Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0453

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE: dwar miżuri kontra ċertu mard f'annimali ta' l-akwakultura (notifikata fid-dokument numru K (2004) 1679)Test b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 156, 30.4.2004, pp. 5–26 (FI, SV)
ĠU L 156, 30.4.2004, pp. 5–32 (FR)
ĠU L 156, 30.4.2004, pp. 5–31 (DA, IT)
ĠU L 156, 30.4.2004, pp. 5–28 (EN, NL)
ĠU L 156, 30.4.2004, pp. 5–33 (DE, EL)
ĠU L 156, 30.4.2004, pp. 5–30 (ES, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/05/2010; Imħassar b' 32010D0221

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/453/oj

32004D0453



Official Journal L 156 , 30/04/2004 P. 0005 - 0032


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' April 2004

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE: dwar miżuri kontra ċertu mard f'annimali ta' l-akwakultura

(notifikata fid-dokument numru K (2004) 1679)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/453/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE: tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodotti ta' l-akwakultura [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE: tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1) Stat Membru li jikkonsidra li t-territorju tiegħu jew parti mit-territorju huwa ħieles minn marda waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness A, il-kolonna I, il-lista III tad-Direttiva 91/67/KEE:, jista' skond l-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva jressaq prova li ssostni l-pretensjoni tal-ħelsien mill-mard lill-Kummissjoni sabiex jingħata l-istatus ta' ħelsien mill-mard. Id-Danimarka, il-Finlandja, l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit ressqu pretensjonijiet bħal dawn lill-Kummissjoni.

(2) Stat Membru li jfassal program għall-kontroll bil-għan li jeqred marda waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness A, il-kolonna I, il-lista III tad-Direttiva 91/67/KEE:, jista' skond l-Artikolu 12 ta' dik id-Direttiva jressaq il-programm lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Il-Finlandja, l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit ressqu programmi bħal dawn lill-Kummissjoni.

(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE:) Nru 706/73 tat-12 ta' Marzu 1973 dwar l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għaċ-Channel Islands u l-Isle of Man għal kummerċ fi prodotti agrikoli [3], jistabbilixxi li l-leġislazzjoni veterinarja għandha tapplika għal dawk il-gżejjer taħt l-istess kondizzjonijiet bħal fir-Renju Unit għall-prodotti importati f'dawk il-gżejjer jew esportati minnhom għal ġol-Komunità.

(4) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-ħtiġiet li għandhom jaderixxu sabiex l-Istati Membri jiġu ddikjarati ħelsin mill-mard u l-kriterji ta' l-Istati Membri għandhom igħoddu skond il-programmi ta' kontroll u qerda. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu definiti l-garanziji addizjonali li huma meħtieġa għall-introduzzjoni ta' ċerti speċi ta' ħut fiż-żoni li huma ħielsa mill-mard u fiż-żoni kkonċernati mill-programmi ta' kontroll u qerda. Għal dak l-iskop għandu jittieħed qies tar-rakkomandazzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE).

(5) Id-Danimarka ressqet prova ta' ħelsien minn spring viraemia fil-karpjun (SVC), u għalhekk għandha tiġi kkonsidrata ħielsa minn dik il-marda.

(6) Il-Finlandja ressqet prova ta' ħelsien minn SVC fit-territorju intier tagħha, u ta' ħelsien minn Gyrodactylus salaris u min nekrosi infettiva tal-frixa (IPN) f'partijiet mit-territorju tagħha. It-territorji kkonċernati għandhom għalhekk jiġu kkonsidrati bħala ħielsa minn dak il-mard. Il-Finlandja ressqet ukoll program għall-kontroll u l-qerda ta' mard fil-kliewi ikkaġunat mill-batterja (BKD) li għandu jgħodd għall-partijiet kontinentali tat-territorju tagħha. Dak il-programm għandu jiġi approvat bil-għan li tinqered il-marda u li jinkiseb l-istatus ta' ħelsien mill-mard.

(7) L-Irlanda ressqet prova ta' ħelsien minn SVC, BKD u Gyrodactylus salaris fit-territorju intier tagħha, u għandha għalhekk tiġi kkonsidrata bħala ħielsa minn dak il-mard.

