EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0461

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2004 li tippreskrivi kwistjonarju li għandu jintuża għar-rapportaġġ ta’ kull sena dwar l-istima tal-kwalità ta’ l-arja ambjentali skond id-Direttivi tal-Kunsill 96/62/KE u 1999/30/KE u skond id-Direttivi 2000/69/KE u 2002/3/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt dokument numru C(2004) 1714)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 156, 30.4.2004, p. 90–145 (ES)
OJ L 156, 30.4.2004, p. 78–125 (EN)
OJ L 156, 30.4.2004, p. 93–138 (PT)
OJ L 156, 30.4.2004, p. 90–141 (EL)
OJ L 156, 30.4.2004, p. 93–140 (IT)
OJ L 156, 30.4.2004, p. 84–133 (NL)
OJ L 156, 30.4.2004, p. 90–142 (DE)
OJ L 156, 30.4.2004, p. 79–127 (FI)
OJ L 156, 30.4.2004, p. 96–139 (DA)
OJ L 156, 30.4.2004, p. 84–134 (FR)
OJ L 156, 30.4.2004, p. 77–126 (SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 008 P. 418 - 464
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 008 P. 418 - 464
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 008 P. 418 - 464
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 008 P. 418 - 464
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 008 P. 418 - 464
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 008 P. 418 - 464
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 008 P. 418 - 464
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 008 P. 418 - 464
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 008 P. 418 - 464
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 011 P. 225 - 271
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 011 P. 225 - 271
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 010 P. 43 - 71

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32011D0850

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/461/oj

32004D0461

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2004 li tippreskrivi kwistjonarju li għandu jintuża għar-rapportaġġ ta’ kull sena dwar l-istima tal-kwalità ta’ l-arja ambjentali skond id-Direttivi tal-Kunsill 96/62/KE u 1999/30/KE u skond id-Direttivi 2000/69/KE u 2002/3/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt dokument numru C(2004) 1714)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

CS.ES Chapter 15 Volume 08 P. 418 - 464
ET.ES Chapter 15 Volume 08 P. 418 - 464
HU.ES Chapter 15 Volume 08 P. 418 - 464
LT.ES Chapter 15 Volume 08 P. 418 - 464
LV.ES Chapter 15 Volume 08 P. 418 - 464
MT.ES Chapter 15 Volume 08 P. 418 - 464
PL.ES Chapter 15 Volume 08 P. 418 - 464
SK.ES Chapter 15 Volume 08 P. 418 - 464
SL.ES Chapter 15 Volume 08 P. 418 - 464


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ April 2004

li tippreskrivi kwistjonarju li għandu jintuża għar-rapportaġġ ta’ kull sena dwar l-istima tal-kwalità ta’ l-arja ambjentali skond id-Direttivi tal-Kunsill 96/62/KE u 1999/30/KE u skond id-Direttivi 2000/69/KE u 2002/3/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt dokument numru C(2004) 1714)

(Test b’relevanza għall-Ftehim EE)

(2004/461/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta’ Settembru 1996 dwar l-istima ta’ kwalità ta’ l-arja ambjentali u l-immaniġġar [1], u b’mod partikolari Artikolu 12(1) tagħha,

Billi:

(1) D-Direttiva 96/62/KE tistabbilixxi l-qafas għall-istima u l-immaniġġar tal-kwalità ta’ l-arja ambjentali u tipprovdi li għandhom jiġu preskritti arranġamenti dettaljati għar-rapportaġġ ta’ informazzjoni dwar il-kwalità ta l-arja.

(2) Id-direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta’ April 1999 li tirrelata mal-valuri tal-limiti għad-diossidu tas-sulfur, id-diossidu tan-nitroġenu, materjal partikolat u ċomb fl-arja ambjentali [2] tippreskrivi l-valuri tal-limiti li għandhom jitħarsu f’ċerta data immirata.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/839/KE tat-8 ta’ Novembru 2001 li tippreskrivi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rapportaġġ ta’ kull sena dwar l-istima tal-kwalità tal-arja ambjentali taħt id-Direttivi 96/62/KE u 1999/30/KE [3] ipprovdiet mudell li fuq il-bażi tiegħu l-Istati membri kellhom jipprovdu l-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja meħtieġa skond dawk id-Direttivi.

(4) Id-Direttiva 2000/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2000 li tirrelata mal-valuri tal-limiti għall-benżina u l-monossidu tal-karbonju fl-arja ambjentali [4] tippreskrivi l-valuri tal-limiti li għandhom jitħarsu f’ċerta data immirata. Id-Direttiva 2002/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2002 li tirrelata ma’ l-ożonu fl-arja ambjentali [5] tippreskrivi l-miri tal-valuri, għanijiet għat-tul, informazzjoni u għatbiet ta’ allert li joħolqu ċerti obbligazzjonijiet. Ir-rapportaġġ regolari mill-Istati membri huwa element integrali ta’ dawk id-Direttivi, moqrija flimkien mad-Direttiva 96/62/KE u huwa indispensabbli għall-ivverifikar tal-konformità ma’ dawk l-obbligi.

(5) Barra minn hekk numru ta’ partiti stipulati f’Artikolu 11 tad-Direttiva 96/62/KE fir-rigward tal-pollutanti koperti bid-Direttivi 1999/30/KE, 2002/69/KE u 2002/3/KE għandhom ikunu rapportati fuq bażi ta’ kull sena.

(6) Skond id-Direttiva 1999/30/KE, id-dispożizzjonijiet dwar ir-rapportaġġ taħt id-Direttiva tal-Kunsill 80/779/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar il-valuri tal-limiti tal-kwalità ta’ l-arja u l-valuri gwida għad-diossidu tas-sulfur u partikolari sospiżi [6], d-Direttiva tal-Kunsill 82/884/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1982 dwar il-valur tal-limitu taċ-ċomb fl-arja [7] u d-Direttiva tal-Kunsill 85/203/KEE tas-7 ta’ Marzu 1982 dwar l-istandards tal-kwalità tal-arja għad-diossidu tan-nitroġenu [8] huma mħassra b’effett mid-19 ta’ Lulju 2001, għalkemm il-valuri tal-limiti taħt dawk id-Direttivi jibqgħu fis-seħħ sal-2005 għad-Direttivi 80/779/KEE u 82/884/KEE, u sal-2010 għad-Direttiva 85/203/KEE u r-rapportaġġ tal-qbiż ta’ dawn il-valuri tal-limiti jkompli skond Artikolu 9(6) tad-Direttiva 1999/30/KE.

(7) Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni meħtieġa tiġi provduta fil-format korrett, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jibgħatuha fuq il-bażi tal-kwestjonarju standardised.

(8) Il-kwestjonarju preskritt bid-Deċiżjoni 2001/839/KE għandu jkun estiż biex ikopri wkoll l-obbligi ta’ rapportaġġ ta’ kull sena li jirriżultaw mid-Direttivi 2000/69/KE u 2002/3/KE, waqt li fl-istess żmien jiġu ntrodotti xi emendi li jirrelataw mad-Direttiva 1999/30/KE, li huma magħmula għall-kjarifikazzjoni u sabiex tiġi żgurata stima aħjar tar-rapporti.

(9) Id-Deċiżjoni 2001/839/KE għandha tiġi sostitwita fl-interessi taċ-ċarezza.

(10) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat istitwit b’Artikolu 12(2) tad-Direttiva 96/62/KE,

ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membru għandhom jużaw il-kwestjonarju stipulat fl-Anness bħala bażi biex jibgħatu l-informazzjoni li għandha tiġi provduta fuq bażi ta’ kull sena skond Artikoli 11(1) u 12(1) tad-Direttiva 96/62/KE u d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

- Artikoli 3(1), (3) u (4), 4(1), 5(1), (2), (4) u (5), 6, 7(1), (2) u (3), u 9(6) tad-Direttiva 1999/30/KE,

- Artikoli 3(1), 4, u 5(1), (2), (3) u (5) tad-Direttiva 2000/69/KE u

- Artikoli 3(1) u (2), 4(1) u (2), 5, 9 (1) u (3), u 10 (1)(a) u (2)(b) Tad-Direttiva 2002/3/KE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2001/839/KE hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ April 2004.

