwana u għall-Kummissjoni, u jipproduċu volum sostanzjali ta’ dokumenti, waqt li l-eċċessività fuq il-kontenut bażiku hija negliġibbli f’ħafna każijiet. Allura n-notifikazzjonijiet għandhom ikunu limitati għal każijiet fejn il-kontenut huwa għoli b’mod anormali, billi jkun addattat il-kontenut fl-Anness XIII. Barra minn hekk, għal ċerti kategoriji ta’ ġobon, il-vantaġġ li jinkisbu notifikazzjonijiet fuq l-eċċessività tal-kontenut fl-Anness XIII approva li kienu negliġibbli, bħal kull varjazzjoni fil-kontenut konċernat jibqa’ f’intervalli iffissati fid-deskrizzjoni ta’ dawk il-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda. In-notifikazzjonijiet għall-prodotti msemmija għandhom ikunu mneħħija minħabba dan.

(5) New Zealand bagħtet l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-korp ġdid li ħiereġ. L-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 b’hekk għandhu jkun aġġornat.

(6) Fid-dehra ta’ l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda fl-1 ta’ Mejju 2004, il-perjodu ta’ validità tal-liċenzi użati għall-importazzjoni li joriġinaw fl-Istati Membri ġodda għandhom ikunu limitat sat-30 ta’ April 2004. B’hekk għandha ssir deroga mill-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

(7) L-allokazzjoni tal-kwota għall-butir li taqa’ taħt il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 f’perjodi ta’ sitt xhur taffettwa r-ritmu tal-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ IMA 1 mill-korp maħruġ mill-pajjiż terz konċernat. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawn il-pajjiżi u operaturi interessati jkunu jistgħu jieħdu nota ta’ din l-emenda qabel tidħol fis-seħħ, u skond l-impenni internazzjonali tal-Kommunità, terminu perentorju adegwat għandu jiġi stabbiliti bejn il-pubblikazzjoni u d-data li fiha tibda sseħħ l-allokazzjoni tal-kwota msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, ladarba l-korpi maħruġa tal-pajjiżi terzi setgħu joħorġu ċertifikati ta’ l-IMA 1 għall-2004 mill-1 ta’ Novembru 2003, il-kwistjoni tal-liċenzi ta’ l-importazzjoni għaċ-ċertifikati kollha ta’ l-IMA 1 maħruġa sal-ġurnata qabel il-ġurnata li fiha tibda sseħħ l-allokazzjoni tal-kwota għandha tkun awtorizzata.

(8) Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għalhekk għandu jkun emendat u dderogat.

(9) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 24(2) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"2. l-Anness III ta’ dan ir-Regolament jiddikjara id-doveri li jridu jiġu applikati u, fil-każ ta’ l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a), il-kwantitajiet massimi li jiġu impurtati permezz tal-perjodu tal-kwota."

2. is-subparagrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 26(2):

"Madankollu, għan-numru tal-kwota 09.4589, iċ-ċertifkati ta’ l-IMA 1 jistgħu jinħarġu:

(a) mill-1 ta’ Novembru ta’ kull sena, validu mill-1 ta’ Jannar li ġej, għall-kwantitajiet li ma jaqbżux il-kwantità massima ta’ l-ewwel perjodu tal-kwota ta’ dik is-sena, kif msemmi fl-Anness III.A. Madankollu, l-applikazzjonijiet tal-liċenza ta’ l-importazzjoni jistgħu jkunu alloġġati biss mill-ewwel ġurnata tax-xogħol ta’ Jannar;

(b) mill-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, validi sa mill-1 ta’ Lulju li ġej, għall-kwantitajiet li jifdal tal-kwantità annwali tal-kwota, kif msemmija fl-Anness III.A. Madankollu, l-applikazzjonijiet tal-liċenza ta’ l-importazzjoni jistgħu jkunu alloġġati biss mill-ewwel ġurnata tax-xogħol ta’ Lulju."

3. L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) Il-Parti I.A hija mibdula mit-test fl-anness I ta’ dan ir-Regolament.

(b) Fil-Parti I.B, il-punti 5, 6 u 10 huma mibdula mit-test fl-ANNESS II ta’ dan ir-Regolament.