(8) L-Isvezja ressqet prova ta' ħelsien minn SVC u IPN fit-territorju intier tagħha, u għandha għalhekk tiġi kkonsidrata bħala ħielsa minn dak il-mard. L-Isvezja ressqet ukoll program għall-kontroll u l-qerda ta' BKD li għandu jgħodd għall-partijiet kontinentali tat-territorju tagħha. Dak il-programm għandu jiġi approvat bil-għan li tinqered il-marda u li jinkiseb l-istatus ta' ħelsien mill-mard.

(9) Ir-Renju Unit ressaq prova ta' ħelsien minn Gyrodactylus salaris fit-territorju intier tiegħu u ta' ħelsien minn IPN, BKD u SVC f'partijiet mit-territorju tiegħu. It-territorji kkonċernati għandhom għalhekk jiġu kkonsidrati bħala ħielsa minn dak il-mard. Ir-Renju Unit ressaq ukoll programi għall-kontroll u l-qerda ta' SVC u BKD li huma applikabbli f'partijiet oħra tat-territorju tiegħu. Dawk il-programmi għandhom jiġu approvati bil-għan li jinqered il-mard u li jinkiseb l-istatus ta' ħelsien mill-mard.

(10) Il-garanziji addizjonali previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jerġgħu jiġu kkonsidrati wara tliet snin, waqt li jittieħed qies ta' l-esperjenza miksuba fil-kontroll u l-qerda tal-mard u l-iżvilupp ta' miżuri alternattivi ta' kontroll bħall-vaċċini.

(11) Garanziji addizjonali dwar SVC ġew definiti għal ċerti speċi ta' ħut li jiġi kunsinnat lejn il-Gran Brittannja, l-Irlanda ta' fuq, l'Isle of Man u Guernsey mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/44/KE [4]. Dik id-Deċiżjoni għandha tiġi mħassra u mibdula b'din id-Deċiżjoni.

(12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/513/KE [5] hija deċiżjoni ta' salvagwardja għall-protezzjoni ta' ċerti reġjuni tal-Komunità mill-introduzzjoni ta' Gyrodactylus salaris. Dawk il-miżuri ilhom fis-seħħ mill-1996, u huma fin-natura tagħhom garanziji addizjonali u mhux miżuri ta' salvagwardja. Id-Deċiżjoni 2003/513/KE għandha għalhekk tiġi mħassra wkoll u mibdula b'din id-Deċiżjoni.

(13) Il-garanziji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 93/44/KE u 2003/513/KE għandhom jiġu aġġornati biex jittieħed qies tat-tagħrif xjentifiku preżenti u tar-rakkomandazzjonijiet kurrenti ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE).

(14) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku għall-Katina ta' L-ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ħtiġiet għal territorju li qed jiġi kkonsidrat ħieles mill-mard

Il-ħtiġiet li għandhom jaderixxu sabiex it-territorju jiġi kkonsidrat ħieles minn marda waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-Kolonna I, il-Lista III ta' l-Anness A tad-Direttiva 91/67/KEE, huma stabbiliti fl-Anness I, il-Kapitolu I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Territorji kkonsidrati ħielsa mill-mard

It-territorji elenkati fl-Anness I, il-Kapitolu II ta' din id-Deċiżjoni huma kkonsidrati ħielsa mill-mard elenkat fil-Kolonna I, il-Lista III ta' l-Anness A tad-Direttiva 91/67/KEE:.

Artikolu 3

Kriterji għall-programmi ta' kontroll u qerda

Il-kriterji li Stati Membri għandhom igħoddu taħt programm għall-kontroll u l-qerda ta' marda waħda jew aktar minn dawk imsejħa fil-Kolonna I, il-Lista III ta' l-Anness A tad-Direttiva 91/67/KEE:, huma stabbiliti fl-Anness II, il-Kapitolu I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Approvazzjoni tal-programmi ta' kontroll u qerda

Il-programmi ta' kontroll u qerda għat-territorji elenkati fl-Anness II, il-Kapitolu II ta' din id-Deċiżjoni huma approvati.