Ghall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] GU L 296, tal-21.11.1996, p. 55. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (GU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[2] GU L 163, tad-29.6.1999, p. 41. Direttiva kif emendata bid-Decizjoni tal-Kummissjoni 2001/744/KE (GU L 278, tat-23.10.2001, p. 35).

[3] GU L 319, ta’ l-4.12.2001, p. 45.

[4] GU L 313, tat-13.12.2000, p. 12.

[5] GU L 67, tad-9.3.2002, p. 14.

[6] GU L 229, tat-30.8.1980, p. 30.

[7] GU L 378, tal-31.12.1982, p. 15.

[8] GU L 87, tas-27.3.1985, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Kwestjonarju ta’ rapportaġġ

dwar

Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE dwar l-istima u l-immaniġġar tal-kwalità ta’ l-arja ambjentali u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE li tirrelata mal-valuri tal-limiti għad-diossidu tas-sulfur, diossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, materjal partikolat u ċomb fl-arja ambjentali kif ukoll id-Direttivi 2000/69/KE li tirrelata mal-valuri tal-limiti għall-benżina u l-monossidu tal-karbun fl-arja ambjentali u 2002/3/KE li tirrelata mal-ożonu fl-arja ambjentali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

STAT MEMBRU: …

INDIRIZZ FEJN JIĠI KUNTATTJAT: …

SENA TA’ REFERENZA: …

DATA TA’ KOMPLILAZZJONI: …

Il-formoli li ġejjin jiddistingwu bejn partiti li huma legalment meħtieġa li jiġu rapportati u partiti li huma rapportati volontarjament mill-Istat Membru. Il-partiti volontarji huma stampati b’tipi korsivi.

Ħafna mill-formoli li ġejjin fihom numru indefinit ta’ fillieri jew kolonni li għandhom jimtlew. Fid-deskrizzjoni tal-— Formola, n-numru ta’ fillieri jew kolonni vojta li għandhom jimtlew huwa allura limitat għal tlieta u bordura b’daxxijiet tindika li l-— Formola għandha tiġi estiża kif meħtieġ.

B’żieda mal-formoli, li għandhom jimtlew mill-Istat Membru, xi tabelli huma wkoll provduti. It-tabelli jipprovdu informazzjoni dwar kodifiki fissati li ma għandhomx jinbidlu mill-Istat Membru.

Lista ta’ formoli

— Formola 1 | Korp li jista’ jiġi kuntattjat u indirizz |

— Formola 2 | Delimitazzjoni ta’ żoni u agglomerazzjonijiet |

— Formola 3 | Stazzjonijiet u metodi tal-kejl użati għall-istima skond id-Direttivi 1999/30/KE u 2000/69/KE |

— Formola 4 | Stazzjonijiet użati għall-istima tal-ożonu, inkluż diossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu b’relazzjoni mal-ożonu |

— Formola 5 | Stazzjonijiet u metodi tal-kejl użati għall-istima ta’ komposti organiċi volatili rakkomandati |

— Formola 6 | Stazzjonijiet u metodi tal-kejl użati għall-istima ta’ sustanzi prekursuri oħra ta’l-ożonu |

— Formola 7 | Metodi wżati għall-kampjonar u l-kejl PM10 u PM2,5 u sustanzi prekursuri oħra tal-ożonu: kodiċi addizzjonali mhux obbligatorji li għandhom jiġu definiti mill-Istat Membru |

— Formola 8 | Lista ta’ żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-livelli jeċċedu jew ma jeċċedux il-valuri tal-limiti jew valuri tal-limiti miżjuda b’marġini ta’ tolleranza |

— Formola 9 | Lista ta’ żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-livelli jeċċedu jew ma jeċċedux il-valuri mirati jew obbjettivi għat-tul għall-ożonu |

— Formola 10 | Lista ta’ żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-livelli jeċċedu jew ma jeċċedux l-għatbiet l-għolja ta’ stima jew l-għatbiet il-baxxi ta’ stima, inkluża informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-metodi supplimentari ta’ stima |

— Formola 11 | Qbiż individwali tal-valuri tal-limiti u valuri tal-limiti miżjud bil-marġini ta’ tolleranza |

— Formola 12 | Raġunjiet għall-qbiż individwali: kodiċi addizzjonali mhux obbligatorji li għandhom jiġu definiti mill-Istat Membru |

— Formola 13 | Qbiż individwali tal-għatbiet ta’l-ożonu |

— Formola 14 | Qbiż tal-valuri mirati ta’l-ożonu |

— Formola 15 | Statistika ta’ kull sena ta’l-ożonu |

— Formola 16 | Konċentrazzjonijiet ta’ kull sena medji ta’ sustanzi perkursuri tal-ożonu |

— Formola 17 | Moniteragg ta’ data ta’ livelli medji SO2 għal 10 minuti |

— Formola 18 | Moniteragg ta’ data ta’ livelli medji PM2,5 għal 24 siegħa |

— Formola 19 | Riżultati tabulari ta’ u l-metodi wżati għall-istima supplimentari |

— Formola 20 | Lista ta’ referenzi tal-metodi ta’l-istima supplimentari msemmija fil-— Formola 19 |

— Formola 21 | Qbiż tal-valuri tal-limiti għal SO2 dovut għal sorsi naturali |

— Formola 22 | Sorsi naturali SO2: kodiċi addizzjonali mhux obbligatorji li għandhom jiġu definiti mill-Istat Membru |

— Formola 23 | Qbiż tal-valuri tal-limiti PM10 minħabba ġrajjiet naturali |

— Formola 24 | Qbiż tal-valuri tal-limiti PM10 minħabba sanding tax-xitwa |

— Formola 25 | Konsultazzjonijiet dwar tniġġiż bejn il-fruntieri |

— Formola 26 | Qbiż tal-valuri tal-limiti msemmija fid-Direttivi 80/779/KEE, 82/884/KEE u 85/203/KEE |

— Formola 27 | Raġunijiet għall-qbiż tal-valuri tal-limiti preskritti fid-Direttivi 80/779/KEE, 82/884/KEE u 85/203/KEE: kodiċi addizzjonali mhux obbligatorji li għandhom jiġu definiti mill-Istat Membru |

Lista tat-tabelli

Tabella 1 | Metodi wżati għall-kampjonar u l-kejl PM10 u PM2,5 u sustanzi prekursuri oħra ta’l-ożonu: kodiċi standard |

Tabella 2 | Raġunijiet għall-qbiż individwali: kodiċi standard |

Tabella 3 | Parametri statistiċi li għandhom jintużaw fil-mapep ta’ konċentrazzjoni |

Tabella 4 | Sorsi naturali SO2: kodiċi standard |

Tabella 5 | Ġrajjiet naturali li jikkawżaw qbiż tal-valuri tal-limti għall-PM10: kodiċi standard |

— Formola 1. Korp li jista’ jiġi kuntattjat u indirizz

Isem tal-korp li jista’ jiġi kuntattjat | |

Indirizz postali | |

Isem tal-persuna ta’ kuntatt | |

Telefon tal-persuna ta’ kuntatt | |

Fax tal-persuna ta’ kuntatt | |

Indirizz tal-posta elettronika tal-persuna ta’ kuntatt | |

Kummenti għall-kjarifika jekk meħtieġa | |

Nota għall-— Formola 1:

L-Istat Membru huwa mitlub li javza l-korp li jista’ jiġi kuntattjat, u fejn possibbli, l-persuna li tista’ tiġi kuntattjata fil-livell nazzjonali, li l-Kummissjoni tista’ tavviċina dwar dettalji fir-rigward ta’ dan il-kwestjonarju jekk meħtieġ.

— Formola 2. Delimitazzjoni ta’ zoni u agglomerazzjonijiet (96/62/KE Artikoli 5 u 11(1b))

| Żoni |

| | |

Isem sħiħ taż-żona | | | |

Kodiċi taż-żona | | | |

Pollutant/i, possibbilment il-miri separati ta’ protezzjoni, li għalihom tgħodd iż-żona | | | |

Tip (ag/nonag) | | | |

Daqs (km2) | | | |

Popolazzjoni | | | |

Pari tal-koordinat tal-fruntiera | | | |

Pari tal-koordinat tal-fruntiera | | | |

Pari tal-koordinat tal-fruntiera | | | |

Noti għall-— Formola 2:

(1) L-Istat Membru għandu mhux biss jagħti l-isem taż-żona, iżda wkoll kodiċi uniku taż-żona.

