Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0065

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/65/KE tas-26 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 2003/68 dwar il-limiti taż-żmienTest b'relevanza għaż-ŻEE

OJ L 125, 28.4.2004, p. 43–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 044 P. 191 - 191
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 044 P. 191 - 191
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 044 P. 191 - 191
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 044 P. 191 - 191
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 044 P. 191 - 191
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 044 P. 191 - 191
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 044 P. 191 - 191
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 044 P. 191 - 191
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 044 P. 191 - 191
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 056 P. 42 - 42
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 056 P. 42 - 42
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 044 P. 3 - 3

No longer in force, Date of end of validity: 23/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/65/oj

32004L0065



Official Journal L 125 , 28/04/2004 P. 0043 - 0043


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/65/KE

tas-26 ta' April 2004

li temenda d-Direttiva 2003/68 dwar il-limiti taż-żmien

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/68/KE [2] temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għalbiex tinkludi t-triflossistrobin, il-karfentrażon-etil, il-mesotrijone, il-fenamidone u l-isoksaflutole bħala sustanzi attivi fl-Anness I ma' din id-Direttiva.

(2) Wara l-inklużjoni ta' sustanza attiva ġdida, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi perjodu raġjonevoli taż-żmien għalbiex jimplimentaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva u b'mod partikolari għalbiex jagħmlu rivista ta' l-awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti u, l-iktar tard sat-tmiem ta' dan il-perjodu taż-żmien, għalbiex jittrasformaw dawn l-awtorizzazzjonijiet f'awtorizzazzjonijiet permanenti, li jemendawhom jew li jirtirawhom skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3) L-iskedi taż-żmien għall-implimentazzjoni mogħtijin fid-Direttiva 2003/68 mhumiex fl-istess linja ma' l-iskedi taż-żmien mogħtija għal sustanzi attivi oħra. Sabiex jiġi armonizzat l-avviċinament għas-sustanzi kollha skond il-fażi korrenti tar-rivisti, għandha tiġi evitata kull differenza konsiderevoli bejn l-iskedi taż-żmien li japplikaw għas-sustanzi attivi ġodda differenti.

(4) Huwa għalhekk approprjat li d-Direttiva 2003/68/KE tiġi emendata kif jixraq.

(5) Il-miżuri provvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 3/2003/KE huwa emendat kif ġej:

Il-paragrafu 2 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Għal kull wieħed mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih it-triflossistrobin, il-karfentrażon-etil, il-mesotrijone, il-fenamidone jew l-isoksaflutole jew bħala s-sustanza attiva waħdiena jew bħala wieħed minn numru ta' sustanzi attivi li lkoll ġew elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE l-iktar tard sat-30 ta' Settembru 2003, l-Istati Membri għandhom jagħmlu valutazzjoni mill-ġdid tal-prodott skond il-prinċipji uniformi pprovvduti fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Anness III ma' din id-Direttiva. Fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 4(1)(b), (ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jistabbilixxu dan, l-Istati Membri għandhom:

(a) fil-każ ta' prodott li jkun fih it-triflossistrobin, il-karfentrażon-etil, il-mesotrijone, il-fenamidone jew l-isoksaflutole bħala s-sustanza attiva waħdiena, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, meta meħtieġ, l-iktar tard sat-31 ta' Marzu 2005; jew

(b) fil-każ ta' prodott li jkun fih it-triflossistrobin, il-karfentrażon-etil, il-mesotrijone, il-fenamidone jew l-isoksaflutole bħala wieħed minn numru ta' sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, meta meħtieġ, sal-31 ta' Marzu 2005 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-iritrar fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, liema minnhom hija l-aħħar."

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KE (ĠU L. 77, tat- 13.3.2004, pġ. 50).

[2] ĠU L 177, tas-16.7.2003, pġ. 12.

--------------------------------------------------

Top