(ċ) Il-Parti I.F u I.H huma mibdula bit-test fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

4. fl-Anness III.A, id-dettalji li jrrelataw man-numru tal-kwota 09.4589 huma mibdula mit-test fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

5. fl-Anness XII, id-dettalji li jirrelataw mal-korp maħruġ għal New Zealand huma mibdula b’dan li ġej:

"Isem | Post |

Is-Sigurtà ta' l-Ikel ta' New ZealandL-Awtorità | South Tower 68-86 Jervois Quay PO Box 2835 Wellington New Zealand Nru tat-Telefon: (64-4) 463 2500 Fax (64-4) 463 2501" |

6. L-Anness XIII huwa mibdul bit-test fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

B’deroga mill-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, il-perjodu ta’ validità tal-liċenzi għandu jiskadi fit-30 ta’ April 2004 għall-:

(a) importazzjoni taħt il-kwoti msemmija f’punti mill-1 sa 4 u minn 7 sa 10 ta’ l-Anness I.B;

(b) importazzjoni li toriġina mill-stati Membri ġodda taħt il-kwoti msemmija fl-Anness I.A.

Artikolu 3

B’deroga mill-Artikolu 24(2) u 26(2), għall-2004, għan-numru tal-kwota 09.4589, il-liċenzi ta’ l-importazzjoni jistgħu jkunu maħruġa fuq preżentazzjoni taċ-ċertifikati ta’ l-IMA 1 maħruġa sal-ġurnata qabel il-ġurnata li fiha d-dispożizzjonijiet msemmija fil-punti 1 u 2 ta’ l-Artikolu 1 jidħlu fl-applikazzjoni.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-punti 1, 2 u 4 ta’ l-Artikolu 1, u l-Artikolu 3, għandhom jgħoddu mill-ġurnata 21 wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-punti 3, 5 u 6 ta’ l-Artikolu 1, u l-Artikolu 2, għandhom jgħoddu mill-1 Jannar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Jannar 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1787/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 121).

[2] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2012/2003 (ĠU L 297, tal-15.11.2003, p. 19).

[3] ĠU L 152, 22.06.03, p. 22.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"I.A

KWOTI TAT-TARIFFI MHUX SPEĊIFIKATI BIL-PAJJIŻ TA’ L-ORIĠINI

Numru tal-kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Il-Pajjiż ta' l-oriġini | Kwota ta' kull sena | Kwota mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April 2004 | Kwota mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' Ġunju 2004 | Id-dazju ta' l-importazzjoni (EUR/100 kg piż net) |

09.4590 | 04021019 | Ħalib tat-trab xkumat | Il-pajjiżi terzi kollha | 68000 | 22667 | 11333 | 47,50 |

09.4599 | 04051011 | Butir u xaħmijiet oħra u żjut imnisslin mill-ħalib | Il-pajjiżi terzi kollha | 10000 | 3333 | 1667 | 94,80 |

04051019 | f'butir ekwivalenti |

04051030 |

04051050 |

04051090 |

04059010 |

04059090 |

09.4591 | ex04061020 | Ġobon tal-pizza, iffriżat, maqsum f'biċċiet li ma jiżnux iktar minn 1 gram, f'kontenituri b'kontenut net ta' 5 kg jew iktar, ta' kontenut ta' l-ilma, bilpiż, ta' 52 % jew aktar, u kontenut ta' xaħam bil-piż f'materja xotta ta' 38 % jew iktar | Il-pajjiżi terzi kollha | 5300 | 1767 | 883 | 13,00 |

ex04061080 |

09.4592 | ex04063010 | Emmentaler Ipproċessat | Il-pajjiżi terzikollha | 18400 | 6133 | 3067 | 71,90 |

04069013 | Emmentaler | 85,80 |

09.4593 | ex04063010 | Gruyère Ipproċessat | Il-pajjiżi terzi kollha | 5200 | 1733 | 867 | 71,90 |

04069015 | Gruyère, Sbrinz | 85,80 |

09.4594 | 04069001 | Ġobon għall-ipproċessar | Il-pajjiżi terzi kollha | 20000 | 6667 | 3333 | 83,50 |

09.4595 | 04069021 | Cheddar | Il-pajjiżi terzi kollha | 15000 | 5000 | 2500 | 21,00 |