(2) L-Istat membru għandu jindika l-pollutant/i li għalihom tgħodd iż-żona bl-użu tal-kodiċi: "S" għal SO2, "N" għal NO2/NOx, "P" għal PM10, "L" għaċ-ċomb, "B" għall-benżina, "C" għall-monossidu tal-karbun u "O" għall-ożonu, separati b’punt u virgola, jew "A" jekk iż-żona tgħodd għal dawn il-pollutanti. Jekk iż-żoni jkunu ġew definiti separatament għall-protezzjoni tas-saħħa, l-ekosistema jew il-veġetazzjoni, l-Istat membru għandu juża l-kodiċi li ġejjin:

"SH" għall-protezzjoni tas-saħħa SO2, "SE" għall-protezzjoni tal-ekosistema SO2, "NH" għall-protezzjoni tas-saħħa NO2, "NV" għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni NOx.

(3) Għandu jiġi ndikat jekk iż-żona tkunx agglomerazzjoni (kodiċi: "ag"’) jew le (kodiċi: "nonag").

(4) B’għażla, l-Istati Membri jistgħu jżidu id-daqs u d-daqs tal-popolazzjoni taż-żona għal aktar ipproċessar tad-data fil-livell Ewropew.

(5) Għal aktar ipproċessar, l-Istati Membri huma mitluba li jimlew il-boduri taż-żona fil-format standard (poligoni, bl-użu tal-koordinati ġeografiċi skond l-ISO 6709: lonġitudni ġeografika u latitudni). L-Istat Membru huwa mitlub li jipprovdi separatament mappa taż-żoni (fil-fajl elettroniku jew fuq karta) biex tiġi faċilitata l-interpretazzjoni korretta tad-data taż-żona. L-Istat Membru għandu jipprovdi ta’ l-anqas jew il-borduri taż-żona fil-— Formola 2 jew mappa.

— Formola 3. Stazzjonijiet u metodi tal-kejl użati għall-istima skond id-Direttiva 1999/30/KE (L-Anness IX) u d-Direttiva 2000/69/KE (L-Anness VII)

+++++ TIFF +++++

Noti għall-— Formola 3:

(1) Fil-— Formola 3 u formoli oħrajn f’dan il-kwestjonarju, "l-kodiċi ta’l-istazzjon EoI" tirreferi għall-kodiċi li tintuża għall-iskambju ta’ data taħt id-Deċiżjoni ta’l-Iskambju ta’ Informazzjoni 97/101/KE. "Il-kodiċi tal-istazzjon lokali" hija l-kodiċi wżata fl-Istat membru jew reġjun.

(2) L-Istat Membru huwa mitlub li jidentifika fit-tielet kolonna iż-żona/i li japplikaw għall-ożonu li fih huwa lokat l-istazzjon, Jekk tkun involuta aktar minn żona waħda, l-kodiċi għandhom ikunu separati bil-punt u virgola.

(3) L-Istat Membru huwa mitlub li juża l-kolonni intestati minn "SO2", "NO2", "NOx", "ċomb", "Benżina" u "CO" biex jindika jekk il-kejl jintużax għall-istima taħt id-Direttiva 1999/30/KE jew id-Direttiva 2000/69/KE rispettivament, billi jimmarka b’"y" jekk użat u jħalli l-kaxxa vojta jekk ma jintużax. Għandu jiġi notat lil-immarkar NOx jimplika li l-istazzjon ikun jinsab f’post fejn jgħodd il-limitu tal-valur għall-veġetazzjoni. Jekk l-istazzjon ikun fil-viċinanza immedjata ta’ sors speċifiku ta’ ċomb kif imsemmi fl-Anness IV li jinsab mad-Direttiva 1999/30/KE, l-Istat Membru huwa mitlub li jimmarka b’"SS" minflok b’"y".

(4) L-Istat Membru għandu juża l-kolonni intestati b’"PM10" u "PM2,5" biex jindika jekk il-kejl jintużax għal stima taħt id-Direttiva 1999/30/KE u jindika fl-istess waqt liema metodu tal-kejl ikun intuża. Jekk il-kejl jintuża għal stima taħt id-Direttiva, l-Istat Membru għandu jimla l-kodiċi tal-metodu tal-kejl (ara Nota 5); jekk il-kejl ma jintużax għal stima taħt id-Direttiva, l-kaxxa għandha titħalla vojta. Għall-PM2,5 stima tal-livelli formali taħt Artikolu 6 tad-Direttiva 96/62/KE mhix meħtieġa.

(5) Il-kodiċi tal-metodu tal-kejl għall-PM10 u PM2,5 tista’ tiġi indikata b’waħda mill-kodiċi standard provduti minn din il-kwestjonarju (ara Tabella 1) jew kodiċi definita mill-Istat Membru li jirreferi għal lista separata ta’ metodi deskritti mill-Istat Membru (ara — Formola 7). Id-deskrizzjoni definita mill-Istat membru tista’ wkoll tkun referenza għal dokument separat miżjud mal-kwestjonarju. Jekk il-metodu tal-kejl ikun inbidel matul is-sena, l-Istat Membru huwa mitlub li jimla ż-żewġ kodiċi tal-metodu: l-ewwel il-metodu li kien intuża għall-itwal żmien fis-sena, segwit bl-ieħor, separati bil-punt u virgola.

(6) Fejn il-metodu tal-kejl għall-PM10 jew PM2,5 ma jkunx il-metodu ta’ referenza, rispettivament il-metodu provviżorju ta’ referenza, stipulat fid-Direttiva 1999/30/KE, l-Anness IX, l-Istat Membru huwa mitlub li jimla l-fattur tal-korrezzjoni li bih il-konċentrazzjonijiet imkejla jkunu ġew moltiplikati biex jinkisbu l-konċentrazzjonijiet rapportati f’dan il-kwestjonarju jew li jimla l-ekwazzjoni li tikkorrispondi ta’ korrezzjoni. Jekk tkun ġiet applikata ekwazzjoni ta’ korrezzjoni, jista’ jintuża format ħieles li bih il-konċentrazzjoni mkejla għandha tintwera permezz ta’ "CM"’ u l-konċentrazzjoni rapportata permezz ta’ "CR", preferibbilment bl-użu tal-format CR = f(CM). Jekk ikun intwera li r-riżultati tal-metodu jkunu ekwivalenti mingħajr l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni, l-Istat Membru huwa mitlub li jindika dan billi jdaħħal il-valur "1" għall-fattur ta’ korrezzjoni jew ekwazzjoni.

(7) "Funzjoni ta’ l-istazzjon" tindika jekk l-istazzjon ikunx jinstab f’post fejn (a) il-valuri tal-limitu għas-saħħa, l-valur tal-limitu SO2 għall-ekosistemi u l-valur tal-limitu għall-NOx għall-veġetazzjoni jkunux jgħoddu (kodiċi "HEV"), (b) jgħodd biss il-valuri tal-limitu għas-saħħa u l-valur tal-limitu SO2 għall-ekosistemi (code "HE"), (ċ) jgħodd biss il-valur tal-limitu għas-saħħa u l-valur tal-limitu NOx għall-veġetazzjoni (kodiċi "HV") jew (d) jgħoddu biss il-valuri tal-limitu għas-saħħa (kodiċi "H").

— Formola 4. L-Stazzjonijiet użati għall-istima ta’l-ożonu, inklużi diossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu b’relazzjoni ma’l-ożonu (Direttiva 2002/3/KE, l-Anness III, IV, VI)

+++++ TIFF +++++

Noti għall-— Formola 4:

(1) L-Istat Membru huwa mitlub li jidentifika fit-tielet kolonna ż-żona li fiha jkun jinsab l-istazzjon.

