Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0076

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/76/KE tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 2003/49/KE dwar il-possibilità għal ċerti Stati Membri li japplikaw perjodi transitorji għall-applikazzjoni ta' sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-ħlas ta' imgħax u royalties magħmula bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti

OJ L 157, 30.4.2004, p. 106–113 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 09 Volume 002 P. 23 - 24
Special edition in Estonian: Chapter 09 Volume 002 P. 23 - 24
Special edition in Latvian: Chapter 09 Volume 002 P. 23 - 24
Special edition in Lithuanian: Chapter 09 Volume 002 P. 23 - 24
Special edition in Hungarian Chapter 09 Volume 002 P. 23 - 24
Special edition in Maltese: Chapter 09 Volume 002 P. 23 - 24
Special edition in Polish: Chapter 09 Volume 002 P. 23 - 24
Special edition in Slovak: Chapter 09 Volume 002 P. 23 - 24
Special edition in Slovene: Chapter 09 Volume 002 P. 23 - 24
Special edition in Bulgarian: Chapter 09 Volume 002 P. 135 - 136
Special edition in Romanian: Chapter 09 Volume 002 P. 135 - 136
Special edition in Croatian: Chapter 09 Volume 001 P. 93 - 94

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/76/oj

32004L0076



Official Journal L 157 , 30/04/2004 P. 0106 - 0113


Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/76/KE

tad-29 ta' April 2004

li temenda d-Direttiva 2003/49/KE dwar il-possibilità għal ċerti Stati Membri li japplikaw perjodi transitorji għall-applikazzjoni ta' sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-ħlas ta' imgħax u royalties magħmula bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew [2],

Billi:

(1) id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar ta' sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-ħlas ta' imgħax u royaltiesmagħmula bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti tipprovdi għat-tneħħija tat-tassazzjoni fuq dawk il-ħlasijiet li jiġu dovuti fl-Istati Membri, iżda tiżgura wkoll li dawn il-pagamenti jkunu soġġetti għall-taxxa ta' darba fi Stat Membru.

(2) L-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/49/KE tista' toħloq problemi fl-ispiża tar-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u s-Slovakkja meta jiġu kkunsidrati r-rati ta' taxxa miżmuma applikabbli taħt il-liġi nazzjonali u fuq il-bażi ta' konvenzjonijiet dwar it-taxxa fuq l-introjtu u l-kapital u d-dħul hekk miġbur.

(3) Għalhekk dawk l-Istati ta' L-Adeżjoni għandhom jitħallew, fuq bażi temporanja, sad-data ta' l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2) u [3] tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 fuq tassazzjoni ta' introjtu ta' riservi fil-forma ta' ħlas ta' imgħax ma japplikawx ċerti disposizzjonijiet tad-Direttiva 2003/49/KE dwar, fil-każ tal-Latvja u l-Litwanja, ħlas ta' imgħax u ta' royalty, u fil-każ tar-Repubblika ¬eka, Polonja u Slovakkja, ħlas ta' royalty biss.

(4) Il-miżuri provduti f'din id-Direttiva mhuwix adattament fis-sens ta' l-Artikolu 57 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-2003.

(5) Peress li l-Istati Membri huma mitluba li jgħatu kreditu għal-taxxa mnaqqsa minn imgħax u ħlas ta' royalty, hemm bżonn li jiġi żgurat li din id-Direttiva tiġi trasposta sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-2003.

(6) L-urġenza tal-kwistjoni tiġġustifika eċċezzjoni għall-perjodu ta' sitt ġimgħat provdut f'punt I.3. tal-Protokoll fuq ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/49/KE huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. It-Titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Regoli transitorji għar-Repubblika Ċeka, il-Greċja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovakkja".

2. Paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"1. Il-Greċja, Latvja, Polonja u Portugall għandhom jiġu awtorizzati biex ma japplikawx id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 sad-data ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2) u [4] tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 fuq tassazzjoni ta' introjtu ta' riservi fil-forma ta' ħlas ta' imgħax tat- 2.6.2004 EN Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 195/33 introjtu fil-forma ta' ħlas ta' imgħax [5]. Matul perjodu transitorji ta' tmien snin li jibda mid-data msemmija qabel, ir-rata ta' taxxa fuq ħlas ta' imgħax jew royalties magħmula lill-kumpanija assoċjata ta' Stat Membru ieħor jew lill-istituzzjoni permanenti li tinsab fi Stat Membru ieħor ta' kumpanija assoċjata ta' Stat Membru m'għandhiex taqbeż 10 % matul l-ewwel erba' snin u 5 % matul l-aħħar erba' snin.