09.4596 (jissokta) | ex04061020 | Frisk (mhux misjur jew jinkludi ġobon tax-xorrox, mhux immellaħ) ġobon, moxx, barra li Ġobon tal-pizza tan-numru tal-kwota 09.4591 | Il-pajjiżi terzi kollha | 19500 | 6500 | 3250 | 92,60 |

ex04061080 | 106,40 |

04062090 | Ġobon ieħor maħkuk jew tat-trab | 94,10 |

04063031 | Ġobon ieħor ipproċessat | 69,00 |

04063039 | 71,90 |

04063090 | 102,90 |

040640100406405004064090 | Ġobon bil-vina blu | 70,40 |

04069017 | Bergkäse u Appenzell | 85,80 |

04069018 | Fromage Fribourgeois, Vacherin Mont d'Or un Tête de Moine | 75,50 |

04069023 | Edamasiers |

04069025 | Tilsit |

04069027 | Butterkäse |

04069029 | Kashkaval |

04069031 | Feta, tal-ħalib tan-nagħġa jew tal-ħalib tal-buflu |

04069033 | Feta, ieħor |

04069035 | Kefalo-Tyri |

04069037 | il-Finlandja |

04069039 | Jarlsberg |

04069050 | Ġobon tal-ħalib tan-nagħġa jew tal-ħalib tal-buflu |

ex04069063 | Pecorino | 94,10 |

04069069 | Oħrajn |

04069073 | Provolone | 75,50 |

ex04069075 | Caciocavallo |

ex04069076 | Danbo, Fontal, Fynbo, Havarti, Maribo, Samsø |

04069078 | Gouda |

ex04069079 | Esrom, Italico, Kernhem, Saint-Paulin |

ex04069081 | Cheshire, Wensleydale, Lancashire, DoubleGloucester, Blarney, Colby, Monterey |

04069082 | Camembert |

04069084 | Brie |

04069086 | Ikun iktar minn 47 % imma ma jaqbix it-52 % |

04069087 | Ikun iktar minn 52 % imma ma jaqbix it-62 % |

04069088 | Ikun iktar minn 62 % imma mhux jaqbeż it-72 % |

04069093 | Ikun iktar minn 72 % | 92,60 |

04069099 | Oħrajn | 106,40" |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"I.B

5. Il-prodotti li joriġinaw mir-Rumanija

Numru tal-kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni(1) | Id-dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet (tunnellata metrika) |

Kwota ta' kull sena | Kwantitajiet mill- 1.1.2004 sat- 30.4.2004 | Kwantitajietmill-.5.2004 sat- 30.6.2004 | Żieda annwali mill-1 ta' Lulju 2004 |

09.4758 | 0406 | Ġobon u baqta (2) | B'xejn | 2 600 | 867 | 433 | 200 |

6. Il-prodotti li joriġinaw mill-Bulgarija

In-numru tal-kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni (1) | Id-dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet (tunnellata metrika) |

Kwota ta' kull sena | Kwantitajiet mill- 1.1.2004 sat- 30.4.2004 | Kwantitajiet mill- 1.5.2004 sat- 30.6.2004 | Żieda annwali mill-1 ta' Lulju 2004 |

09.4675 | 040310110403101304031019040310310403103304031039 | B'xejn | 500 | 167 | 83 | 0 |

09.4660 | 0406 | Ġobon u baqta (2) | B'xejn | 6400 | 2133 | 1067 | 300 |

10. Il-prodotti li joriġinaw mis-Slovenja

In-numru tal-kwata | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni(1)(2) | Id-dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet ta' kull sena (tunnellata metrika) | 2004 kwantitajiet (tunnellata metrika) |

Mill- 1.1.2003 | Kwantitajiet miftuħa fl-2003 | Miftuħa f'Jannar 2004 |

09.4086 | 040210040221 | 20 % | 1500 | 1500 | 750 |

09.4087 | 040310 | | 20 % | 750 | 750 | 375 |

09.4088 | 040690 | | B'xejn | 600 | 450 | 450 (= 300 + 150)" |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

"I.F

IL-KWOTI TAT-TARIFFI TAĦT L-ANNESSI II U III TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-IŻVIZZERA FUQ KUMMERĊ TA’ PRODOTTI AGRIKOLI

In-numru tal-kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Id-dazju tad-dwana | Kwantitajiet tal-kwoti |

2003/2004 kwota | 2004 u wara mill-1 ta’ Lulju sat-30 Ġunju |

Total | mill-1.7 sat- 31.12.2003 | mill-1.7 sat- 31.12.2003 | mill-1.5 sat- 30.6.2004 |