(2) L-Istat Membru għandu juża l-kolonni ntestati b’"O3", "NO2" u "NOx" biex jindika jekk il-kejl intużax għal stima taħt id-Direttiva 2002/3/KE, waqt li jimmarka b’y’ jekk użat u jħalli l-kaxxa vojta jekk ma ntużax. Il-kolonna ntestata b’"NO2" tindika kejl kif imsemmi fid-Direttiva 2002/3/KE, Artikolu 9(1), bil-kolonna ntestata b’"NOx" tindika kejl kif imsemmi fid-Direttiva 2002/3/KE, Artikolu 9(3).

(3) "Tip ta’ stazzjon" hija definita skond id-Direttiva 2002/3/KE, l-Anness IV. Il-kodiċi li ġejjin għandhom jintużaw: "U" għal urban, "S" għal suburban, "R" għal rurali u "RB" għal sfond rurali.

— Formola 5. Stazzjonijiet u metodi ta’ kejl użati għall-istima ta’ komposti rakkomandati volatili organiċi (Direttiva 2002/3/KE, l-Anness VI)

| Stazzjonijiet |

| | |

Kodiċi ta’ stazzjon EoI | | | |

Kodiċi ta’ stazzjon lokali | | | |

Kodiċi taż-żona applikabbli għall-ożonu | | | |

Etanu | | | |

Etilene | | | |

Aċetilene | | | |

Propan | | | |

Propen | | | |

n-Butan | | | |

i-Butan | | | |

1-Buten | | | |

trans-2-Buten | | | |

cis-2-Buten | | | |

1.3-Butadiene | | | |

n-Pentan | | | |

i-Pentan | | | |

1-Penten | | | |

2-Penten | | | |

Isoprene | | | |

n-Hexane | | | |

i-Hexane | | | |

n-Heptane | | | |

n-Octan | | | |

i-Octan | | | |

Benżina | | | |

Toluene | | | |

Etil benżina | | | |

m+p-Xylene | | | |

o-Xylene | | | |

1,2,4-Trimeth.benżina | | | |

1,2,3-Trimeth.benżina | | | |

1,3,5-Trimeth.benżina | | | |

Formaldehyde | | | |

Total idrokarbuni mhux metani | | | |

Noti għall-— Formola 5:

(1) L-Istat membru għandu jindika fil-— Formola 5 għal kull stazzjon u għal kull sustanza stmata skond id-Direttiva 2002/3/KEC, Artikolu 9(3), il-metodu tal-kejl b’wieħed mill-metodi standard provdut minn dan il-kwestjonarjut (ara Tabella 1) jew kodiċi definita mill-Istat membru (— Formola 7).

(2) Fejn l-obbligi ta’ rapportaġġ ta’ sustanzi prekursuri ta’ l-ożonu għandhom jinkludu "komposti xierqa volatili organiċi", l-lista prezentati fil-— Formola 5 hija biss rakkomandazzjoni skond l-Anness VI tad-Direttiva 2002/3/KE.

— Formola 6. Stazzjonijiet u metodi tal-kejl użati għall-istima ta’ sustanzi perkursuri oħra ta’ ożonu (Direttiva 2002/3/KE, Anness VI)

| Stazzjonijiet |

| | |

Kodiċi ta’ stazzjon EoI | | | |

Kodiċi ta’ stazzjon lokali | | | |

Kodiċi taż-żona applikabbli għall-ożonu | | | |

Nota għall-— Formola 6:

Fil-kolonna l-aktar fuq ix-xellug tal-— Formola 6 l-Istat Membru għandu jindika s-sustanzi prekursuri ta’ ożonu stmati skond id-Direttiva 2002/3/KE, Artikolu 9(3), minbarra dawk deskritti fil-Formula 5. L-Istat membru għandu jindika fil-— Formola 6 għal kull stazzjon u għal kull sustanza l-metodu tal-kejl permezz ta’ wieħed mill-kodiċi standard provduti minn dan il-kwestjonarju (ara t-Tabella 1) jew kodiċi definita mill-Istat Membru (— Formola 7). In-nota 2 tal-— Formola 5 hekk tgħodd għall-— Formola 6.

Tabella 1. Metodi wżati biex jittieħed kampjun u jitkejlu l-PM10, PM2,5 u s-sustanzi prekursuri tal-ożonu: kodiċi standard (1)

Kodiċi tal-metodu | Deskrizzjoni |

M1 | PM10 jew PM2,5: Assorbiment Beta |

M2 | PM10 jew PM2,5: Gravimetrija għall-PM10 u/jew PM2,5 — kejl kontinwu |

M2dxxx | PM10 jew PM2,5: Gravimetrija għall-PM10 u/jew PM2,5 — kejl kif jiġi jiġi; xxx għandu jkun in-numru ta’ jiem imkejjla. Ezempju: kampjonar kif jiġi fuq 180 jum tas-sena kif indikati b’M2d180. |

M3 | PM10 jew PM2,5: Mikribilanċ li joxxilla għall-PM10 u/jew PM2,5 |

M4 | Somma f’daqqa NMHC: moniteragg awtomat semi-kontinwu, NMHC kalkulat minn Total HC minghajr metan; FID |

M5 | Somma f’daqqa NMHC: moniteragg awtomat semi- kontinwu, wara separazzjoni kromato-grafika ta’ NMHC għall-metan; FID |

M6 | VOC individwali: kampjonar awtomat u analiżi mill-ewwel; kampjonar krijoġeniku ta’ qabel il-konċentrazzjoni, Svelar GC/FID (MS) |

M7 | VOC individwali: tehid shih ta’ kampjuni mill- air canister; analizi "off line" minn GC/FID (MS) |

M8 | VOC individwali: kampjonar attiv solidu li jassorbi; analiżi mill-ewwel b’GC/FID (MS) wara disorbiment b’solvent jew termali |

M9 | VOC individwali: kampjonar difussiv li jassorbi; analiżi mill-ewwel b’GC/ FID(MS) wara disorbiment b’solvent jew termali |

M10subcode2 | Formaldehyde: kampjonar b’DNPH; analiżi mill-ewwel ta’ idrażoni bHPLC bi svelar UV (360 nm). |

M11subcode1 | Formaldehyde: kampjonar b’HMP; analiżi mill-ewwel ta’ oxazolidine b’GC-NPD |

M12subcode2 | Formaldehyde: kampjonar b’aċidu tal-bisulfat u kromatiku; analiżi mill-ewwel bi spektrometrija (580 nm) |

1) DNPH: Dinitrophenylhydrazine; FID: Svelar ta’ ijonizzazzjoni tal-fjamma; GC: Kromatografija bil-Gass; HC: idrokarbuni; HMP: Hydroxy-methyl-piperidine; HPLC: Kromatografija b’likwidu bi pressjoni għolja; MS: Spektrometru tal-Massa; NMHC: Idrokarbuni mhux tal-metan; NPD: Ditekter tan-Nitroġenu u Fosfru; UV: Ultra Violet; VOC: Komposti volatili organiċi.

2) Għall-ikkampjonar b’

impinger

: uża subkodiċi

"IM"

; kampjonar attiv fuq sorbent: subkodiċi

"AS"

; kampjonar difussiv: subkodiċi

"DI"

. Ezempju:

"M10AS".

