This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0905
2004/905/EC: Commission Decision of 14 December 2004 laying down guidelines for the notification of dangerous consumer products to the competent authorities of the Member States by producers and distributors, in accordance with Article 5(3) of Directive 2001/95/EC of the European Parliament and of the Council (notified under document number C(2004) 4772)Text with EEA relevance
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 14 ta' Diċembru 2004 li tistipula linji ta' gwida għan-notifika ta' prodotti perikolużi tal-konsumatur lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri mill-produtturi u d-distributuri, skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/95/KE (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4772) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 14 ta' Diċembru 2004 li tistipula linji ta' gwida għan-notifika ta' prodotti perikolużi tal-konsumatur lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri mill-produtturi u d-distributuri, skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/95/KE (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4772) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 381, 28.12.2004, pp. 63–77
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 269M, 14.10.2005, pp. 124–138
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2024; Imħassar b' 32024D1761
|
14.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
124 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-14 ta' Diċembru 2004
li tistipula linji ta' gwida għan-notifika ta' prodotti perikolużi tal-konsumatur lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri mill-produtturi u d-distributuri, skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/95/KE
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4772)
(Test b'rilevanza ŻEE)
(2004/905/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodott (1), u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat mwaqqaf mill-Artikolu 15 tad-Direttiva 2001/95/KE,
Billi:
|
(1) |
Direttiva 2001/95/KE tistabbilixxi fl-Artikolu 5(3) li produtturi u distributuri għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet kompetenti jekk huma jafu jew għandhom ikunu jafu, abbażi ta' l-informazzjoni fil-pussess tagħhom u bħala professjonisti, li prodott li huma poġġew fis-suq huwa perikoluż skond it-tifsiriet u l-kriterji tad-Direttiva. |
|
(2) |
Anness I(2) għad-Direttiva 2001/95/KE jeħtieġ il-Kummissjoni, assistita minn Kumitat ta' rappreżentanti ta' l-Istati Membri, tfisser il-kontenut u tagħmel il-formola standard għan-notifika dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-produtturi u d-distibuturi lilll-awtoritijiet kompetenti nazzjonali fuq prodotti li ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet ġenerali tas-sigurtà, filwaqt li jiżguraw l-effettività u l-funzjonar tas-sistema ta' notifika. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, possibilment f'forma ta' gwida, kriterji sempliċi u ċari biex jiddeterminaw il-kondizzjonijiet speċjali, partikolarment dawk li jikkonċernaw ċirkostanzi jew prodotti iżolati, li għaliha notifika m'hijiex rilevanti. |
|
(3) |
L-obbligu li l-awtoritajiet ikunu nfurmati dwar prodotti perikolużi huwa element importanit għal sorveljanza aħjar tas-suq peress illi jippermetti l-awtoritajiet kompetenti jimmoniterjaw jekk il-kumpanniji ħadux il-miżuri neċessarji biex jindirizzaw ir-riskji maħluqa minn prodott li diġà tpoġġa fis-suq u biex jordnaw jew jieħdu miżuri addizzjonali jekk meħtieġ biex jiġu evitati r-riskji. |
|
(4) |
Sabiex jiġi evitat piż sproporzjonat fuq il-produtturi, distributuri u l-awtoritajiet kompetenti u biex tiġi faċilitata l-applikazzjoni effettiva ta' dan l-obbligu huwa xieraq illi jiġi stabbilit, minbarra formola standard, linji ta' gwida ta' operazzjoni dwar il-kriterji ta' notifika l-iżjed rilevanti kif ukoll aspetti prattiċi ta' notifika, li ser jiġu ppreżentati b'mod parikolari sabiex produtturi u distributuri ikunu assistiti fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/95/KE. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni b'din qed tadotta linji ta' gwida għan-notifika ta' prodotti perikolużi għall-konsumatur mill-produtturi u d-distributuri lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, skond il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/95/KE.
Dawn il-linji ta' gwida huma mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, fl-14 ta' Dicembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 11, tal-15.01.2002, p. 4.
ANNESS
Linji ta' gwida għan-notifikazzjoni ta' prodotti perikolużi għall-konsumatur lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-istati membri mill-produtturi u d-distributuri skond l-artikolu 5(3) tad-direttiva 2001/95/KE
1. DAĦLA
1.1. L-Isfond u l-għanijiet tal-linji ta' gwida
Id-Direttiva Ġenerali dwar is-Sigurtà tal-Prodott (DĠSP) għandha l-għan li tiżgura li l-prodotti mhux edibbli li jintużaw mill-konsumatur li jitpoġġew fis-suq ta' l-UE ma jkunux ta' periklu. Din fiha rabta biex il-produtturi u d-distributuri jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti kull tagħrif fuq ir-riżultati u l-miżuri dwar prodotti li jkunu perikolużi.
Id-DĠSP tagħti mandat lill-Kummissjoni, li tkun megħjuna mill-Kumitat tal-DĠSP ta' l-Istati Membri, biex tfassal gwida li tkun tiddefinixxi kriterji ħfief u ċari li jħaffu l-applikazzjoni effettiva ta' din ir-rabta. Barra minn hekk, il-gwida għandha tħaffef ix-xogħol ta' l-operaturi ekonomiċi u ta' l-awtoritajiet kompetenti billi tiddefinixxi l-kundizzjonijiet partikolari, l-aktar ċirkostanzi jew prodotti waħdanija, li għal dawn ma tkun meħtieġa l-ebda notifikazzjoni. Il-gwida għandha wkoll tiddefinixxi l-kontenut waqt li tistabbilixxi l-formola bażika li l-produtturi u d-distributuri għandhom jużaw għan-notifikazzjonijiet li huma jibagħtu lill-awtoritajiet.
B'mod partikolari l-Kummissjoni hija responsabbli biex tiżgura l-effettività u t-tħaddim xieraq tal-proċedura tan-notifikazzjoni.
L-għanijiet ta' dawn il-linji ta' gwida għalhekk huma biex:
|
a) |
mill-punt ta' l-operat jiċċaraw l-għan ta' l-obbligi tal-produtturi u d-distributuri b'tali mod li t-tagħrif rilevanti biss għall-immaniġġjar tar-riskju jiġi nnotifikat, waqt li kull tagħrif żejjed ikun evitat; |
|
b) |
issir referenza għall-kriterji rilevanti biex ikun applikat il-kunċett ta' “prodotti perikolużi”; |
|
c) |
jipprovdu kriterji biex ikunu identifikati ċ-“ċirkostanzi jew prodotti iżolati” li għalihom ma tkun meħtieġa l-ebda notifikazzjoni; |
|
d) |
jiddefinixxu l-kontenut tan-notifikazzjonijiet, l-aktar it-tagħrif u d-data meħtieġa, u l-għamla li għandha tintuża; |
|
e) |
jidentifikaw għal min u kif in-notifikazzjoni għandha tintbagħat; |
|
f) |
jiddefinixxu l-azzjoni ta' ssuktar li l-Istati Membri li jirċievu notifikazzjoni għandhom jieħdu kif ukoll it-tagħrif li dawn għandhom jingħataw fuq dan l-issuktar. |
1.2. L-Istat u żviluppi oħrajn tal-linji ta' gwida
L-Istat
Dawn huma linji ta' gwida ta' l-operat. Dawn il-linji ta' gwida ġew adottati mill-Kummissjoni, wara li kienu saru konsultazzjonijiet ma' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat tal-DĠSP li jaġixxi skond il-proċedura konsultattiva.
Għalhekk, dawn jirrappreżentaw id-dokument tar-referenza għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-DĠSP b'rabta man-notifikazzjoni ta' prodotti li huma perikolużi għall-konsumatur li l-produtturi u d-distributuri għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.
Żviluppi oħrajn
Dawn il-linji ta' gwida jeħtieġ jiġu adattati fid-dawl ta' l-esperjenza u żviluppi ġodda. Il-Kummissjoni taġġornahom jew temendahom kif meħtieġ, b'konsultazzjoni mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15 tad-DĠSP.
1.3. Lil min huma indirizzati dawn il-linji ta' gwida
Dawn il-linji ta' gwida huma indirizzati lill-Istati Membri. Dawn għandhom jintużaw biex jiggwidaw lill-produtturi u d-distributuri tal-prodotti tal-konsumtur kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali magħżula bħala punti ta' kuntatt biex jirċievu t-tagħrif mill-produtturi u d-distributuri; dan biex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-kriterju tan-notifikazzjoni in kwistjoni.