Artikolu 5

Garanziji addizjonali

1. Ħut ħaj ta' l-akwakultura, bajd u gameti li jiddaħħlu fit-territorji elenkati fl-Anness I, il-Kapitolu II jew fl-Anness II, il-Kapitolu II għandhom iħarsu l-garanziji, inkluż dawk għall-ippakkjar u t-tikkettjar u l-ħtiġiet addizjonali speċifiċi xierqa, kif stabbiliti fiċ-ċertifikat tas-saħħa, imfassal skond iċ-ċertifikat tas-saħħa mudell fl-Anness III, waqt li jittieħed qies tan-noti fissiera fl-Anness IV.

2. Il-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafu 1 m'għandhomx igħoddu meta jiddaħħal bajd fit-territorji elenkati fl-Anness I, il-Kapitolu II jew fl-Anness II, il-Kapitolu II, għall-konsum uman.

3. Il-garanziji addizjonali għandhom jinżammu meta l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness V huma ssodisfati.

Artikolu 6

Trasport

Ħut ħaj ta' l-akwakultura, bajd u gameti li jiddaħħlu fit-territorji elenkati fl-Anness I, il-Kapitolu II, jew fl-Anness II il-Kapitolu II, għandhom jiġu trasportati taħt kondizzjonijiet li ma jbiddlux l-istatus tas-saħħa tagħhom u li ma jipperikolawx l-istatus tas-saħħa fil-post ta' destinazzjoni.

Artikolu 7

Tħassir

Id-Deċiżjonijiet 93/44/KE u 2003/513/KE huma mħassra.

Artikolu 8

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-garanziji addizjonali stabbiliti minn din id-Deċiżjoni mhux aktar tard mit-30 ta' April 2007. Ir-reviżjoni għandha tieħu qies ta' l-esperjenza miksuba fil-kontroll u l-qerda tal-mard u l-iżvilupp ta' miżuri alternattivi ta' kontroll bħall-vaċċini.

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003 p. 1).

[2] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ 24. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, tad-19.11.2002, p. 14).

[3] ĠU L 68, tal-15.3.1973, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1274/86 (ĠU L 107, ta’ l-24.4.1986, p. 1).

[4] ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 53. Id-Deċiżjoni emendata mid-Deċiżjoni 94/865/KE (ĠU L 352, tal-31.12.1994, p. 75).

[5] ĠU L 177, tas-16.7.3, p. 22.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Status ta' ħelsien mill-mard

Kapitolu I

Ħtiġiet għal status ta' ħelsien mill-mard

A. Pajjiż ħieles mill-mard

Stat Membru għandu jiġi kkonsidrat bħala ħieles mill-mard jekk l-ebda mill-ispeċi suxxettibbli ma huma preżenti jew jekk jissodisfa l-kondizzjonijiet fil-punt 1 jew 2 t'hawn taħt.

Jekk Stat Membru ikollu sehem f'erja ta' ġbir ta' l-ilma tax-xita ma' wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-oħra, jista' jiġi ddikjarat bħala pajjiż ħieles mill-mard jekk l-erjas kollha ta' ġbir ta' l-ilma tax-xita li huma maqsuma jiġu ddikjarati bħala żoni ħielsa mill-mard fiż-żewġ Stati Membri.

1. Stat Membru li fih ma ġiet osservata l-ebda okkorrenza tal-marda għal mill-inqas l-aħħar 25 sena minkejja kondizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika tagħha jistgħu jiġu kkonsidrati ħielsa mill-mard jekk

1.1. kondizzjonijiet bażiċi tas-sigurtà kontra l-mard ilhom fil-post kontinwament għal mill-inqas l-10 snin preċedenti. Il-kondizzjonijiet bażiċi tas-sigurtà kontra l-mard għandhom bħala minimu jikkonsistu minn:

(a) in-notifikazzjoni obbligatorja tal-marda lill-awtorità kompetenti, inkluż in-notifikazzjoni ta' suspett ta' mard;