Il-Litwanja għandha tiġi awtorizzata sabiex ma tapplikax id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 sad-data ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE. Matul perjodu transitorji ta' sitt snin li jibda mid-data msemmija qabel, ir-rata ta' taxxa fuq ħlas ta' royalties magħmula lill-kumpanija assoċjata ta' Stat Membru ieħor jew lill-istituzzjoni permanenti li tinsab fi Stat Membru ieħor ta' kumpanija assoċjata ta' Stat Membru m'għandhiex taqbeż 10 %. Matul l-ewwel erba' snin tal-perjodu transitorji ta' sitt snin, ir-rata ta' taxxa fuq ħlas ta' imgħax magħmula lill-kumpanija assoċjata ta' Stat Membru ieħor jew lill-istituzzjoni permanenti li tinsab fi Stat Membru ieħor ta' kumpanija assoċjata ta' Stat Membru m'għandhiex taqbeż 10 % u matul s-sentejn ta' wara ir-rata ta' taxxa fuq ħlas ta' imgħax m'għandhiex taqbeż 5 %.

Spanja u r-Repubblika Ċeka għandhom jiġu awtorizzati, għall-ħlas ta' royalty biss, sabiex ma japplikax id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 sad-data ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE. Matul perjodu transitorji ta' sitt snin li jibda mid-data msemmija qabel, ir-rata ta' taxxa fuq ħlas ta' royalties magħmula lill-kumpanija assoċjata ta' Stat Membru ieħor jew lill-istituzzjoni permanenti li tinsab fi Stat Membru ieħor ta' kumpanija assoċjata ta' Stat Membru m'għandhiex taqbeż 10 %. Is-Slovakkja għandha tiġi awtorizzata sabiex ma tapplikax id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 matul perjodu transitorji ta' sentejn li jibda mill-1 ta' Mejju 2004.

Madankollu dawn ir-regoli transitorji għandhom jibqgħu soġġetti għall-applikazzjoni kontinwa ta' kull rata ta' taxxa inqas minn dawk imsemmija fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi provduti bi ftehim bilaterali konkluż bejn ir-Repubblika Ċeka, l-Greċja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall jew s-Slovakkja u Stati Membri oħra. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi unanimament, fuq proposta mill-Kummissjoni, dwar xi estensjoni ta' dawn il-perjodi transitorji. Qabel l-għeluq ta' xi perjodu transitorji msemmi f'dan il-paragrafu, il-Kunsill jista' unimament jiddeċiedi, fuq propota mill-Kummissjoni, fuq estensjoni possibli ta' dawn il-perjodi transitorji

2. Fejn kumpanija ta' Stat Membru, jew istituzzjoni permanenti li tinsab f'dak l-Istat Membru ta' kumpanija ta' Stat Membru:

- tirċievi imgħax jew royalties minn kumpanija assoċjata tal-Greċja, Latvja, Litwanja, Polonja jew Portugall,

- tirċievi royalties minn kumpanija assoċjata tar-Repubblika ¬eka, Spanja jew Slovakkja,

- tirċievi imgħax jew royalties minn istituzzjoni permanenti fil-Greċja, Latvja, Litwanja, Polonja jew Portugall, jew kumpanija assoċjata ta' Stat Membru

jew

- tirċievi royalties minn istituzzjoni permanenti li tinsab fir-Repubblika ¬eka, Greċja, Spanja Latvja Litwanja Polonja Portugall, jew Slovakkja

ta' kumpanija assoċjata ta' Stat Membru, l-ewwel Stat Membru għandha tħalli ammont indaqs tat-taxxa mħallsa fir-Repubblika ¬eka, Greċja, Spanja Latvja Litwanja Polonja Portugall, jew skond paragrafu 1 fuq dak l-introjtu bħala tnaqqis fuq l-introjtu tal-kumpanija jew istituzzjoni permanenti li tirċievi dak l-introjtu.

3. It-tnaqqis provdut fil-paragrafu 2 m'għandux jaqbez l-inqas:

(a) tat-taxxa mħallsa fir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, jew is-Slovakkja, fuq dan l-introjtu fuq il-bażi ta' paragrafu 1, jew

(b) dik il-parti tat-taxxa fuq l-introjtu ta' kumpanija jew istituzzjoni permanenti li tirċievi l-imgħax jew royalties, kif maħduma qabel jingħata t-tnaqqis, li huwa attribwit għal dak il-ħlas taħt il-liġi domestika ta' l-Istat Membru fejn tinsab il-kumpanija jew l-istituzzjoni permanenti."

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jitħares dan ir-Regolament mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. L 195/34 EN Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea tat- 2.6.2004.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn xi referenza fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġetta għal, u fid-data, tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, 29 April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] Opinjoni tal-21 ta' April 2004 (għadha mhux publikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] Opinjoni tat-28 ta' April 2004 (għadha mhux publikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 157, 26.06.03, p. 49.

[4] ĠU L 157, 26.06.03, p. 38.

[5] ĠU L 157, tas-26.6.2003, p. 38.

--------------------------------------------------

Top