2. TAQSIRA TAD-DISPOŻIZZJONIJIET FID-dĠsp FUQ IN-NOTIFIKAZZJONI MILL-PRODUTTURI U D-DISTRIBUTURI
2.1. L-Obbligu li jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri
Taħt id-DĠSP il-produtturi u d-distributuri għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti dwar jekk dawn ikunux jafu jew għandhomx ikunu jafu, fuq il-bażi tat-tagħrif li dawn ikollhom fil-pussess tagħhom u bħala professjonisti, li prodott li huma jkunu poġġew fis-suq ikunx perikoluż (skond id-definizzjonijiet u l-kriterji tad-Direttiva).
Ċirkostanzi jew prodotti “waħdanija” mhumiex inklużi fl-obbligu tan-notifika.
Il-produtturi u d-distributuri jistgħu jagħtu lill-awtoritajiet tagħrif preliminari fuq ir-riskju potenzjali ta' prodott hekk kif dawn isiru jafu bih. B'dan it-tagħrif l-awtoritajiet jistgħu jgħinu lill-produtturi u d-distributuri biex dawn iwettqu l-obbligu tagħhom tan-notifikazzjoni b'mod korrett. Barra minn hekk, dawn qed ikunu inkuraġġiti biex jikkuntattjaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom jekk ikollhom xi dubju dwar jekk ikunx jeżisti tabilħaqq ir-riskju ta' prodott.
2.2. Ir-raġuni u l-għanijiet għad-dispożizzjoni fuq in-notifikazzjoni
L-obbligu li dawn jgħarrfu lill-awtoritajiet dwar prodotti perikolużi huwa element importanti biex ikun hemm sorveljanza tas-suq u immaniġġjar tar-riskju aħjar.
Il-produtturi u d-distributuri, fil-limiti tal-ħidmiet rispettivi tagħhom, huma l-ewwelnett responsabbli biex jevitaw kull riskju li jkun ġej minn prodotti perikolużi. Mandankollu, il-produtturi u d-distributuri jistgħu ma jkunux ħadu (jew ma jkunux f'pożizzjoni li jieħdu) il-miżuri kollha meħtieġa. Barra minn hekk, prodotti oħrajn ta' l-istess tip jista' jkollhom riskji li jixbhu lil dawk marbuta mal-prodotti kkunsidrati.
L-għan tal-proċedura tan-notifikazzjoni huwa li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw jekk il-kumpaniji jkunux ħadu tabilħaqq il-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw ir-riskji li jkunu ġew minn prodott li jkun tpoġġa diġà fis-suq kif ukoll biex dawn jordnaw jew jieħdu miżuri oħrajn jekk ikun meħtieġ biex ikunu evitati dawn ir-riskji. In-notifikazzjoni tippermetti wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jagħmlu valutazzjoni dwar jekk dawn għandhomx jivverifikaw prodotti simili oħra li jkun hemm fis-suq. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirċievu tagħrif adegwat biex ikunu jistgħu jagħmlu valutazzjoni jekk l-operatur ekonomiku ikunx ħa miżuri adekwati b'rabta ma' prodott perikoluż. F'dan id-dawl għandu jkun innutat li d-DĠSP tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jagħmlu talba għal tagħrif addizzjonali jekk ikunu jħossu li mhumiex kapaċi jagħmlu valutazzjoni dwar jekk kumpanija tkunx ħadet il-miżuri meħtieġa dwar prodott perikoluż.
3. IL-KRITERJI TAN-NOTIFIKAZZJONI
3.1. L-Għan
L-ewwel kriterju għan-notifikazzjoni taħt id-DĠSP huwa li prodott għandu jkun fl-għan ta' din id-Direttiva u li l-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(3) jintlaħqu.
Għandu jkun innutat li kriterji separati għan-notifikazzjoni ta' prodotti edibbli perikolużi kienu twaqqfu bil-liġi ta' l-ikel ta' l-UE (Regolament Nru KE/178/2002 (1).
Jekk il-leġislazzjoni settorjali tal-Komunità fuq is-sigurtà tal-prodott twaqqaf obbligi tan-notifikazzjoni li jkollhom l-istess għanijiet, dawn jeskludu l-applikabbiltà ta' l-obbligu tad-DĠSP għall-kategoriji ta' prodotti li jkunu koperti bil-kriterji settorjali. Għal aktar tagħrif fuq ir-relazzjoni bejn il-proċeduri tan-notifikazzjoni u l-għanijiet tagħhom, jekk jogħġbok ara d-“Dokument Gwida fuq ir-Relazzjoni bejn id-DĠSP u Ċerti Direttivi tas-Settur.” (2) Dan id-dokument se jiġi żviluppat aktar, b'mod partikolari jekk fid-dawl ta' l-esperjenza ikun hemm xi koinċidenza jew inċertezza dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5(3) tad-DĠSP kif ukoll dwar kull tagħrif settorjali rilevanti jew kriterji tan-notifikazzjoni li jkun hemm fil-leġislazzjoni speċifika tal-Komunità.
Barra minn hekk, tajjeb li wieħed jinnota li dawn il-linji ta' gwida mhumiex rilevanti għal, u ma joħolqu l-ebda indħil fl-applikazzjoni tal-kriterji dwar “il-klawsoli ta' salvagwardja” u fi proċeduri oħrajn ta' notifikazzjoni stabbiliti bil-leġislazzjoni vertikali tal-Komunità fuq is-sigurtà tal-prodott.
Kriterji importanti għan-notifikazzjoni huma:
|
— |
il-prodott fl-iskop ta' l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva: prodott maħsub għal jew li x'aktarx se jintuża mill-konsumaturi (inkluż fil-kuntest ta' għoti ta' servizz jew prodotti użati); |
|
— |
l-Artikolu 5 tad-Direttiva huwa applikabbli (jiġifieri, l-ebda obbligu speċifiku simili m'huwa stabbilit b'leġislazzjoni oħra tal-Komunità, cf. l-Artikolu 1(2)(b) DĠSP); |
|
— |
il-prodott huwa fis-suq; |
|
— |
il-produttur jew id-distributur ikollu xhieda (mill-immonitorjar tas-sigurtà tal-prodotti fis-suq, mill-ittestjar, mill-kontroll tal-kwalità jew minn għejjun oħra) li l-prodott huwa perikolu kif iddefinit bid-DĠSP (dan ma jkunx jilħaq il-kriterju tas-sigurtà ġenerali, waqt li jitqiesu l-kriterji tas-sigurtà tad-DĠSP) jew inkella ma jkunx jilħaq il-kriterji tas-sigurtà tal-leġislazzjoni settorjali tal-Komunità rilevanti li tgħodd għall-prodott ikkunsidrat; |
|
— |
għalhekk, ir-riskji huma tali li l-prodott jista' ma jibqax fis-suq u l-produtturi (u d-distributuri) ikollhom l-obbligu li jieħdu azzjoni preventiva u korrettiva xierqa (billi jimmodifikaw il-prodott, twissijiet, tneħħija, sejħat lura, eċċ. kif ukoll skond iċ-ċirkostanzi speċifiċi). |
3.2. Il-Kriterju tas-sigurtà ġenerali u l-kriterji tal-konformità
Il-produtturi u d-distributuri għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jekk prodott li huma jkunu poġġew fis-suq ikollux riskju għall-konsumaturi “li ma jkunx kumpatibbli mal-kriterju tas-sigurtà ġenerali”. Il-produtturi huma obbligati li jpoġġu fis-suq prodotti “mhux perikolużi” biss. L-Artikolu 2(b) jiddefinixxi prodott mhux perikoluż bħala wieħed li “ taħt kundizzjonijiet ta' użu normali jew raġonevoli li huma previġġenti, inkluż iż-żmien u, fejn jgħodd, il-kriterji tat-tpoġġija fis-servizz, l-installazzjoni u ż-żamma tiegħu, dan ma jkun jippreżenta l-ebda periklu jew li inkella jkun jippreżenta biss ir-riskji minimi lu jkunu kumpatibbli ma' l-użu tal-prodott u li jkunu meqjusa bħala aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' ħarsien tas-sigurtà u s-saħħa tal-persuni, waqt li jitqiesu b'mod speċjali l-punti li ġejjin:
|
(i) |
il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi il-kompożizzjoni, l-ippakkjar, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil tiegħu u, fejn jgħodd, għall-installazzjoni u ż-żamma tiegħu; |
|
(ii) |
l-effett fuq prodotti oħra, fejn ikun jidher b'mod raġonevoli li dan se jintuża ma' prodotti oħrajn; |
|
(iii) |
il-preżentazzjoni tal-prodott, l-ittikkettjar, it-twissjiet u l-istruzzjonijiet kollha għall-użu u d-disponiment tiegħu u kull indikazzjoni oħra jew tagħrif ieħor dwar il-prodott; |
|
(iv) |
il-kategoriji tal-konsumaturi li jkunu f'riskju meta jintuża l-prodott, l-aktar it-tfal u l-anzjani. |
Il-flessibbiltà li jinkisbu livelli ogħla ta' sigurtà jew id-disponibbiltà ta' prodotti oħrajn li jkunu jippreżentaw grad inqas ta' riskju m'għandhiex issawwar raġunijiet biex il-prodott jitqies “perikoluż”.