(b) sistema ta' skoperta bikrija li tiżgura l-għarfien rapidu ta' sinjali suspettużi ta' marda, jew sitwazzjoni ta' tfaċċar ta' mard, jew mortalità li mhix spjegata, f'annimali akwatiċi fi stabbiliment ta' l-akwakultura jew fl-ambjent naturali, u ta' komunikazzjoni rapida tal-każ lill-awtorità kompetenti, bil-għan li tiġi attivata investigazzjoni dijanostika bl-inqas dewmien, qegħda fil-post fil-pajjiż sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tagħmel investigazzjoni u rapportar effettivi dwar il-marda, inkluż aċċess għal laboratorji fejn jista' jsir dijanosi u divrenzar tal-mard relevanti, u taħriġ ta' veterinarji jew speċjalisti fis-saħħa tal-ħut fl-iskoperta u r-rapportar ta' okkorrenza ta' mard mhux tas-soltu. Sistema ta' skoperta bikrija bħal din għandha mill-inqas tinkludi dan li ġej:

(i) kuxjenza wiesgħa, eż. fost il-persunal impjegat fl-istabbilimenti ta' l-akwakultura jew involuti fl-ipproċessar, tas-sinjali karatteristiċi tal-mard elenkat;

(ii) veterinarji jew speċjalisti fis-saħħa ta' l-annimali akwatiċi mħarrġa fl-għarfien u r-rapportar ta' l-okkorrenza ta' mard suspettuż;

(iii) abilità ta' l-awtorità kompetenti li tagħmel investigazzjoni rapida u effettiva tal-mard;

(iv) aċċess mill-awtorità kompetenti għal laboratorji bil-faċilitajiet għad-dijanosi u divrenzar tal-mard elenkat u ta' dak li jitfaċċa

1.2. mhux magħruf li hemm infezzjoni stabbilita f'popolazzjonijiet salvaġġi;

1.3. kondizzjonijiet li jgħoddu għall-kummerċ u l-importazzjoni biex ma jitħalliex id-dħul tal-mard fl-Istat Membru huma fil-post.

2. Stat Membru fejn l-aħħar okkorrenza klinika magħrufa kienet fl-aħħar 25 sena jew fejn l-istatus ta' infezzjoni qabel is-sorveljanza immirata ma kinitx magħrufa, per eżempju minħabba n-nuqqas ta' kondizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika, jista' jiġi kkonsidrat ħieles mill-mard jekk:

2.1. jissodisfa l-kondizzjonijiet bażiċi tas-sigurtà kontra l-mard kif deskritti fil-punt 1.1; u

2.2. sorveljanza immirata ilha fil-post għal mill-inqas l-aħħar sentejn fl-istabbilimenti ta' l-akwakultura li fihom xi waħda mill-ispeċi suxxettibbli mingħajr l-iskoperta ta' l-aġent tal-mard. Jekk ikun hemm żoni fil-pajjiż fejn is-sorveljanza fl-istabbilimenti ta' l-akwakultura biss, ma tagħtix data epidemjoloġika suffiċjenti (fejn in-numru ta' stabbilimenti ta' l-akwakultura huwa limitat), imma li fihom hemm popolazzjonijiet salvaġġi ta' xi waħda mill-ispeċi suxxettibbli, dawk il-popolazzjonijiet salvaġġi għandhom jiġu inklużi fis-sorveljanza immirata. Il-metodi tat-teħid ta' kampjuni u d-daqs tal-kampjuni għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni 2001/183/KE jew fil-kapitoli relevanti tal-Kodiċi Internazzjonali ta' l-OIE għas-Saħħa ta' l-Annimali Akwatiċi u tal-Manwâl ta' l-OIE għal Provi Dijanostiċi f'Annimali Akwatiċi. Il-metodi dijanostiċi għandhom mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-kapitoli relevanti tal-Manwâl ta' l-OIE għal provi dijanostiċi f'annimali akwatiċi.

B. Żona ħielsa mill-mard

Żona ħielsa mill-mard tista' tiġi stabbilita fit-territorju ta' Stat Membru wieħed bi status infettat jew mhux magħruf għal marda, jekk l-ebda waħda mill-ispeċi suxxettibbli ma hi preżenti fiż-żona jew jekk iż-żona tissodisfa l-kondizzjonijiet imsejħa fil-punt 1 jew 2 t'hawn taħt.

