Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0557

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Lulju 2004 li tippreskrivi deroga għall-kondizzjonijiet transizzjonali stabbiliti mill-Artikolu 6 tar- Regolament (KE) Nru 998/2003 għat-transitu ta' annimali domestiċi mit-territorju ta' l-Iżvezja bejn il-Gżira ta' Bornholm u l-partijiet l-oħra tat-territorju tad-Danimarka. (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 2435) Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 54–55 (MT)
ĠU L 249, 23.7.2004, p. 18–19 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/12/2014; Imħassar b' 32013R0576

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/557/oj

12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

54


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta' Lulju 2004

li tippreskrivi deroga għall-kondizzjonijiet transizzjonali stabbiliti mill-Artikolu 6 tar- Regolament (KE) Nru 998/2003 għat-transitu ta' annimali domestiċi mit-territorju ta' l-Iżvezja bejn il-Gżira ta' Bornholm u l-partijiet l-oħra tat-territorju tad-Danimarka.

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 2435)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(It-testi bid-Daniż u l-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(2004/557/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar ir-rekwiżiti ta' saħħet l-annimali li huma applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b'mod partikulari Artikolu 21 ta' dan,

Billi:

(1)

Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi għal perjodu transizzjonali ta' ħames snin il-kundizzjonijiet veterinarji li japplikaw fost oħrajn għall-movimenti mhux kummerċjali ta' klieb u qtates domestiċi, lejn it-territorju ta' l-Iżvezja.

(2)

Dawk il-kundizzjonijiet huma fil-biċċa l-kbira l-istess bħall-kundizzjonijiet nazzjonali li kienu japplikaw għad-dħul fl-Isvezja qabel l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(3)

Kien jeżisti ftehim bilaterali bejn l-Isvezja u d-Danimarka li jistabbilixxi kundizzjonijiet inqas restrittivi minn dawk applikabbli għad-dħul fl-Iżvezja għat-transitu ta' annimali domestiċi mit-territorju ta' l-Iżvezja bejn il-Gżira ta' Bornholm (DK) fil-baħar Baltiku u l-partijiet l-oħra tat-territorju tad-Danimarka.

(4)

Huwa xieraq li tinżamm din id-deroga limitata għall-kundizzjonijiet transizzjonali stabbiliti taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(5)

Il-miżura li għaliha hemm provvediment f'din id-Deċiżjoni hi skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bid-deroga ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u sa l-aħħar tal-perjodu transizzjonali preskritt f'dak l-artikolu, it-transitu ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi msemmija f'Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 bejn il-Gżira ta' Bornholm u partijiet oħra tat-territorju tad-Danimarka mit-territorju ta' l-Iżvezja huwa permess skond il-kundizzjonijiet miftiehma bejn iż-żewġ Stati Membri.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni se tibda tapplika mit-3 ta' Lulju 2004.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lid-Danimarka u lill-Iżvezja.

Magħmula fi Brussell, fit-2 ta' Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 146, tat-13.6.2003, p. 1.


Top