Kull prodott li ma jilħaqx din id-definizzjoni għandu jitqies perikoluż (l-Artikolu 2(ċ), fi kliem ieħor, prodott ikun “perikoluż” meta dan ma jkunx jilħaq il-kriterju tas-sigurtà ġenerali (il-prodotti li jkun hemm fis-suq għandhom ikunu bla periklu).
L-Artikolu 3 tad-DĠSP jiddeskrivi kif il-konformità għandha tkun eżaminata b'referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali, l-istandards Ewropej u materjal ta' referenza ieħor. Fejn ma jkunx hemm standards Ewropej adattati, id-DĠSP għandha tippermetti elementi oħrajn biex jitqiesu fil-valutazzjoni tas-sigurtà ta' prodott: standards nazzjonali, kodiċi ta' prattika tajba, eċċ.
F'żieda ma' dawn t'hawn fuq, id-Direttiva tirreferi wkoll għal riskju serju, li huwa ddefinit fl-Artikolu 2(d) bħala “kull riskju serju, inklużi dawk li l-effetti tagħhom ma jkunux immedjati, li jkunu jeħtieġu intervent rapidu mill-awtoritajiet pubbliċi.”
Minkejja dan, id-Direttiva tagħraf li l-flessibbiltà li jinkisbu livelli ogħla ta' sigurtà jew id-disponibbiltà ta' prodotti oħrajn li jkollhom grad inqas ta' riskju ma ssawwarx raġunijiet biex prodott jitqies bħala “perikoluż”.
Il-livell ta' riskju jista' jiddependi fuq numru ta' fatturi, bħalma huma per eżempju t-tip u l-vulnerabbiltà ta' l-utent u sa fejn il-produttur ikun ħa miżuri ta' prekawzjoni kontra l-periklu u kemm ikun wissa lill-utent. Qed jitqies li dawn il-fatturi għandhom ikunu kkunsidrati wkoll biex jiġi stabbilit il-livell ta' riskju meqjus bħala perikoluż u biex il-produtturi javżaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan.
Riskju jista' jkun ir-riżultat ta' żball tal-manifattura jew tal-produzzjoni jew inkella jista' jkun ġej minħabba d-disinn ta' jew mill-materjali użati fil-prodott. Riskju jista' jiġi wkoll mill-kontenut, it-tiswir, it-tlestija, l-ippakkjar, twissijiet jew struzzjonijiet tal-prodott.
Biex ikun stabbilit jekk prodott huwiex perikoluż taħt it-termini tad-DĠSP għandhom jiġu eżaminati diversi punti: l-utilità tal-prodott, in-natura tar-riskju, il-gruppi tal-popolazzjoni esposti, l-esperjenza ta' qabel ma' prodotti simili, eċċ. Prodott mhux perikoluż m'għandu jkollu l-ebda riskju jew inkella jkun jippreżenta biss l-inqas riskju li jkun kumpatibbli ma' l-użu tal-prodott u meħtieġ biex ikun żgurat l-operat bżonnjuż tal-prodott.
Il-produtturi huma mistennija li jwettqu l-valutazzjoni ta' riskju tal-prodotti tagħhom qabel ma dawn jitpoġġew fis-suq. Dan se jifforma kemm il-bażi tal-konklużjoni tagħhom li l-prodott jilħaq l-obbligu tas-sigurtà ġenerali u li dan jista' jitpoġġa fis-suq, kif ukoll se jipprovdi referenza għal valutazzjoni mill-ġdid sussegwenti dwar tagħrif ieħor ta' riskju u jekk il-prodott ikomplix jilħaq id-definizzjoni ta' “prodott mhux perikoluż” jew jekk ikunx meħtieġ li ssir in-notifikazzjoni.
Jekk il-produtturi jew id-distributuri isiru konxji mit-tagħrif jew xhieda ġdida li prodott jista' jkun perikoluż, dawn għandhom jistabbilixxu jekk dan it-tagħrif iwassalx għall-konklużjoni li l-prodott huwa fil-fatt perikoluż.
Il-gwida msemmija f'dan id-dokument kienet żviluppata għal-“Linji ta' gwida għat-tmexxija tas-Sistema ta' Tagħrif Rapidu tal-Komunità (RAPEX) u għan-notifikazzjonijiet ppreżentati skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/95/KE”. (3) Din qed tiġi ppreżentata hawn biex tgħin lill-produtturi jew id-distributuri biex jiddeċiedu jekk sitwazzjoni speċifika kkawżata minn prodott tal-konsumatur tkunx tiġġustifika li tintbagħat notifikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti. Din tippreżenta qafas metodoloġiku maħsub biex imexxi 'l quddiem il-konsistenza u ma jqisx il-fatturi kollha possibbli, iżda għandu jħaffef ġudizzji li jkunu konsistenti, irraġunati u professjonali fuq ir-riskji li jkunu ġejjin minn prodotti speċifiċi tal-konsumatur. Madankollu, jekk il-produtturi jew id-distributuri jqisu li huma jkollhom xhieda bbażata fuq kunsiderazzjonijiet differenti dwar il-ħtieġa għan-notifikazzjoni, dawn għandhom jagħmlu din in-notifikazzjoni.
Il-produtturi jew id-distributuri għandhom janalizzaw it-tagħrif miġbur u jiddeċiedu dwar jekk sitwazzjonijiet perikolużi partikolari għandhomx ikunu nnotifikati lill-awtoritajiet waqt li jqisu:
|
— |
il-gravità ta' l-effett tal-periklu, skond il-qawwa u l-probabbiltà tal-ħsara tas-saħħa/sigurtà possibbli. Li l-qawwa u l-probabbiltà jingħaqdu flimkien iwassal biex tinkiseb il-valutazzjoni tal-gravità tar-riskju. L-eżattezza ta' din il-valutazzjoni tiddependi fuq il-kwalità tat-tagħrif disponibbli lill-produtturi jew lid-distributur. Il-qawwa tal-ħsara għas-saħħa/sigurtà għal periklu partikolari għandha tkun dik li għaliha jkun hemm xhieda raġonevoli li l-ħsara għas-saħħa/sigurtà ikkawżata minn prodott tkun tista' sseħħ taħt użi mistennija. Dan jista' jkun l-agħar każ ta' ħsara għas-saħħa/sigurtà li jkun seħħ ma' prodotti simili. Il-probabbiltà tal-ħsara għas-saħħa/sigurtà għal utenti normali li għandu esponiment li jikkorrispondi għall-użu maħsub jew irraġunat tal-prodott difettuż għandha titqies kif ukoll il-probabbiltà li l-prodott ikun jew jista' jsir difettuż. Id-deċiżjoni dwar in-notifikazzjoni m'għandhiex tkun influwenzata min-numru ta' prodotti li jkun hemm fis-suq jew min-numru ta' nies li setgħu kienu milquta minn prodott perikoluż. Dawn il-fatturi jistgħu jitqiesu biex tittieħed deċiżjoni fuq it-tip ta' azzjoni li jeħtieġ tittieħed biex tissewwa l-problema. |
|
— |
il-fatturi li jolqtu l-livell tar-riskju bħat-tip ta' l-utent u, għall-adulti li ma jkunux vulnerabbli, jekk il-prodott ikollux twissijiet u salvagwardji tajba u jekk il-periklu ikunx ovvju biżżejjed. Soċjetà taċċetta riskji ogħla f'ċerti ċirkostanzi (eż. bħalma huwa l-monitoraġġ), milli f'oħrajn (eż. bħalma huma l-ġugarelli tat-tfal). Huwa meqjus li fost il-fatturi importanti li jolqtu l-livell tar-riskju hemm il-vulnerabbiltà tat-tip ta' persuna affettwata u, għall-adulti li mhumiex vulnerabbli, l-għarfien dwar ir-riskju u l-possibbiltà li jittieħdu prekawzjonijiet kontrih. It-tip ta' persuna li tuża prodott għandu jitqies sew. Jekk prodott x'aktarx ikun se jintuża minn nies li huma vulnerabbli (bħalma huma t-tfal, l-anzjani) il-livell ta' riskju li għandu jiġi nnotifikat għandu jkun stabbilit fuq livell aktar baxx. Għal adulti li mhumiex vulnerabbli, il-livell tar-riskju li jkun għoli biżżejjed li jkun jeħtieġ notifikazzjoni għandu jiddependi fuq jekk il-periklu ikunx wieħed ovvju u meħtieġ għat-tħaddim tal-prodott u jekk il-manifattur ikunx ta attenzjoni biżżejjed biex jipprovdi salvagwardji u twissijiet, speċjalment jekk il-periklu ma jkunx wieħed ovvju. |
L-Anness II jagħti aktar dettalji fuq l-istima tar-riskju u l-metodu tal-valutazzjoni ta' l-istima żviluppat għal-“Linji ta' gwida għall-immaniġġjar tas-Sistema ta' Tagħrif Rapidu tal-Komunità (RAPEX) u għan-notifikazzjonijiet ippreżentati skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/95/KE”. Metodi oħra jistgħu jkunu adattati u l-għażla tal-metodu tiddependi fuq ir-riżorsi u t-tagħrif li jkunu disponibbli.