— Formola 7. Metodi wżati għall-ikkampjonar u l-kejl ta’ PM10, PM2,5 u sustanzi prekursuri ta’ l-ożonu: l-kodiċi addizzjonali mhux obbligatorji għandhom jiġu definiti mill-Istat Membru (Direttiva 1999/30/KE, l-Anness IX, u Direttiva 2002/3/KE, l-Anness VI)

+++++ TIFF +++++

— Formola 8. Lista ta’ żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-livelli jeċċedu jew ma jeċċedux il-valuri tal-limiti (LV) jew il-valuri tal-limiti miżjuda b’tolleranza (LV + MOT) (Direttiva 96/62/KE l-Artikoli 8, 9 u 11, Direttiva 1999/30/KE l-Annessi I, II, III u IV, Direttiva 2000/69/KE l-Annessi I u II)

— Formola 8a. Lista ta’ żoni b’relazzjoni għall-qbiż tal-valuri tal-limiti għall-SO2

+++++ TIFF +++++

— Formola 8b. Lista ta’ żoni b’relazzjoni għall-qbiż tal-valuri tal-limiti għall-NO2 /NOx

+++++ TIFF +++++

— Formola 8ċ. Lista ta’ żoni b’relazzjoni għall-qbiż tal-valuri tal-limiti għall-PM10

+++++ TIFF +++++

— Formola 8d. Lista ta’ żoni b’relazzjoni għall-qbiż tal-valuri tal-limiti għaċ-ċomb

+++++ TIFF +++++

— Formola 8e. Lista ta’ żoni b’relazzjoni għall-qbiż tal-valuri tal-limiti għall-benżina

+++++ TIFF +++++

— Formola 8f. Lista ta’ żoni b’relazzjoni għall-qbiż tal-valuri tal-limiti għall-monossidu tal-karbonju

+++++ TIFF +++++

Noti għall-— Formola 8:

(1) L-intestaturi tal-kolonni għandu jkollhom it-tifsira li ġejja:

> LV + MOT: ‘il fuq mill-valur tal-limitu miżjud b’marġini ta’ tolleranza;

≤ LV + MOT; > LV: taħt jew ugwali għall-valur tal-limitu miżjud b’marġini ta’ tolleranza iżda ‘l fuq mill-valur tal-limitu;

≤ LV: taħt jew ugwali għall-valur tal-limitu;

> LV: il-fuq mill-valur tal-limitu;

SS: dovut għal sorsi speċifiċi, ara Nota 7.

Art 3(2) perjodu ta’ estenzjoni mogħti, ara Nota 8.

(2) "> LV + MOT" għandhom jinqraw bħala "> LV" fejn il-marġini tat-tolleranza jkun naqas għal 0 %. F’dak il-każ il-kolonna ntestata b’"LV + MOT; > LV" m’għandhiex tintuża.

(3) Jekk l-intestatura tal-kolonna tiddeskrivi l-istatus taż-żona, immarka b’ "y".

(4) Jekk l-ammont maqbuż ikun ġie konkluż unikament minn kalkolazzjonijiet mudelli, immarka b’"m" minflok b’"y".

(5) Għall-għatbiet għall-ekosistemi u l-veġetazzjoni, immarka biss fejn il-qbiż iseħħ f’żoni fejn jgħoddu dawn il-valuri tal-limiti. Għal żoni li fihom ma jeżistu ebda partijiet fejn jgħoddu dawn il-valuri tal-limiti, immarka l-kolonna "LV" b’"n".

(6) Il-medja tax-xitwa hija definita bħala l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru tas-sena li tiġi qabel is-sena ta’ referenza sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ referenza.

(7) Jekk l-istatus ta’ qbiż indikat fil-— Formola 8d ikun unikament dovut għal qbiż f’parti li tkun fil-viċinanza immedjata ta’ sorsi speċifiċi nominati skond l-Anness IV li jinsab mad-Direttiva 1999/30/KE, l-Istat Membru huwa mitlub li jindika dan billi jimmarka l-kolonna "SS" b’"y".

(8) Fil-— Formola 8e, "LV" tirreferi għall-valur tal-limitu speċifikat fid-Direttiva 2000/69/KE Anness I. Għal żoni li għalihom il-Kummissjoni tat perjodu ta’ estensjoni għall-benżina skond Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/69/KE, l-Istat Membru huwa mitlub li jindika dan billi jimmarka l-kolonna Art3(2)’ b’"y".

— Formola 9. Lista ta’ żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-livelli jeċċedu jew ma jeċċedux il-valuri tal-miri jew l-għanijiet għat-tul għall-ożonu (Direttiva 2002/3/KE, l-Anness I)

+++++ TIFF +++++

Noti għall-— Formola 9:

L-intestaturi tal-kolonni għandhom it-tifsira li ġejja:

> TV : valur ‘il fuq mill-mira għall-ożonu;

≤TV; > LTO : taħt jew ugwali għall-valur immirat iżda ‘l fuq mill-għan għat-tul għall-ożonu;

≤LTO : taħt jew ugwali għall-miri għat-tul għall-ożonu.

(1) Jekk l-intestatura tal-kolonna tiddeskrivi l-istatus taż-żona, immarka b’"y".

(2) Jekk l-ammont maqbuż ikun ġie konkluż unikament minn kalkolazzjonijiet mudelli, immarka b’ "m" minflok b’ "y".

(3) L-istatus għandu jiġi stmat matul tlett snin għall-valur mirat għas-saħħa u matul ħames snin għall-valur immirat għall-veġetazzjoni.

— Formola 10. Lista ta’ żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-livelli jeċċedu jew ma jeċċedux l-istima ta’ fuq tal-għatbiet (UAT) jew l-istima ta’ isfel tal-għatbiet (LAT), inkluża informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ metodi ta’ stima supplimentari (Direttiva 96/62/KE Artikolu 6, Direttiva 1999/30/KE Artikolu 7(3) u l-Anness V, Direttiva 2000/69/KE Artikolu 5 (3) u l-Anness III, Direttiva 2002/3/KE Artikolu 9(1) u l-Anness VII)

— Formola 10a. Lista ta’ żoni b’relazzjoni mal-qbiż ta’ l-istima tal-għatba u stima supplimentari għall-SO2

+++++ TIFF +++++

— Formola 10b. Lista ta’ żoni b’relazzjoni mal-qbiż ta’ l-istima tal-għatba u stima supplimentari għall-NO2 /NOx

+++++ TIFF +++++

— Formola 10ċ. Lista ta’ żoni b’relazzjoni mal-qbiż ta’ l-istima tal-għatba u stima supplimentari għall-PM10

+++++ TIFF +++++

— Formola 10d. Lista ta’ żoni b’relazzjoni mal-qbiż ta’ l-istima tal-għatba u stima supplimentari għaċ-ċomb

+++++ TIFF +++++

— Formola 10e. Lista ta’ żoni b’relazzjoni mal-qbiż ta’l-istima tal-għatba u stima supplimentari għall-benżina

+++++ TIFF +++++

— Formola 10f. Lista ta’ żoni b’relazzjoni mal-qbiż ta’l-istima tal-għatba u stima supplimentari għall-monossidu tal-karbonju

+++++ TIFF +++++

— Formola 10g. Lista ta’ żoni b’relazzjoni mal-qbiż ta’l-istima tal-għatba u stima supplimentari għall-ożonu

+++++ TIFF +++++

Noti għall-— Formola 10:

(1) L-intestaturi tal-kolonni għandhom it-tifsira li ġejja:

> UAT : ‘l fuq mill-istima ta’ fuq tal-għatba;

≤UAT; > LAT : taħt jew ugwali għall-istima ta’ fuq tal-għatba, iżda ‘l fuq mill-istima ta’ isfel tal-għatba;

≤LAT : taht jew ugwali għall-istima ta’ isfel tal-għatba;

SA : stima supplimentari, ara Nota 6.

(2) Jekk l-intestatura tal-kolonna tiddeskrivi l-istatus taż-żona, immarka b’ "y".

(3) Jekk l-ammont maqbuż ikun ġie konkluż unikament minn kalkoli mudelli, immarka b’"m" minflok b’ "y".

(4) Għall-għatbiet għall-ekosistema, immarka biss fejn il-qbiż iseħħ f’partijiet fejn jgħoddu l-valuri tal-limiti għall-ekosistemi.

(5) Il-qbiż tal-UAT u l-LAT jiġi ġudikat fuq il-bażi tas-sena ta’ referenza u l-erba’ snin li jiġu qabel skond l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness V(II) li jinsab mad-Direttiva 1999/30/KE u l-Anness III(II) li jinsab mad-Direttiva 2000/69/KE rispettivament.

(6) L-Istat Membru huwa mitlub li jindika fil-kolonna "SA" jekk l-informazzjoni minn stazzjonijiet fissi ta’ kejl tkunx ġiet supplimentata minn informazzjoni minn sorsi oħra kif imsemmi f’Artikolu 7(3) tad-Direttiva 1999/30/KE, Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/69/KE u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2002/3/KE.