Żoni ħielsa mill-mard bħal dawn għandhom jinkludu: erja waħda jew aktar intiera għall-ġbir ta' l-ilma tax-xita mill-egħjun tal-passaġġi ta' l-ilma sal-baħar, jew parti minn erja ta' ġbir mill-għajn (egħjun) sa barriera naturali jew artifiċjali li ma tħallix il-migrazzjoni 'l fuq tal-ħut mill-meded tan-naħa t'isfel tal-passaġġ ta' l-ilma. Dawn iż-żoni għandhom ikunu ddelinjati b'mod ċar fuq mappa tat-territorju tal-pajjiż kkonċernat mill-awtorità kompetenti.

Jekk erja ta' ġbir ta' l-ilma tax-xita testendi f'aktar minn Stat Membru wieħed, tista' tiġi ddikjarata bħala żona ħielsa mill-mard biss jekk il-kondizzjonijiet imniżżla fil-qosor hawn taħt igħoddu għall-erjas kollha taż-żona. Iż-żewġ Stati Membri kkonċernati għandhom japplikaw għall-approvazzjoni taż-żona.

1. Żona fejn ma kien hemm l-ebda okkorrenza osservata tal-marda għal mill-inqas l-aħħar 25 sena minkejja kondizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika tagħha jistgħu jkunu kkonsidrati ħielsa jekk:

1.1. kondizzjonijiet bażiċi tas-sigurtà kontra l-mard ilhom fil-post kontinwament għal mill-inqas l-10 snin preċedenti. Il-kondizzjonijiet bażiċi tas-sigurtà kontra l-mard għandhom bħala minimu jikkonsistu minn:

(a) in-notifikazzjoni obbligatorja tal-marda lill-awtorità kompetenti, inkluż in-notifikazzjoni ta' suspett ta' mard;

(b) sistema ta' skoperta bikrija li tiżgura l-għarfien rapidu ta' sinjali suspettużi ta' marda, jew sitwazzjoni ta' tfaċċar ta' mard, jew mortalità li mhix spjegata, f'annimali akwatiċi fi stabbiliment ta' l-akwakultura jew fl-ambjent naturali, u ta' komunikazzjoni rapida tal-każ lill-awtorità kompetenti, bil-għan li tiġi attivata investigazzjoni dijanostika bl-inqas dewmien, qegħda fil-post fil-pajjiż sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tagħmel investigazzjoni u rapportar effettivi dwar il-marda, inkluż aċċess għal laboratorji fejn jista' jsir dijanosi u divrenzar tal-mard relevanti, u taħriġ ta' veterinarji jew speċjalisti fis-saħħa tal-ħut fl-iskoperta u r-rapportar ta' l-okkorrenza ta' mard mhux tas-soltu. Sistema ta' skoperta bikrija bħal din għandha mill-inqas tinkludi dan li ġej:

(i) kuxjenza wiesgħa, eż. fost il-persunal impjegat fl-istabbilimenti ta' l-akwakultura jew involuti fl-ipproċessar, tas-sinjali karatteristiċi tal-mard elenkat;

(ii) veterinarji jew speċjalisti fis-saħħa ta' l-annimali akwatiċi mħarrġa fl-għarfien u r-rapportar ta' l-okkorrenza ta' mard suspettuż;

(iii) abilità ta' l-awtorità kompetenti li tagħmel investigazzjoni rapida u effettiva tal-mard;

(iv) aċċess mill-awtorità kompetenti għal-laboratorji bil-faċilitajiet għad-dijanosi u divrenzar tal-mard elenkat u dak li jitfaċċa

1.2. mhux magħruf li hemm infezzjoni stabbilita f'popolazzjonijiet salvaġġi;

1.3. kondizzjonijiet li jgħoddu għall-kummerċ u l-importazzjoni biex ma jitħalliex id-dħul tal-mard fiż-żona huma fil-post.