Il-produtturi u d-distributuri għandhom ikunu inkuraġġiti biex jikkuntattjaw lill-awtoritajiet jekk ikollhom xhieda dwar problema potenzjali biex jiddiskutu jekk tkunx meħtieġa n-notifikazzjoni. L-awtoritajiet għandhom ikunu responsabbli biex jgħinuhom jilħqu b'mod korrett l-obbligu tan-notifikazzjoni tagħhom.
3.3. Il-Kriterji biex ma jkunx hemm notifikazzjoni
Iċ-ċirkulazzjoni ta' tagħrif għandha titmexxa minn żewġ naħat: l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet. Il-proċedura tan-notifikazzjoni għandha jkollha x'taqsam biss ma' każijiet iġġustifikati waqt li jitqiesu l-kriterji msemmija fuq u waqt li jkun evitat li s-sistema tkun mgħobbija ż-żejjed b'notifikazzjonijiet li ma jkollhomx x'jaqsmu.
Biex ikun valutat jekk notifikazzjoni li ssir minn produtturi jew distributuri lill-awtoritajiet kompetenti tkunx waħda ġġustifikata, ikun tajjeb li jkun magħruf fuq liema termini notifikazzjoni ma tkunx meħtieġa.
L-għan huwa li tkun evitata l-proliferazzjoni possibbli ta' notifikazzjonijiet ta' miżuri, azzjonijiet jew deċiżjonijiet marbuta ma' “ċirkostanzi jew prodotti waħdanija” li ma jkunu jeħtieġu l-ebda verifika, monitoraġġ jew azzjoni mill-awtoritajiet u li ma jkunu jipprovdu l-ebda tagħrif ta' użu għall-valutazzjoni tar-riskju u l-protezzjoni tal-konsumatur. Dan jista' jiġri meta jkun ċar li r-riskju ikun marbut biss ma' numru limitat ta' prodotti identifikati tajjeb (jew mazzi), u l-produttur jew id-distributur ikollu xhieda biżżejjed biex jikkonkludi li r-riskju jkun ġie kkontrollat b'mod sħiħ u l-kawża tiegħu tkun tali li l-għerf ta' l-inċident ma jkunx jippreżenta tagħrif ta' użu lill-awtoritajiet (bħalma hu t-tħaddim ħażin ta' linja ta' produzzjoni, żbalji fl-immaniġġjar jew fl-ippakkjar, eċċ.).
Il-produtturi u d-distributuri m'għandhomx għalfejn jippreżentaw in-notifikazzjoni taħt id-DĠSP għal:
|
— |
prodotti li ma jkunx fl-għan ta' l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(a) tad-DĠSP bħalma huma: antikitajiet, prodotti mhux maħsuba għall-użu mill-konsumaturi u li x'aktarx mhumiex se jintużaw mill-konsumaturi, prodotti użati fornuti għat-tiswija; |
|
— |
prodotti li mhumiex fl-għan ta' l-Artikolu 5(3) tad-DĠSP bħalma huma: dawk koperti bil-proċeduri tan-notifikazzjoni speċifiċi ta' leġislazzjoni oħra tal-Komunità; |
|
— |
prodotti li għalihom il-manifattur kien kapaċi jieħu azzjoni korrettiva minnufih għall-oġġetti kollha kkonċernati. Id-difett huwa limitat għal oġġetti jew mazzi ta' oġġetti li jkunu ġew identifikati sew u li l-produttur ikun neħħa; |
|
— |
problemi marbuta mal-kwalità funzjonali tal-prodott, u mhux mas-sigurtà tiegħu; |
|
— |
problemi marbuta man-nuqqas ta' konformità mar-regoli applikabbli li ma jolqtux s-sigurtà b'tali mod li l-prodott ikun jista' jitqies bħala “perikoluż”; |
|
— |
meta l-produttur/distributur ikun jaf li l-awtoritajiet ikunu diġà mgħarrfa u jkollhom l-elementi meħtieġa kollha ta' tagħrif. L-aktar, jekk il-bejjiegħa bl-imnut jirċievu tagħrif fuq prodott perikoluż mill-produttur/distributur tagħhom jew minn organizzazzjoni professjonali li tkun qed ixxerred it-tagħrif pprovdut minn produttur/distributur, dawn m'għandhomx jgħarrfu lill-awtoritajiet jekk ikunu jafu li l-awtoritajiet ikunu diġà ġew mgħarrfa mill-produttur jew id-distributur. |
4. IL-PROĊEDURA TAN-NOTIFIKAZZJONI
4.1. Min għandu jinnotifika
L-obbligu għan-notifikazzjoni japplika kemm għall-produtturi u għad-distributuri, fil-limiti tal-ħidmiet rispettivi tagħhom u fi proporzjon għar-responsabbiltajiet tagħhom.
Jista' jkun hemm dubji dwar minn għandu jkun l-ewwel li jagħti t-tagħrif. Minħabba dan ikun tajjeb għal kull min ikun involut fil-katina tal-provvista li jkunu diskussi l-arranġamenti prattiċi marbuta mar-responsabbiltà għan-notifikazzjoni qabel ma jkun hemm il-ħtieġa. Imbagħad jekk in-notifikazzjoni ssir meħtieġa, l-operaturi diversi jkunu jafu x'għandhom jagħmlu waqt li jkunu evitati notifikzzjonijiet doppji mhux meħtieġa. Barra minn hekk, il-kuntatt dirett bejn l-awtoritajiet u n-negozji huwa importanti ħafna jekk dawn ta' l-aħħar ikollhom dubji dwar it-twettiq ta' l-obbligu tan-notifikazzjoni tagħhom.
Jekk ikun l-ewwel il-manifattur jew l-importatur li jkollu xhieda li prodott ikun perikoluż, dawn għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u jgħaddu kopja tat-tagħrif lill-bejjiegħa bl-imnut u lid-distributuri. Distributur jew bejjiegħ bl-imnut li jirċievi tagħrif dwar prodott perikoluż minn manifattur jew importatur għandu jgħarraf lill-awtoritajiet sakemm dan ma jkunx jaf li l-awtorità nazzjonali tkun diġà ġiet mgħarrfa mill-produttur jew minn awtorità oħra.
Jekk ikunu l-bejjiegħa bl-imnut jew id-distributuri ta' prodott li jkollhom l-ewwel xhieda li dan ikun perikoluż, dawn għandhom jgħarrfu lill-awtorità nazzjonali kompetenti u jgħaddu kopja tat-tagħrif lill-manifattur jew l-importatur. Manifattur jew importatur li jirċievi tagħrif dwar prodott perikoluż minn bejjiegħ bl-imnut jew distributur għandu jtemm it-tagħrif pprovdut minnhom billi jgħaddi lill-awtorità(jiet) it-tagħrif kollu li huma jkollhom dwar il-prodott perikoluż, l-aktar l-identifikazzjoni ta' distributuri jew bejjiegħa bl-imnut oħra tal-prodott biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott.