— Formola 11. Qbiż individwali tal-valuri tal-limiti u tal-valuri tal-limiti miżjuda b’marġini ta’ tolleranza (MOT) (Direttiva 96/62/KE Artikolu 11(1)(a)(i) u (ii), Direttiva 1999/30/KE l-Annessi I, II, IV u V u Direttiva 2000/69/KE l-Annessi I u II)

— Formola 11a. Qbiż tal-valur tal-limitu SO2 miżjud bl-MOT għas-saħħa (medja ta’ siegħa)

+++++ TIFF +++++

— Formola 11b. Qbiż tal-valur tal-limitu SO2 għas-saħħa (medja ta’ 24 siegħa)

+++++ TIFF +++++

— Formola 11ċ. Qbiż tal-valur tal-limitu SO2 għall-ekosistemi (medja ta’ kull sena)

+++++ TIFF +++++

— Formola 11d. Qbiż tal-valur tal-limitu SO2 għall-ekosistemi (medja tax-xitwa)

+++++ TIFF +++++

— Formola 11e. Qbiż tal-limitu tal-valur NO2 miżjud bl-MOT għas-saħħa (medja ta’ siegħa)

+++++ TIFF +++++

— Formola 11f. Qbiż tal-limitu tal-valur NO2 miżjud bl-MOT għas-saħħa (medja ta’ kull sena)

+++++ TIFF +++++

— Formola 11g. Qbiż tal-limitu tal-valur NOx għall-veġetazzjoni

+++++ TIFF +++++

— Formola 11h. Qbiż tal-valur tal-limitu PM10 miżjud bl-MOT (stadju 1; medja ta’ 24 siegħa)

+++++ TIFF +++++

— Formola 11i. Qbiż tal-valur tal-limitu PM10 miżjud bl-MOT (stadju 1; medja ta’ kull sena)

+++++ TIFF +++++

— Formola 11j. Qbiż tal-valur tal-limitu taċ-ċomb miżjud bl-MOT

+++++ TIFF +++++

— Formola 11k. Qbiż tal-valur tal-limitu tal-benżina miżjud bl-MOT

+++++ TIFF +++++

— Formola 11l. Qbiż tal-valur tal-limitu tal-monossidu tal-karbonju miżjud bl-MOT

+++++ TIFF +++++

Noti għall-— Formola 11:

(1) L-identifikazzjoni ta’l-istazzjon permezz tal-mili tal-kodiċi ta’l-istazzjon EoI mhix mandatorja, iżda rakkomandata ħafna.

(2) Il-frażi "valur tal-limitu miżjud bl-MOT" għandha tinqara bħala "valur tal-limitu" fejn il-marġini ta’ tolleranza jkun naqas għal 0 %.

(3) "Xahar" u "Jum tax-Xahar" għandu jiġi ndikat bin-numru tiegħu (1-12 u 1-31 rispettivament). "Siegħa" għandha tiġi ndikata bħala "1" għas-siegħa bejn 00:00 u 01:00 eċċ.

(4) Il-qbiż kollu tal-valuri tal-limiti miżjuda b’marġini ta’ tolleranza fi stazzjon jiġu rapportati jekk in-numru totali ta’ qbiż ikun ‘il fuq minn-numru permess. Jekk in-numru totali ta’ qbiż fi stazzjoni ikun aktar baxx jew ugwali għan-numru permess, ma għandu jiġi rapportat ebda qbiż.

(5) Ir-raġuni għall-qbiż tista’ tiġi ndikata permezz ta’ kodiċi standard waħda jew diversi provduti minn dan il-kwestjonarju (ara t-Tabella 2) jew kodiċi definiti mill-Istat Membru li jirreferi għal lista separata ta’ raġunijiet deskritti mill-Istat membru (— Formola 12). Jekk tiġi indikata aktar minn raġuni waħda, l-kodiċi għandhom jiġu separati permezz ta’punt u virgola. Id-deskrizzjoni mogħtija mill-Istat Membru tista’ wkoll tkun referenza għal dokument separat miżjud mal-kwestjonarju.

(6) Għall-qbiż f’żoni li dwarhom il-Kummissjoni tkun, skond id-Direttiva 2000/69/KE Artikolu 3(2), tat-estensjoni limitata biż-żmien, l-Istat Membru huwa mitlub li jdaħħal "y" fil-kolonna intestata b’"Artikolu 3(2)".

(7) Jekk ma jkun ġie osservat ebda qbiż ‘il fuq min-numru ta’ qbiż permess, l-Istat membru huwa mitlub li jdaħħal "Ebda qbiż" fil-kaxxa tax-xellug fl-ewwel filliera.

Tabella 2. Raġunjiet għal qbiż individwali: kodiċi standard

Kodiċi tar-raġuni | Deskrizzjoni |

S1 | Ċentru urban b’ħafna traffiku |

S2 | Viċinanza għal triq prinċipali |

S3 | Industrija lokali inkluża produzzjoni ta’ l-enerġija |

S4 | Attivitajiet ta’ barrieri jew minieri |

S5 | Tisħin domestiku |

S6 | Emissjoni aċċidentali minn sors industrijali |

S7 | Emissjoni aċċidentali minn sors mhux industrijali |

S8 | Sors/i naturali jew ġrajja/ġrajjiet naturali |

S9 | Tixrid ta’ ramel fit-toroq fix-xitwa |

S10 | Trasport ta’ tniġġiż ta’l-arja li joriġina minn sorsi barra l-Istat Membru |

S11 | Stazzjon lokali tal-petrol |

S12 | Faċilità tal-parkeġġ |

S13 | Ħażna ta’ benżina |

— Formola 12. Raġunjiet għal qbiż individwali: kodiċi addizzjonali mhux obbligatorji li għandhom jiġu definiti mill-Istat Membru (Direttiva 96/62/KE Artikolu 11(1) (a) (i) u (ii)) u Direttiva 1999/30/KE l-Annesssi I, II, IV u V, Direttiva 2000/69/KE l-Annessi I u II)

+++++ TIFF +++++

— Formola 13. Qbiż individwali tal-għatbiet ta’l-ożonu (Direttiva 2002/3/KE, Artikolu 10(2b) u l-Anness III)

— Formola 13a. Qbiż tal-valur ta’l-informazzjoni tal-għatba għall-ożonu

+++++ TIFF +++++

— Formola 13b. Qbiż tal-allert tal-valur tal-għatba għall-ożonu

+++++ TIFF +++++

— Formola 13ċ. Qbiż tal-għan għat-tul ta’l-ożonu għall-protezzjoni tas-saħħa

+++++ TIFF +++++

Noti għall-Formula 13:

(1) Għar-"Raġunijiet tal-kodiċi" ara n-Nota 5 għall-— Formola 11.

(2) 13a u 13b: Il-perjodu ta’ qbiż huwa perjodu kontinwu fuq jum wieħed kalendarju li matulu għatba kienet tinqabeż il-ħin kollu. Perjodu ma jistax jinkludiu sigħat ta’ aktar minn jum kalendarju wieħed. Jekk iseħħ aktar minn perjodu wieġħed ta’ qbiż f’jum kalendarju wieħed, kull perjodu għandu jiġi rapportat separatament.

(3) Il-ħtieġa li jiġi rapportat il-kejl NO2 hija ristretta għal minimu ta’ 50 % tal-punt tal-kampjonat O3 (Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/3/KE).

— Formola 14. Qbiż tal-valur tal-miri tal-ożonu (Direttiva 2002/3/KE, l-Artikolu 10(2b) u l-Anness III)

— Formola 14a. Stazzjonijiet fejn jinqabeż il-valur tal-mira ta’l-ożonu għas-saħħa tal-bniedem

+++++ TIFF +++++

— Formola 14b. Stazzjonijiet fejn jinqabeż il-valur tal-mira ta’l-ożonu għall-veġetazzjoni

+++++ TIFF +++++

Noti għall-— Formola 14:

(1) It-tagħrif għandu jkun konsistenti mal-ħtiġiet fid-Direttiva 2002/3/KE, l-Anness I(II), in-noti fl-aħħar tal-paġna b u ċ. Jekk il-medji ta’ tlett snin jew ħames snin ma jkunux jistgħu jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’ sett sħiħ u konsekuttiv ta’ tagħrif ta’kull sena, għandha tiġi ndikata kull sena li jingħata kont tagħha fil-kolonna l-aktar waħda fuq il-lemin, separati bil-punt u virgoal mis-snin l-oħra.