09.4155 | ex040130 | Krema, ta’ mhux iktar minn 6 % kontenut tax-xaħam bil-piż | eżenti | 2 000 | 1 000 | 667 | 333 | 2 000 |

040310 | Yoghurt |

In-numru tal-kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Id-dazju tad-dwana | Kwantitajiet tal-kwoti |

2003/2004 kwota | 2004 | 2005 | 2006 | minn ta' l- 1.6.2007 |

Total | mill-1.7. sat- 31.12.2003 | mill-1.1. sat- 30.4.2004 | mill-1.5. sat- 30.6.2004 | mill-1 Lulju sat-30 ta' Ġunju | mill-1 Lulju sat-30 ta' Ġunju | mill-1 ta' Lulju sat-31 ta' Mejju |

09.4156 | ex0406 | Ġobnijiet oħra barra dawk imsemmija fl-ANNESS II | eżenti | 4250 | 2125 | 1417 | 708 | 5500 | 6750 | 7646 | mhux limitat |

I.H

IL-KWOTI TAT-TARIFFI TAĦT L-ANNESS I TAL-FTEHIM MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA

tunnellata metrika |

In-numru tal-kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Id-dazju tad-dwana | Quota |

Ta' kull sena | kull sitt xhur | 2003/2004 |

kull sitt xhur mill-1 ta' Lulju sat-31 ta' Diċembru 2003 | mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April 2004 | mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' Ġunju 2004 |

09.4781 | ex04069023 | Edam | eżenti | 3467 | 1733,5 | 1733,5 | 1155,7 | 577,8 |

ex04069039 | Jarlsberg |

04069078 | Norveġiż Gouda |

040690860406908704069088 | Norveġiż Ġobnijiet oħra |

09.4782 | 040610 | Ġobon frisk | eżenti | 533 | 266,5 | 266,5 | 177,7 | 88,8" |

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

"In-numru tal-kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Il-Pajjiż ta' l-oriġini | Kwota annwali minn Jannar sa Diċembru (kwantitajiet f'tunnellata metrika) | Kwota massima Jannar — Ġunju (kwantitajiet f'tunnellata metrika) | Id-dazju ta' l-importazzjoni (EUR/100 kg piż net) | Regoli biex jimtlew iċ-ċertifikati ta' l-IMA 1 |

09.4589 | ex04051011ex04051019 | Butir, li ilu sitt ġimgħat, li fih kontenut ta' xaħam bil-piż ta' mhux inqas minn 80 % imma inqas minn 82 % manifatturat direttament mill-ħalib jew krema mingħajr l-użu ta' materjal merfugħ, fi proċess waħdu, fih innifsu u mhux imfixkel | New Zealand | 76 667 | 42 167 | 86,88 | Ara l-Anness IV |

ex04051030 | Butir, li ilu sitt ġimgħat, b'kontenut ta' xaħam bil-piż ta' mhux inqas minn 80 % imma inqas minn 82 %, manifatturat direttament mill-ħalib jew krema mingħajr l-użu ta' materjal merfugħ, fi proċess waħdu, fih innifsu, mhux imfixkel li jista' jinvolvi l-krema li tgħaddi minn faæi fejn ix-xaħam tal-butir huwa kkonċentrat u/jew imqassam (il-proċessi msejħa "Ammix" u "Spreadable")" |

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

"

L-ANNESS XIII

Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Kontenutb'materja xotta bil-piż (%) | Kontenut ta' xaħam bil-piż (%) f'materja xotta | Il-kontenut ta' xaħam bil-piż (%) |

04061020 | Ġobon frisk | 58 | 71 | |

040630 | Ġobon ipproċessat | — | 56 | — |

04069001 | Ġobon għall-ipproċessar | 65 | 52 | |

04069013 | Emmentaler | 65 | 48 | |

04069021 | Cheddar | 65 | 52 | |

04069023 | Edam | 58 | 44 | |

04069069 | Ġobnijiet iebsa | 65 | 40 | |

04069078 | Gouda | 59 | 50 | |

04069081 | Cantal, Cheshire, Wensleydale, eċċ… | 64 | 52 | |

04069099 | Ġobnijiet oħra | | | 42 |

"

--------------------------------------------------

Top