Id-distributuri li jkollhom dubji dwar is-sigurtà ta' prodott jew jekk prodott perikoluż ikun jippreżenta “każ iżolat”, dawn għandhom jgħaddu lill-produttur it-tagħrif kollu li jkollhom. Dawn jistgħu jikkuntattjaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti għall-parir fuq kif għandhom jipproċedu.
Bosta sitwazzjonijiet ta' periklu jsiru magħrufa għall-produtturi bħala riżultat ta' valutazzjoni aggregata ta' komunikazzjonijiet individwali li diversi bejjiegħa bl-imnut jew distributuri jkunu rċevew. Il-produttur għandu r-responsabbiltà li jagħmel valutazzjoni tat-tagħrif biex ikun stabbilit l-oriġini eżatta tar-riskju possibbli u biex jieħu l-miżuri li jidhru li jkunu meħtieġa, inkluża n-notifikazzjoni ta' l-awtoritajiet.
Kumpanija għandha tassenja r-responsabbiltà għat-tagħrif li għandu jiġi nnotifikat lil xi ħadd li jkollu għarfien biżżejjed dwar il-prodott.
4.2. Lil min għandha tiġi ppreżentata n-notifikazzjoni
Il-produtturi u d-distributuri huma mitluba mid-DĠSP biex jibagħtu n-notifikazzjonijiet tagħhom lill-awtoritajiet tas-sorveljanza/infurzar tas-suq ta' l-Istati Membri kollha fejn il-prodott ikun tpoġġa fis-suq jew fejn ikun ġie fornut mod ieħor lill-konsumaturi. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li tkun responsabbli biex tirċievi dawn in-notifikazzjonijiet. Lista ta' l-awtoritajiet magħżula għal dan qed tidher fuq is-sit ta' l-Internet tal-Kummissjoni.
L-Anness I tad-DĠSP jisħaq li t-tagħrif speċifikat fl-Artikolu 5(3) għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri fejn il-prodotti in kwistjoni jkunu tpoġġew fis-suq jew ikunu ġew fornuti mod ieħor lill-konsumaturi.
Madankollu, huwa mixtieq li jitnaqqas il-piż fuq il-produtturi u d-distributuri billi jiddaħħlu arranġamenti li jħaffu l-applikazzjoni prattika tal-kriterji in kwistjoni, waqt li jiżguraw li l-awtoritajiet kollha interessati jkunu mgħarrfa.
Għalhekk, il-produtturi u d-distributuri ikollhom l-għażla li jibagħtu t-tagħrif meħtieġ lill-awtorità ta' l-Istat Membru li fih dawn ikunu stabbiliti, jekk jintlaħqu waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet:
|
— |
Ir-riskju jitiqies bħala “serju” mill-awtorità li tirċievi u din l-awtorità tiddeċiedi biex iddaħħal notifikazzjoni dwar il-prodott in kwistjoni taħt is-sistema RAPEX. F'dan il-każ, l-awtorità li tirċievi għandha tgħarraf minnufih lill-produttur jew distributur li jkun bagħat it-tagħrif tad-deċiżjoni tiegħu biex jgħarraf lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri l-oħra permezz tar-RAPEX. |
|
— |
Ir-riskju ma jitqiesx serju mill-awtorità li tirċievi, iżda din l-awtorità tkun ikkomunikat lill-produttur jew id-distributur li jkun bagħat it-tagħrif dwar il-ħsieb tiegħu li jgħaddi t-tagħrif lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri l-oħra (4) fejn, skond l-indikazzjonijiet tal-produttur jew id-distributur, il-prodott ikun tpoġġa fis-suq. F'dan il-każ, l-awtorità li tirċievi għandha tgħarraf lill-produttur jew lid-distributur mingħajr dewmien. |
Il-produttur jew id-distributur li jgħarraf biss lill-awtorità tal-pajjiż fejn dan ikun stabbilit għandu dejjem jipprovdi lil din l-awtorità bit-tagħrif disponibbli dwar pajjiżi oħra fejn il-prodott ikun tpoġġa fis-suq.
Jekk l-awtoritajiet nazzjonali jikkonkludu jew jiksbu xhieda li prodott impoġġi fis-suq ikun wieħed perikoluż u dawn ma jkunux ġew mgħarrfa mill-produttur jew id-distributuri tiegħu, dawn għandhom jistħarrġu jekk u meta l-operaturi rilevanti kellhom javżaw u jiddeċiedu dwar azzjoni xierqa, inklużi sanzjonijiet possibbli.
4.3. Kif tinnotifika
Kumpanija għandha tippreżenta notifikazzjoni billi timla l-formola ppreżentata fl-Anness I u billi tissottomettiha minnufih lill-awtorità(jiet) kompetenti rilevanti. L-operatur li jinnotifika għandu jipprovdi t-tagħrif meħtieġ fil-formola. Madankollu, l-ebda kumpanija m'għandha ddum biex tibgħat in-notifikazzjoni għaliex parti mit-tagħrif ma jkunx disponibbli.
Ikun tajjeb li l-formola tinqasam f'żewġ partijiet. L-ewwel parti għandha timtela mill-ewwel (Taqsimiet 1 sa 6) u t-tieni parti (Taqsima 7) għandha timtela meta t-tagħrif ikun inġabar (għandu jkun ipprovdut orarju biex jingħata t-tagħrif li jkun nieqes) u mbagħad biss meta jkun hemm sitwazzjoni ta' riskju serju. In-notifikazzjoni m'għandhiex iddum biex tintbagħat meta ċerti partijiet f'taqsima ma jkunux imtlew.
Id-DĠSP teħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu mgħarrfa minnufih. Għalhekk, kumpanija għandha tgħarrafhom minnufih, hekk kif it-tagħrif rilevanti jkun disponibbli, u f'kull każ fi żmien 10 ijiem (5) minħabba li din ikollha tagħrif rapportabbli, anke waqt li jkun għadu għaddej l-istħarriġ, li juri l-preżenza ta' prodott perikoluż. Meta jkun hemm riskju serju, il-kumpaniji huma meħtieġa jgħarrfu minnufih lill-awtorità(jiet) u sa mhux aktar tard minn tliet ijiem wara li dawn ikunu kisbu t-tagħrif notifikabbli.
F'każ ta' emerġenza, bħal meta tittieħed azzjoni immedjata minn kumpanija, il-kumpanija għandha tgħarraf lill-awtoritajiet minnufih u bl-iktar mezzi mgħaġġla.
5. IL-KONTENUT TAN-NOTIFIKAZZJONIJIET
5.1. L-isfond għan-notifikazzjonijiet (l-obbligu tal-monitoraġġ ta' wara t-tpoġġija fis-suq)
Barra l-obbligu li dawn ikunu konformi mal-kriterju tas-sigurtà ġenerali għall-prodotti tagħhom, il-produtturi u d-distributuri għandhom obbligu, bħala professjonisti u fil-limiti tal-ħidmiet tagħhom, li jiżguraw ssuktar tajjeb dwar is-sigurtà tal-prodotti li huma jfornu. L-obbligi għall-produtturi u d-distributuri stabbiliti bid-DĠSP, bħalma huma t-tagħrif għall-konsumaturi, il-monitoraġġ ta' wara t-tpoġġija fis-suq dwar ir-riskji ta' prodott, l-irtirar ta' prodotti perikolużi, eċċ, issemmew fuq. L-obbligi fuq il-produtturi jgħoddu għall-manifatturi, iżda wkoll għall-membri l-oħra kollha tal-katina tal-provvista li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi tas-sigurtà ta' prodott.