(2) — Formola 14a: Il-qbiż kollu tal-valur tal-miri fi stazzjoni għandu jiġi rapportat jekk in-numru totali ta’ qbiż ikun aktar min-numru permess. Jekk in-numru totali ta’ qbiż fi stazzjon ikun aktar baxx jew ugwali għan-numru permess, ma għandu jiġi rapportat ebda qbiż.

— Formola 15. Statistika ta’ kull sena ta’l-ożonu (Direttiva 2002/3/KE, Artikolu 10(2b) u l-Anness III)

+++++ TIFF +++++

Nota għall-— Formola 15:

In-numru ta’ tagħrif validu għall-AOT40 jirreferi għat-tagħrif disponibbli kull siegħa fil-perjodu relevanti (għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni bejn it-8:00 u l-20:00 minn Mejju sa Lulju, massimu ta’ 1104 siegħa; għall-protezzjoni tal-foresti bejn it-8:00 u l-20:00 minn April sa Settembru, massimu ta’ 2196 siegħa).

— Formola 16. Konċentrazzjonijiet medji ta’kull sena ta’ sustanzi ta’ prekursuri ta’l-ożonu (Direttiva 2002/3/KE Artikolu 10(2b) u l-Anness VI)

— Formola 16a. Konċentrazzjonijiet medji ta’ kull sena ta’ komposti rakkomandati volatili organiċi

| Stazzjonijiet |

| | |

Kodiċi ta’l-istazzjon EoI | | | |

Etanu | | | |

Etilene | | | |

Aċetilena | | | |

Propan | | | |

Propen | | | |

n-Butan | | | |

i-Butan | | | |

1-Buten | | | |

trans-2-Buten | | | |

cis-2-Buten | | | |

1.3-Butadiene | | | |

n-Pentan | | | |

i-Pentan | | | |

1-Penten | | | |

2-Penten | | | |

Isopren | | | |

n-Hexan | | | |

i-Hexan | | | |

n-Heptan | | | |

n-Oktan | | | |

i-Oktan | | | |

Benżina | | | |

Toluene | | | |

Etil benżina | | | |

m+p-Xilen | | | |

o-Xilen | | | |

1,2,4-Trimeth.benżina | | | |

1,2,3-Trimeth.benżina | | | |

1,3,5-Trimeth.benżina | | | |

Formaldehyde | | | |

Total ta’ idrokarbuni mhux metani | | | |

— Formola 16b. Konċentrazzjonijiet medji ta’ kull sena ta’ sustanzi prekursuri oħra ta’l-ożonu

| Stazzjonijiet |

| | |

Kodiċi tal-istazzjon EoI | | | |

Noti għall-— Formola 16:

(1) Fl-ewwel linja tal-— Formola 16a l-Istat Membru għandu jirrapporta l-kodiċi ta’l-istazzjon EoI u fil-linji ta’ wara l-konċentrazzjoni medja ta’ kull sena ta’ sustanzi prekursuri ta’l-ożonu stmati taħt id-Direttiva 2002/3/KE Artikolu 9(3).

(2) Għal sustanzi oħra prekursuri ta’l-ożonu minbarra dawk deskritti fil-— Formola 16a u stmati taħt id-Direttiva 2002/3/KE Artikolu 9(3), l-Istati membri għandhom jimlew fil-— Formola 16b l-istruttura li ġejja tal-— Formola 16a, u jindikaw dawn is-sustanzi l-oħra fl-ewwel kolonna.

(3) Billi l-obbligi ta’ rapportaġġ ta’ sustanzi prekursuri ta’l-ożonu għandhom jinkludu "komposti xierqa volatili organiċi", l-lista prezentata fil-— Formola 16a hija biss rakkomandazzjoni skond l-Anness VI li jinsab mad-Direttiva 2002/3/KE.

(4) Konċentrazzjonijiet li ġew irrapportati taħt id-Deċiżjoni dwar Skambju ta’ Informazzjoni 97/101/KE ma għandhomx jiġu rapportati fil-— Formola 16.

— Formola 17. Moniteragg ta’ tagħrif għal 10 minuti tal-livelli medji SO2 (Direttiva 1999/30/KE Artikolu 3(3))

+++++ TIFF +++++

Nota għall-— Formola 17:

Fejn ma jkunx prattiku għal Stat Membru li jirrekordja tagħrif dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ dijossidu tas-sulfur fuq medja ta’ 10 minuti, din il-— Formola ma għandhiex għalfejn timtela.

— Formola 18. Moniteragg tat-tagħrif dwar livelli PM2,5 fuq medja ta’ 24 siegħa (Direttiva 1999/30/KE Artikolu 5(2))

+++++ TIFF +++++

— Formola 19. Riżultati tabulari ta’ u l-metodi wżati għal stima supplimentari (Direttiva 1999/30/KE Artikolu 7(3) u l-Anness VIII(II), Direttiva 2000/69/KE Artikolu 5(3) l-Anness VI(II) u Direttiva 2002/3/KE Artikolu 9(1) u l-Anness VII(II))

— Formola 19a. Riżultati ta’ u l-metodi wżati għall-istima supplimentari għall-SO2

+++++ TIFF +++++

— Formola 19b. Riżultati ta’ u l-metodi wżati għall-istima supplimentari għall-NO2 /NOx

+++++ TIFF +++++

— Formola 19ċ.1 Riżultati ta’ u l-metodi wżati għall-istima supplimentari għall-PM10 (Stadju 1)

+++++ TIFF +++++

— Formola 19ċ.2 Riżultati ta’ u l-metodi wżati għall-istima supplimentari għall-PM10 (Stadju 2)

+++++ TIFF +++++

— Formola 19d. Riżultati ta’ u l-metodi wżati għall-istima supplimentari għaċ-ċomb

+++++ TIFF +++++

— Formola 19e. Riżultati ta’ u l-metodi wżati għall-istima supplimentari għall-benżina

+++++ TIFF +++++

— Formola 19f. Riżultati ta’ u l-metodi wżati għall-istima supplimentari għall-monossidu tal-karbonju

+++++ TIFF +++++

— Formola 19g. Riżultati ta’ u l-metodi wżati għall-istima supplimentari għall-ożonu

+++++ TIFF +++++

Noti għall-— Formola 19:

(1) "Metodu" huwa l-kodiċi definita mill-Istat Membru li jirreferi għall-lista separata ta’ referenzi (— Formola 20) dwar pubblikazzjonijiet jew rapporti li fihom il-metodu supplimentari jiġi dokumentat. Il-— Formola 20 hija parti mir-rapport tal-Kummissjoni; il-pubblikazzjoni jew rapporti msemmija ma għandhomx jintbagħtu lill-Kummissjoni.

(2) Il-— Formola 19 tista’ timtela permezz ta’ mappep li juru distribuzzjonijiet ta’ konċentrazzjoni. Huwa rakkomandat li l-Istat Membru, fejn possibbli, jikkompila mappep li juru d-distribuzzjonijiet ta’ konċentrazzjoni fi ħdan kull żona u agglomerazzjoni. Huwa rakkomandat li jiġu provduti linji-iso ta’ konċentrazzjoni tal-parametri li bihom l-għatbiet tal-kwalità tal-arja jiġu espressi (ara t-Tabella 3) bl-użu ta’ linji-iso b’intervalli ta’ 10 % tal-għatba.

(3) L-informazzjoni għandha tirreferi għall-perjodu ta’medja xieraq għall-għanijiet għat-tul (sena), il-valur tal-mira għas-saħħa (tlett snin) u l-valur tal-mira għall-veġetazzjoni (ħames snin).

