Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0032

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/32/KE tas-17 ta’ Marzu 2004 li temenda d-Direttiva 2001/32/KE dwar ċertu żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità

OJ L 85, 23.3.2004, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 043 P. 247 - 248
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 043 P. 247 - 248
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 043 P. 247 - 248
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 043 P. 247 - 248
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 043 P. 247 - 248
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 043 P. 247 - 248
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 043 P. 247 - 248
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 043 P. 247 - 248
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 043 P. 247 - 248
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 054 P. 212 - 214
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 054 P. 212 - 214

No longer in force, Date of end of validity: 22/07/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/32/oj

32004L0032



Official Journal L 085 , 23/03/2004 P. 0024 - 0025


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/32/KE

tas-17 ta’ Marzu 2004

li temenda d-Direttiva 2001/32/KE dwar ċertu żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għal pjanti jew prodotti ta’ pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], u partikolarment l-ewwel ta’ l-Artikolu 2(1)(h) tagħha,

Wara li,kunsidrat it-talbiet li għamlu l-Irlanda, l-Italja, l-Awstrija u l-Isvezja,

Billi:

(1) Taħt id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/32/KE tat-8 ta’ Mejju 2001 li tirrikonoxxi ċertu żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva 92/76/KEE [2], l-Irlanda u xi nħawi ta’ l-Italja u l-Awstrija kienu rikonoxxuti proviżorjament bħala żoni protetti dwar Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. għal perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Marzu 2004.

(2) Minn informazzjoni mogħtija mill-Irlanda u l-Awstrija bażata fuq stħarriġ, jidher li r-rikonoxximent proviżorju taż-żoni protetti għall-Irlanda u l-Awstrija dwar Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. għandu jkun estiż għal perjodu ieħor limitat.

(3) Minn informazzjoni mogħtija mill-Italja ibbażata fuq stħarriġ, jidher li xi nħawi fl-Italja m’għandhomx ikunu rikonoxxuti aktar bħala żoni protetti dwar Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al., waqt li inħawi oħra għandhom jiġu rikonoxxuti bħala "żoni protetti" dwar Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. għal perjodu ieħor limitat.

(4) Taħt id-Direttiva 2001/32/KE, xi nħawi fl-Isvezja kienu rikonoxxuti proviżorjament bħala żoni protetti dwar il-virus tal-beet necrotic yellow vein għal perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Marzu 2004.

(5) Minn informazzjoni mogħtija mill-Isvezja ibbażata fuq stħarriġ, jidher li dawk l-inħawi fl-Isvezja m’ għandhomx ikunu rikonoxxuti aktar bħala żoni protetti dwar il-virus tal-beet necrotic yellow vein.

(6) Id-Direttiva 2001/32/KE għandha, għalhekk, tkun emendata għal dawn ir-raġunijiet.

(7) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2001/32/KE hija emendata skond kif ġej:

1. L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a) it-tieni paragrafu hu mibdul bi:

"Fil-każ ta’ punt (b)(2) ta’ l-Anness, għall-Irlanda, għall-Italja (Apulia, Emilia-Romagna: provinċji ta’ Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; Lombardia; Trentino-Alto Adige: provinċji awtonomi ta’ Trento; Veneto: minbarra fil-provinċja ta’ Rovigo il-lokalitajiet ta’ Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta’ Padova il-lokalitajiet ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta’ Verona il-lokalitajiet ta’ Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all’Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), u għall-Awstrija (Burgenland, Carinthia, il-parti t’ isfel ta’ l-Awstrija, Tirol (id-distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria, Vjenna), dawn iż-żoni huma rikonoxxuti sal-31 ta’ Marzu 2006."

(b) it-tielet paragrafu huwa mħassar.

2. L-Anness huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-20 ta’ April 2004, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex titħares din id-Direttiva. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella korrispendenti bejn dawn id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-21 ta’ April 2004.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza meta jkunu pubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fl-oqsma koperti b’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Marzu 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva skond kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/116/KE (ĠU L 321, tas-6.12.2003, p. 36).

[2] ĠU L 127, tad-9.5.2001, p. 38. Id-Direttiva skond kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/46/KE (ĠU L 138, tal-5.6.2003, p. 45).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. Taħt l-intestatura (b), fil-punt 2, id-dħul fil-kolonna tal-lemin huwa mibdul b’dan li ġej:

"Spanja, Franza (Korsika), l-Irlanda, l-Italja (Abruzzi; Apulia; Basilicata; Calabria; Campania; Emilia-Romagna: provinċji ta’ Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardia; Marche; Molise; Piedemonte; Sardinja; Sqallija; Trentino-Alto Adige: provinċji awtonomi ta’ Trento; Toscana; Umbria; Valle d’Aosta; Veneto: minbarra fil-provinċja ta’ Rovigo il-lokalitajiet ta’ Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta’ Padova il-lokalitajiet ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta’ Verona il-lokalitajiet ta’ Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all’Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), u għall-Awstrija (Burgenland, Carinthia, il-parti t’ isfel ta’ l-Awstrija, Tirol (id-distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria, Vjenna), il-Portugall, il-Finlandja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)"

.

2. Taħt l-intestatura (d), fil-punt 1, id-dħul fil-kolonna tal-lemin huwa mibdul b’dan li ġej:

"Id-Danimarka, Franza (Bretagne), l-Irlanda, il-Portugall (l-Azores), il-Fillandja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)"

--------------------------------------------------

Top