Diversi tipi ta' xhieda jistgħu jsiru disponibbli għall-operaturi fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom ta' wara t-tpoġġija fis-suq. Dawn jistgħu jwasslu għal notifikazzjoni, bħalma huma u fost oħrajn:
|
— |
rapporti jew tagħrif ieħor fuq inċidenti li jinvolvu l-prodotti tal-kumpanija; |
|
— |
ilmenti marbuta mas-sigurtà li dawn ikunu rċevew mill-konsumaturi, direttament jew permezz tad-distributuri jew ta' għaqdiet tal-konsumaturi; |
|
— |
talbiet ta' assigurazzjoni jew azzjonijiet legali li jikkonċernaw prodotti perikolużi; |
|
— |
nuqqas ta' konformità marbuta mas-sigurtà li jkun ġie rrappurtat permezz tal-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità ta' kumpanija; |
|
— |
kull xhieda ta' nuqqas ta' konformità mal-kriterji tas-sigurtà li tinġieb għall-attenzjoni tal-kumpanija minn organizzazzjonijiet oħra bħalma huma l-awtoritajiet tas-sorveljanza, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur jew kumpaniji oħrajn; |
|
— |
tagħrif fuq żviluppi xjentifiċi rilevanti fuq is-sigurtà tal-prodott. |
5.2. Il-Formola tan-notifikazzjoni
It-tagħrif meħtieġ ġie kklassifikat taħt it-taqsimiet li ġejjin:
|
1. |
Dettalji ta' l-Awtorità(jiet)/Kumpanija(i) li jirċievu l-formola tan-notifikazzjoni: il-persuna li tkun imliet il-formola hija mitluba li tidentifika l-awtorità(jiet) u l-kumpanija(i) li jirċievu n-notifikazzjoni. |
|
2. |
Dettalji tal-produtturi/distributuri (jekk differenti minn fuq) jew ta' dawk li jippreżentaw lilhom infushom bħala l-produttur billi jehmżu/juru isimhom jew il-marka kummerċjali fuq il-prodott jew, għall-prodotti maħduma barra l-UE, dettalji dwar il-kumpanija responsabbli mit-tpoġġija tal-prodott fis-suq ta' l-UE. |
|
3. |
Dettalji tal-prodott involut: identifikazzjoni preċiża tal-prodott hija meħtieġa, liema identifikazzjoni għandha tkun appoġġjata minn ritratti biex ma jkunx hemm taħwid. |
|
4. |
Dettalji tal-periklu (tip u natura) inklużi inċidenti u effetti fuq is-saħħa/sigurtà u l-konklużjonijiet ta' l-analiżi li tkun saret skond il-kriterji tan-notifikazzjoni. |
|
5. |
Dettalji ta' l-azzjonijiet korrettivi li jkunu ttieħdu jew li jkunu maħsuba li jnaqqsu jew ineħħu kompletament ir-riskju għall-konsumaturi, eż. is-sejħa lura jew it-tneħħija, il-modifikazzjoni, it-tagħrif lill-konsumaturi, eċċ. |
|
6. |
Dettalji tal-kumpanija(i) kollha li jkunu fil-katina tal-provvista li jkollhom prodotti milquta u referenza għan-numru approssimattiv ta' prodotti li jkunu f'negozji jew f'idejn il-konsumaturi (din it-taqsima tgħodd biss f'każijiet ta' riskju serju) (6). |
F'każ ta' riskju serju, il-produtturi u d-distributuri huma meħtieġa jinkludu t-tagħrif rilevanti kollu disponibbli biex il-prodott ikun jista' jiġi traċċat. It-tagħrif meħtieġ għat-Taqsima 7 tal-formola tan-notifikazzjoni (ara l-Anness I) jista' jieħu żmien itwal mit-Taqsimiet l-oħra biex jinġabar. Dan għaliex jista' jkun meħtieġ li dan ikollu jinġabar minn organizzazzjonijiet differenti. Il-kumpaniji għandhom jimlew u jibagħtu t-Taqsimiet 1 sa 6 kenmm jista' jkun malajr u jibagħtu t-Taqsima 7 hekk kif it-tagħrif ikun disponibbli u f'każ ta' riskju serju biss.
6. L-ISSUKTAR TAN-NOTIFIKAZZJONIJIET
Wara li tkun intbagħtet notifikazzjoni, diversi żviluppi huma possibbli. L-aktar:
|
— |
l-awtorità li tkun irċeviet in-notifikazzjoni għandha, jekk ikun xieraq, twieġeb billi titlob għal tagħrif addizzjonali jew inkella titlob lill-produttur jew id-distributur biex jieħdu azzjonijiet jew miżuri oħra; |
|
— |
il-produtturi jew id-distributuri jista' jkollhom jipprovdu tagħrif ieħor fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba mill-awtoritajiet dwar kull żvilupp jew riżultat ġdid u/jew suċċessi jew problemi f'kull azzjoni li tkun ttieħdet; |
|
— |
l-awtorità għandha tiddeċiedi fejn ikun xieraq li twettaq azzjoni ta' infurzar u/jew titlob lill-produtturi u d-distributuri biex dawn jiżguraw li jkun hemm kooperazzjoni fuq is-sorveljanza tas-suq jew li jgħarrfu lill-pubbliku dwar l-identifikazzjoni ta' prodott, in-natura tar-riskju u l-miżuri meħuda, waqt li titqies l-kunfidenzjalità professjonali; |
|
— |
jekk il-kriterji tan-notifikazzjoni RAPEX jintlaħqu (riskju serju, prodott impoġġi fis-suq f'diversi Stati Membri), l-awtorità kompetenti għandha tibgħat notifikazzjoni RAPEX lill-Kummissjoni, li din imbagħad tgħaddiha lill-Istati Membri kollha. |
(2) http://europa.eu.int/comm/consumers/cons_safe/prod_safe/gpsd/revisedGPSD_en.htm
(3) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/418/KE tad-29 ta' April 2004. ĠU L 151, it-30.4.2004.
(4) In-Network tas-Sigurtà tal-Prodott tad-DĠSP jipprovdi l-qafas għall-arranġamenti xierqa biex jitħaffef dan il-bdil.
(5) L-għeluq iż-żmien kollu msemmi fit-test huwa mfisser fi ġranet kalendarji.
(6) Anki f'koż tà prodott immarkitjat fi Stat Membru wieħed, lista ta' kumpanniji li se jiġu affettwati b'dak il-prodott f'dok il-pajjiż hija relevanti sabiex tippermetti lill-awtorità (jiet) kompetenti biex jimmonitorjaw l-effiċjenza tà l-azzjoni meħuda.
ANNESS I
Formola tan-notifikazzjoni għan-notifikazzjoni ta' prodotti perikolużi li għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet mill-produtturi jew id-distributuri
|
Taqsima 1: Dettalji ta' l-AWTORITÀ(JIET))/KUMPANIJA(I) li jirċievu l-formola tan-notifikazzjoni |
|
|
Awtorità/Isem ta' kuntatt/Indirizz/Telefon/Fax/E-mail/Sit ta' l-Internet |
|
|
Kumpaniji oħra nnotifikati |
|
|
Taqsima 2: Dettalji ta' l-ENTITÀ/PERSUNA li ttemm il-formola tan-notifikazzjoni |
|
|
Organizzazzjoni |
|
|
Isem ta' kuntatt, responsabbiltà, Indirizz/Telefon/Fax/E-mail/Sit ta' l-Internet |
|
|
Taqsima 3: Dettalji tal-PRODUTTUR (jekk differenti minn fuq) |
|
|
Produttur jew rappreżentat tal-Produttur/Indirizz/Tel/Fax/E-mail/Sit ta' l-Internet |
|
|
Taqsima 4: Dettalji dwar il-PRODOTTI involuti |
|
|
Kategorija. Marka jew ditta. Isem(ismijiet) tal-Mudell jew Nru/Kowd ta' linji. Pajjiż ta' l-oriġini |
|
|
Deskrizzjoni/Ritratt |
|
|
Taqsima 5: Dettalji dwar il-PERIKLU |
|
|
Deskrizzjoni dwar il-periklu u l-ħsara possibbli għas-saħħa/sigurtà u l-analiżi li jkunu saru |
|
|
Rekords ta' inċident(i) |
|
|
Taqsima 6: Dettalji dwar AZZJONIJIET korrettivi li jkunu ttieħdu diġà |
|
|
Tipi/Għan/Il-perjodu ta' l-azzjoni(jiet) u l-prekawzjonijiet meħuda |
|
Il-kumpaniji għandhom jimlew u jibagħtu t-taqsima 7 f'każ ta' riskju serju biss
|
Taqsima 7: Dettalji ta' KUMPANIJA(IJI) oħra fil-katina tal-provvista li għandhom prodotti milquta |
|
|
Manifattur/Importatur jew rappreżentant awtorizzat: Isem/Indirizz/Tel/Fax/E-mail/Sit ta' l-Internet. |
|
|
Distributuri/Bejjiegħa bl-imnut: Isem/Indirizz/Tel/Fax/E-mail/Sit ta' l-Internet |
|
|
Numru ta' prodotti (numri tas-serje jew kowds tad-dati) miżmuma mill-produttur/importatur/distributur/bejjigħ bl-imnut/konsumaturi |
|
ANNESS II
Qafas metodoloġiku biex jitħaffu l-istima u l-valutazzjoni ta' riskju konsistenti
It-test li ġej huwa bbażat fuq il-qafas żviluppat għal-Linji ta' gwida RAPEX u qed jiġi ppreżentat hawnhekk biex jgħin lill-kumpaniji jassessjaw il-livell ta' riskju u jiddeċiedu jekk tkunx meħtieġa notifikazzjoni. Il-linji ta' gwida f'dan l-Anness II mhumiex eżawrjenti u ma jqisux il-fatturi kollha possibbli. Il-kumpaniji għandhom jiġġudikaw kull każ individwali fuq il-merti tiegħu, waqt li jqisu l-kriterji stabbiliti f'dawn il-linji ta' gwida kif ukoll l-esperjenza u l-prattika tagħhom, kunsiderazzjonijiet rilevanti oħra u metodi xierqa.