Tabella 3 Parametri statistiċi li għandhom jintużaw fil-mappep ta’ konċentrazzjoni

Pollutant | Parametri |

SO2 | 99,7 percentile fuq medja ta’ siegħa; 98,9 percentile fuq medja ta’ 24 siegħa; medja ta’ kull sena; medja tax-xitwa |

NO2 | 99,8 percentile fuq medji ta’ siegħa |

NO2/NOx | Medja ta’kull sena |

PM10 | 90,1 percentile fuq medji ta’ 24 siegħa (stadju 1); 97,8 percentile fuq medji ta’ 24 siegħa (stadju 2) |

PM10 and PM2,5 | Medja ta’kull sena |

Lead | Medja ta’kull sena |

Benzene | Medja ta’kull sena |

Carbon monoxide | Medja massima ta’ kull jum ta’ tmien siegħat |

Ozone | 92,9 percentile ta’ medji massimi ta’ kuljum ta’ tmien siegħat fuq medja matul l-aħħar tlett snin; medja massima ta’ kuljum ta’ tmien siegħat fis-sena ta’ referenza; AOT40 (Mejju sa Lulju) fuq medja matul l-aħħar ħames snin |

— Formola 20. Lista ta’ referenzi ta’ metodi ta’ stima supplimentari mesmmija fil-— Formola 19 (Direttiva 1999/30/KE Artikolu 7(3) u l-Anness VIII(II))

+++++ TIFF +++++

— Formola 21. Qbiż tal-valuri tal-limiti għall-SO2 minħabba sorsi naturali (Direttiva 1999/30/KE Artikolu 3(4))

— Formola 21a. SO2 valur tal-limitu għas-saħħa (medja ta’ siegħa)

+++++ TIFF +++++

— Formola 21b. Valur tal-limitu SO2 għas-saħħa (medja ta’ 24 siegħa)

+++++ TIFF +++++

— Formola 21ċ. Valur tal-limitu SO2 għall-ekosistemi (medja ta’ kull sena)

+++++ TIFF +++++

— Formola 21d. Valur tal-limitu SO2 għall-ekosistemi (medja tax-xitwa)

+++++ TIFF +++++

Nota għall-— Formola 21:

Is-sors naturali jista’ jiġi ndikat permezz ta’ kodiċi standard waħda jew diversi provduti minn dan il-kwestjonarju (ara Tabella 4) jew kodiċi definiti mill-Istat membru li jirreferi għal-lista separata ta’ sorsi naturali deskritti mill-Istat Membru (— Formola 22)).

Table 4. Sorsi naturali SO2: kodiċi standard

Kodiċi ta’ sors naturali | Deskrizzjoni |

A1 | Attività vulkanika ġewwa l-Istat Membru |

A2 | Attività vulkanika barra l-Istat Membru |

B | Artijiet mistagħdra kostali |

C1 | Nirien naturali ġewwa l-Istat Membru |

C2 | Nirien naturali barra l-Istat Membru |

— Formola 22. Sorsi naturali SO2: kodiċi addizzjonali mhux obbligatorji li għandhom jiġu definiti mill-Istat Membru (Direttiva 1999/30/KE Artikolu 3(4))

+++++ TIFF +++++

— Formola 23. Qbiż tal-valuri tal-limitu għall-PM10 minħabba ġrajjiet naturali (Direttiva 1999/30/KE Artikolu 5(4))

— Formola 23a. Kontribuzzjoni ta’ ġrajjiet naturali għall-qbiż tal-valur tal-limitu għall-PM10 (stadju 1; medja ta’ 24 siegħa)

+++++ TIFF +++++

— Formola 23b. Kontribuzzjoni ta’ ġrajjiet naturali għall-qbiż tal-valur tal-limitu għall-PM10 (stadju 1; medja ta’ kull sena)

+++++ TIFF +++++

Nota għall-— Formola 23:

Il-ġrajja naturali tista’ tiġi ndikata permezz ta’ kodiċi standard waħda jew diversi provduti minn dan il-kwestjonarju (ara Tabella 5).

Table 5 Ġrajjiet naturali li jikkawżaw qbiż fil-valur tal-limitu għall-PM10: kodiċi standard

Kodiċi tal-ġrajja naturali | Deskrizzjoni |

A1 | Attività vulkanika ġewwa l-Istat Membru |

A2 | Żbroff vulkaniku barra l-Istat Membru |

B1 | Attività sesmika ġewwa l-Istat Membru |

B2 | Attività sesmika barra l-Istat Membru |

C1 | Attività ġeotermali ġewwa l-Istat Membru |

C2 | Attività ġeotermali barra l-Istat Membru |

D1 | Nar f’art ahrax ġewwa l-Istat Membru |

D2 | Nar f’art ahrax barra l-Istat Membru |

E1 | Ġrajja ta’ riħ qawwi ġewwa l-Istat Membru |

E2 | Ġrajja ta’ riħ qawwi barra l-Istat Membru |

F1 | Risospensjoni atmosferika ġewwa l-Istat Membru |

F2 | Risospensjoni atmosferika barra l-Istat Membru |

G1 | Trasport ta’ particelli naturali minn regjuni niexfa gewwa l-Istat Membru |

G2 | Trasport ta’ frak naturali minn reġjuni niexfa barra l-Istat Membru |

— Formola 24. Qbiż tal-valuri tal-limiti għall-PM10 minħabba tixrid ta’ ramel fix-xitwa (Direttiva 1999/30/KE Artikolu 5(5))

— Formola 24a. Kontribuzzjoni ta’ tixrid ta’ ramel fix-xitwa għall-qbiż tal-valur tal-limitu PM10 (stadju 1; medja ta’ 24 siegħa)

+++++ TIFF +++++

— Formola 24b. Kontribuzzjoni tat-tixrid ta’ ramel fix-xitwa għall-qbiż tal-valur tal-limitu PM10 (stadju 1; medja ta’ kull sena)

+++++ TIFF +++++

— Formola 25. Konsultazzjonijiet dwar it-tniġġiż bejn il-fruntieri (Direttiva 96/62/KE Artikolu 8(6))

— Formola 25a. Ġenerali

L-Istat membru konsulta ma’l-Istati Membri l-oħra dwar tniġġiż sinifikanti ta’l-arja li joriġina fi Stati Membri oħra? Jekk jogħġbok immarka b’"i" jekk iva u "l" jekk le: | (i jew l) |

— Formola 25b. Speċifikazzjonijiet għal kull Stat Membru

Jekk iva, jekk jogħġbok: | AT | BE | CY | CZ | DE | DK | EE | ES | FI | FR | GR | HU | IE | IT | LT | LU | LV | MT | NL | PL | PT | SE | SK | SI | UK |

–immarka l-IM jew il-pajjiż konċernat | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |

–immarka l-aġenda/i tal-konsultazzjonijiet li ġew miżjuda mar-rapport | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |

–Immarka jekk il-konsultazzjonijiet tal-minuti ġewx miżjuda ma’ dan ir-rapport | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |

Nota għall-— Formola 25b:

Immarka biss jekk iva, billi tuża "i".

— Formola 26. Qbiż tal-valuri tal-limiti preskritti fid-Direttivi 80/779/KEE, 82/884/KEE u 85/203/KEE li għandu jiġi rapportat skond id-Direttiva 1999/30/KE Artikolu 9(6))

+++++ TIFF +++++

Noti għall-— Formola 26:

(1) Il-valur numeriku tal-valur tal-limitu maqbuż għandu jiġi ndikat fit-tieni kolonna.

(2) Għall-SO2 u frak imdendel għandu jiġi ndikat jekk intużax il-metodu tad-duħħan iswed jew tal-gravimetrija.

(3) L-identifikazzjoni ta’l-istazzjoni mhix mandatorja, iżda rakkomandata ħafna.

(4) Ir-raġuni ta’ qbiż għandha tiġi ndikata permez ta’ kodiċi standard waħda jew diversi provduti minn dan il-kwestjonarju (ara Tabella 5) jew kodiċi definita mill-Istat Membru li jirreferi għal-lista separata tar-raġunijiet deskritti mill-Istat membru (— Formola 27). Jekk tiġi ndikata aktar minn raġuni waħda, l-kodiċi għandhom ikunu separati bil-punt u virgola. Id-deskrizzjoni mogħtija mill-Istat Membru tista’ wkoll tkun referenza għal dokument separat miżjud mal-kwestjonarju.

— Formola 27. Raġunijiet tal-qbiż tal-valuri tal-limiti preskritti fir-Direttivi 80/779/KEE, 82/884/KEE u 85/203/KEE: il-kodiċi addizzjonali mhux obbligatorji għandhom jiġu definiti mill-Istat Membru (Direttiva 1999/30/KE Artikolu 9(6))

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top