EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0536

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill, li jiltaqa' fil-komposizzjoni ta' kapijiet ta' stat jew gvern tad- 29 ta' Ġunju 2004 li jinnomina l-persuna li bi ħsiebu jaħtar bħala President tal-Kummissjoni

OJ L 142M, 30.5.2006, p. 102–102 (MT)
OJ L 236, 7.7.2004, p. 15–15 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/536/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

102


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL, LI JILTAQA' FIL-KOMPOSIZZJONI TA' KAPIJIET TA' STAT JEW GVERN

tad-29 ta' Ġunju 2004

li jinnomina l-persuna li bi ħsiebu jaħtar bħala President tal-Kummissjoni

(2004/536/EK)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Li jiltaqa' fil-komposizzjoni ta' Kapijiet ta' Stat jew Gvern,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 214(2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur José Manuel DURÃO BARROSO huwa hawnhekk innominat bħala l-persuna li l-Kunsill bi ħsiebu jaħtar bħala President tal-Kummissjoni għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2004 sal-31 ta' Ottubru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi mibgħuta lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, nhar id-29 ta' Ġunju 2004.

Il-President

B. AHERN


Top