Prodott tal-konsumatur jista' jippreżenta iktar minn periklu intrinsiku wieħed. Il-periklu jista' jkun ta' għamliet differenti (kimikali, mekkaniku, elettriku, sħana, radjazzjoni, eċċ.). Il-periklu jirrappreżenta l-potenzjal intrinsiku tal-prodott biex jagħmel ħsara lis-saħħa u s-sigurtà ta' l-utenti taħt ċerti kundizzjonijiet.
Il-qawwa ta' kull tip ta' periklu tista' tingħata grad li jkun ibbażat fuq kriterji kwalitattivi u kultant fuq kriterji kwantitattivi marbuta mat-tip ta' ħsara li dan x'aktarx jikkawża.
Jista' jiġri li mhux il-prodotti individwali kollha jkunu juru l-periklu in kwistjoni, iżda uħud mill-oġġetti biss li jkunu tpoġġew fis-suq. Il-periklu jista' jkun marbut l-aktar ma' difett li jkun jidher biss f'uħud mill-prodotti ta' ċertu tip (ditta, mudell, eċċ.) li jkunu tpoġġew fis-suq. F'dawn il-każijiet il-probabbiltà tad-difett/periklu li jkun qed jiġi ppreżentat fil-prodott għandha tkun ikkunsidrata.
Il-potenzjal ta' periklu li jseħħ bħala effett negattiv attwali fuq is-saħħa/sigurtà jiddependi fuq il-grad li għalih il-konsumatur ikun espost meta juża l-prodott kif inhu maħsub jew kif ikun maħsub b'mod raġonevoli għal matul il-perjodu ta' l-użu tiegħu. Barra minn hekk, f'ċertu waqt l-esponiment għal ċerti perikli jista' f'ċerti każijiet jinvolvi aktar minn persuna waħda. Fl-aħħarnett, meta jkun stabbilit il-livell tar-riskju ppreżentat minn prodott billi jkunu mgħaqqda l-qawwa tal-periklu ma' l-esponiment, għandha titqies ukoll il-ħila tal-konsumatur espost biex jevita jew jirreaġixxi għal sitwazzjoni perikoluża. Dan jiddependi fuq ix-xhieda tal-periklu, it-twissjiet mogħtija u l-vulnerabbiltà tal-konsumatur li jista' jiġi espost għal dan.
Waqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet t'hawn fuq, l-avviċinament kunċettwali li ġej jista' jgħin lin-negozji meta dawn jiddeċiedu jekk sitwazzjoni speċifika ta' periklu kkawżata minn prodott tal-konsumatur tkunx teħtieġ notifikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti.
Qed ikun rakkomandat li l-valutazzjonijiet isiru minn tim żgħir li jkollu l-għerf u l-esperjenza dwar il-prodott u l-perikli tiegħu. L-assessuri jista' jkollhom jagħmlu ġudizzji suġġettivi jekk ma jkunx hemm data oġġettiva. Qed ikun ittamat li din il-proċedura se tgħin lil dawn jagħmlu ġudizzji konsistenti u rraġunati dwar riskji attwali jew potenzjali.
L-assessur għandu janalizza t-tagħrif miġbur u juża t-tabella tal-valutazzjoni tar-riskju kif ġej:
|
1. |
Bħala l-ewwel pass, juża t-Tabella A biex jistabbilixxi l-gravità ta' l-effett ta' periklu; dan jiddependi kemm fuq il-qawwa tiegħu u l-probabbiltà li dan iseħħ taħt il-kundizzjonijiet ta' l-użu kkunsidrat, u fuq il-qawwa ta' l-effett tas-saħħa/sigurtà possibbli marbuta mal-karatteristiċi perikolużi intrinsiċi tal-prodott. |
|
2. |
Bħala t-tieni pass, juża t-Tabella B biex jassessja aktar il-gravità ta' l-effett; dan jiddependi fuq it-tip ta' konsumatur u, għal adulti li mhumiex vulnerabbli, jekk il-prodott ikollux twissjiet u salvagwardji biżżejjed u jekk il-periklu jkunx wieħed ovvju biżżejjed li jagħmilha possibbli li wieħed jiggrada l-livell tar-riskju b'mod kwalitattiv. |
Tabella A — L-Istima tar-riskju: il-qawwa u l-probabbiltà ta' ħsara għas-saħħa/sigurtà
Fit-Tabella A iż-żewġ fatturi ewlenin li jolqtu l-valutazzjoni tar-riskju, jiġifieri l-qawwa u l-probabbiltà tal-ħsara fuq is-saħħa/sigiertà, qed ikunu mgħaqqda. Id-definizzjonijiet li ġejjin ta' qawwa u probabbiltà tfasslu biex jgħinu fl-għażla tal-valuri xierqa.
Il-Qawwa tal-ħsara
Il-valutazzjoni tal-qawwa hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni tal-konsegwenzi potenzjali tas-saħħa/sigurtà tal-perikli ppreżentati mill-prodott ikkunsidrat. Għandu jkun stabbilit grad speċifiku għal kull tip ta' periklu (1).
Il-valutazzjoni tal-qawwa għandha tqis ukoll in-numru ta' nies li jistgħu jintlaqtu minn prodott perikoluż. Dan ifisser li r-riskju minn prodott li jista' jippreżenta periklu għal aktar minn persuna waħda f'waqt wieħed (eż. nar jew avvelenament tal-gass minn appliance tal-gass) għandu jiġi kklassifikat bħala aktar sever minn periklu li jista' jolqot biss persuna waħda.
Il-valutazzjoni tar-riskju tal-bidu għandha tagħmel referenza għar-riskju għal kull persuna esposta għall-prodott u m'għandhiex tkun influwenzata mill-qies tal-popolazzjoni li tkun f'riskju. Madankollu, jista' jkun tajjeb għall-kumpaniji li dawn iqisu n-numru sħiħ ta' persuni esposti għall-prodott biex jiddeċiedu fuq x'tip ta' azzjoni għandha tittieħed.
Għal bosta perikli jkun possibbli li jkunu previsti ċirkostanzi mhux tas-soltu li jistgħu jwasslu għal ħsara serja ħafna, eż. li wieħed jgħaddi minn fuq kejbil, li wieħed jaqa' u jaħbat rasu, li twassal għal mewt, għalkemm effett inqas serju huwa aktar probabbli. Il-valutazzjoni tal-qawwa tal-periklu għandha tkun ibbażata fuq xhieda raġonevoli li l-effetti magħżula biex ikun ikkaratterizzat il-periklu jistgħu jiġru matul użu previġġenti. Dan tista' tkun l-esperjenza ta' l-agħar każ li tkun tinvolvi prodotti simili.
Il-Probabbiltà ġenerali
Din tirreferi għall-probabbiltà ta' effetti negattivi fuq is-saħħa/sigurtà għall-persuna li tkun esposta għall-periklu. Din ma tqisx in-numru sħiħ ta' nies li jkunu f'riskju. Fejn il-gwida tirreferi għall-probabbiltà ta' prodott li jkun difettuż, dan m'għandux ikun jgħodd jekk ikun possibbli li jkun identifikat kull wieħed mill-kampjuni difettużi. F'din is-sitwazzjoni, l-utenti tal-prodotti difettużi huma esposti għar-riskju sħiħ waqt li l-utenti tal-prodotti l-oħra għall-ebda riskju.
Il-probabbiltà ġenerali hija l-kumbinazzjoni tal-probabbiltajiet kollha li jikkontribwixxu bħalma huma:
|
— |
il-probabbiltà tal-prodott li jkun jew li jsir difettuż (jekk il-prodotti kollha jkollhom difett, mela din il-probabbiltà x'aktarx tkun ta' 100 %); |
|
— |
il-probabbiltà ta' l-effett negattiv li jista' jkun hemm għal utent normali li jkollu esponiment li jikkorrispondi għall-użu maħsub jew mistenni b'mod raġonevoli tal-prodott difettuż. |
Dawn iż-żewġ probabbiltajiet qed ikun magħquda fit-tabella li ġejja biex tingħata l-probabbiltà ġenerali li ddaħħlet fit-Tabella A.
|
Probabbiltà ġenerali tal-ħsara fuq is-Saħħa/Sigurtà |
Probabbiltà ta' prodott perikoluż |
|||
|
1 % |
10 % |
100 % (Kollha) |
||
|
Probabbiltà ta' ħsara fuq is-saħħa/sigurtà mill-esponiment regolari għal prodott perikoluż |
Il-periklu huwa dejjem preżenti u l-ħsara fuq is-saħħa/sigurtà x'aktarx isseħħ f'użu mistenni |
Medja |
Għolja |
Għolja ħafna |
|
Il-periklu jista' jiġri taħt kundizzjoni waħda li mhix probabbli jew żewġ kundizzjonijiet possibbli |
Baxxa |
Medja |
Għolja |
|
|
Il-periklu jiġri biss jekk ikun hemm diversi kundizzjonijiet li ma jkunux probabbli |
Baxxa ħafna |
Baxxa |
Medja |
|
Li jkunu mgħaqqda l-qawwa u l-probabbiltà ġenerali fit-Tabella A iwassal biex tinkiseb valutazzjoni tal-gravità tar-riskju. L-eżattezza ta' din il-valutazzjoni tiddependi fuq il-kwalità tat-tagħrif disponibbli għall-kumpanija. Madankollu, din il-valutazzjoni teħtieġ li tkun immodifikata biex tqis il-perċezzjoni tas-soċjetà li taċċetta r-riskju. Soċjetà taċċetta riskji li jkunu ferm ogħla f'ċerti ċirkustanzi bħalma huma l-monitoraġġ, milli f'oħrajn, bħalma huma l-ġugarelli tat-tfal. It-Tabella B qed tintuża biex iddaħħal dan il-fattur.
Tabella B — Il-Grad tar-riskju: tip ta' persuna, l-għarfien dwar ir-riskju u l-prekawzjonijiet
Soċjetà taċċetta riskji ogħla f'ċerti ċirkostanzi milli f'oħrajn. Qed jitqies li l-fatturi ewlenin li jaffettwaw il-livell ta' riskju huma l-vulnerabbiltà tat-tip ta' persuna milquta u għal adulti li mhumiex vulnerabbli, l-għarfien dwar ir-riskju u l-possibbiltà li jittieħdu prekawzjonijiet kontrih.
Persuni vulnerabbli
It-tip ta' persuna li tuża prodott għandu wkoll jitqies. Jekk il-prodott x'aktarx se jintuża minn nies vulnerabbli, il-livell ta' riskju li għandu jkun innotifikat għandu jkun stabbilit għal livell aktar baxx. Qed ikunu proposti hawn taħt żewġ kategoriji ta' nies vulnerabbli, b'eżempji:
|
Vulnerabbli ħafna |
Vulnerabbli |
|
Nieqes mid-dawl |
Parzjalment nieqes mid-dawl |
|
B'diżabbiltà qawwija |
B'diżabbiltà parzjali |
|
Anzjan ħafna |
Anzjan |
|
Żgħir ħafna (< 3 snin) |
Żgħir (3 — 11-il sena) |
Adulti normali
L-aġġustament tas-serjetà tar-riskju għal adulti li mhumiex vulnerabbli għandu jgħodd biss jekk il-periklu jkun wieħed ovvju u meħtieġ għat-tħaddim tal-prodott. Għall-adulti li mhumiex vulnerabbli, il-livell tar-riskju għandu jiddependi fuq jekk il-periklu jkunx wieħed u ovvju u jekk il-manifattur ikunx ħa attenzjoni biżżejjed biex jagħmel il-prodott mhux perikoluż u li jipprovdi salvagwardji u twissijiet, speċjalment jekk il-periklu ma jkunx ovvju. Per eżempju, jekk prodott ikollu twissijiet u salvagwardji adegwati u l-periklu jkun wieħed ovvju, gravità għolja ta' effett tista' ma tkunx serja f'termini ta' kif ikun iggradat r-riskju (Tabella B), għalkemm xi azzjoni tista' tkun meħtieġa biex ittejjeb is-sigurtà tal-prodott. Bil-maqlub, jekk il-prodott ma jkollux salvagwardji u twissijiet adekwati, u l-periklu ma jkunx ovvju, gravità moderata ta' effett hija serja f'termini ta' kif ikun iggradat ir-riskju (Tabella B).
Valutazzjoni tar-riskju tal-prodotti tal-konsumatur għad-DĠSP
Din il-proċedura qed tkun proposta biex tgħin lill-kumpanniji meta dawn jiddeċiedu jekk sitwazzjoni perikoluża speċifika ikkawżata minn prodott tal-konsumatur tkunx teħtieġ notifikazzjoni lill-awtoritajiet
Test ta 'immaġni
Tabella A qed tintuża biex tistabbilixxi l-gravità ta' l-effett tal-periklu; din tiddependi fuq il-qawwa u l-probabbiltà tal-ħsara possibbli fuq is- qed tintuża biex tistabbilixxi l-gravità ta' l-effett tal-periklu; din tiddependi fuq il-qawwa u l-probabbiltà tal-ħsara possibbli fuq is-saħħa/sigurtà (ara t-tabelli fin-noti)
Tabella B qed tintuża biex tistabbilixxi l-grad ta' gravità tar-riskju; dan jiddependi fuq it-tip ta' utent u, għal adulti li mhumiex vulnerabbli, jekk il-qed tintuża biex tistabbilixxi l-grad ta' gravità tar-riskju; dan jiddependi fuq it-tip ta' utent u, għal adulti li mhumiex prodott ikollux twissijiet u salvagwardji adekwati u jekk il-periklu jkunx ovvju biżżejjed
Eżempju (muri bil-vleġeġ fuq)
Utent li uża lupa sofra qatgħa serja f'idu u nstab li l-lupa kellha rpar mhux imfassal tajjeb li għen biex l-id ta' l-utent żelqet 'il quddiem u misset il-katina. L-assessur tal-kumpannija jagħmel il-valutazzjoni tar-
Tabella A - Il-valutazzjoni tal-probabbiltà Għol għaliex il-periklu huwa preżenti fil-prodotti kollha u jista' jseħħ taħt ċerti għaliex il-periklu huwa preżenti fil-prodotti kollha u jista' jseħħ taħt ċerti kundizzjonijiet. Il-valutazzjoni tal-qawwa hija Serja Għalhekk il-grad tal-gravità ġenerali Għoli
Tabella B — Il-lupa li hija maħsuba biex tintuża minn adultili mhumiex vulnerabbli, tippreżenta periklu ovvju iżda bi rpar mhux tajjeb Il-gravità Għolj hija għalhekk intollerabbli għalhekk jeżisti Riskju serju.
Il-gravità Għolja hija għalhekk intollerabbli għalhekk jeżisti Riskju serju.
(1) Bħala eżempju, għal ċerti riskji mekkaniċi d-definizzjonijiet li ġejjin tal-klassifikazzjonijiet tal-qawwa jistgħu jiġu proposti, bil-ħsara tipika li tikkorrispondi:
|
Ħafif |
Serju |
Serju ħafna |
|
<2 % inkapaċità li ħafna drabi tista' tmur lura u ma jkunx hemm ħtieġa għal trattament fi sptar. |
2-15 % inkapaċità li ħafna drabi ma tkunx tista' tmur lura u li tkun teħtieġ trattament fi sptar |
>15 % inkapaċità u li ħafna drabi ma tkunx tista' terġa' tmur lura |
|
Qtugħ żgħir |
Qtugħ serju |
Ħsara serja għall-organi ta' ġewwa |
|
|
Ksur |
It-telf ta' riġel |
|
|
It-telf ta' saba' jew saba' tas-sieq |
It-telf tad-dawl ta' l-għajnejn |
|
|
Ħsara lid-dawl ta' l-għajnejn |
It-telf tas-smigħ |
|
|
Ħsara lis-smigħ |
|