2. Żona fejn l-aħħar okkorrenza klinika magħrufa kienet fl-aħħar 25 sena jew fejn l-istatus ta' infezzjoni qabel is-sorveljanza immirata ma kinitx magħrufa, per eżempju minħabba n-nuqqas ta' kondizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika, tista' tiġi kkonsidrata ħielsa mill-marda jekk:

2.1. tissodisfa l-kondizzjonijiet bażiċi tas-sigurtà kontra l-mard kif deskritti fil-punt 1.1;

2.2. sorveljanza immirata ilha fil-post għal mill-inqas l-aħħar sentejn fl-istabbilimenti ta' l-akwakultura li fihom xi waħda mill-ispeċi suxxettibbli mingħajr l-iskoperta ta' l-aġent tal-mard. Jekk is-sorveljanza fl-istabbilimenti ta' l-akwakultura biss, ma tagħtix data epidemjoloġika suffiċjenti (fejn in-numru ta' stabbilimenti ta' l-akwakultura huwa limitat), imma li fihom hemm popolazzjonijiet salvaġġi ta' xi waħda mill-ispeċi suxxettibbli, dawk il-popolazzjonijiet salvaġġi għandhom jiġu inklużi fis-sorveljanza immirata. Il-metodi tat-teħid ta' kampjuni u d-daqs tal-kampjuni għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni 2001/183/KE jew fil-kapitoli relevanti tal-Kodiċi Internazzjonali ta' l-OIE għas-Saħħa ta' l-Annimali Akwatiċi u tal-Manwâl ta' l-OIE għal Provi Dijanostiċi f'Annimali Akwatiċi. Il-metodi dijanostiċi għandhom mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-kapitoli relevanti tal-Manwâl ta' l-OIE għal provi dijanostiċi f'annimali akwatiċi.

Il-Kapitolu II

Territorji b'ħelsien approvat minn ċertu mard imsejjaħ fil-Kolonna 1, il-Lista III ta' l-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE:

Marda | Stat Membru | Territorju jew partijiet mit-territorju |

Spring viraemia tal-karpjun (SVC) | Id-Danimarka | It-territorju kollu |

Il-Finlandja | It-territorju kollu; l-erja ta' ġbir ta' l-ilma tax-xita ta' l-Ixmara Vuoksi għandha tiġi kkonsidrata bħala żona ta' protezzjoni. |

L-Irlanda | It-territorju kollu |

L-Isvezja | It-territorju kollu |

Ir-Renju Unit | It-territorji ta' l-Irlanda ta' fuq, l'Isle of Man, Jersey, u Guernsey |

Mard fil-kliewi ikkaġunat mill-batterja (BKD) | L-Irlanda | It-territorju kollu |

Ir-Renju Unit | It-territorji tal-Gran Brittannja, l-Irlanda ta' fuq, l'Isle of Man, u Jersey |

Virus tan-nekrosi infettiva tal-frixa (IPN) | Il-Finlandja | Il-partijiet kontinentali tat-territorju; l-erjas ta' ġbir ta' l-ilma tax-xita ta' l-Ixmara Vuoksi u l-Ixmara Kemi-joki għandhom jiġu kkonsidrati bħala żoni ta' protezzjoni. |

L-Isvezja | It-territorju kollu |

Ir-Renju Unit | It-territorju ta' l'Isle of Man |

Infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris | Il-Finlandja | L-erjas ta' ġbir ta' l-ilma tax-xita ta' Tenojoki u Näätä-mönjoki; l-erjas ta' ġbir ta' l-ilma tax-xita ta' Paatsjoki, Luttojoki, u Uutuanjoki huma kkonsidrati bħala żoni ta' protezzjoni. |

L-Irlanda | It-territorju kollu |

Ir-Renju Unit | It-territorji tal-Gran Brittannja, l-Irlanda ta' fuq, l'Isle of Man, Jersey u Guernsey. |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Programmi ta' kontroll u qerda

Il-Kapitolu I

Il-Kriterji minimi li għandhom jiġu applikati f'programm immirat għall-kontroll u l-qerda ta ċertu mard imsejjaħ fil-Kolonna 1, il-Lista III ta' l-Anness A tad-Direttiva 91/67/KEE:

A. Il-Kriterji minimi li għandhom jiġu applikati mil l-Istat Membru taħt program approvat ta' kontroll u qerda huma

1. In-notifikazzjoni obbligatorja tal-marda lill-awtorità kompetenti, inkluż in-notifikazzjoni ta' suspett ta' mard.

2. Sistema ta' skoperta bikrija li tiżgura l-għarfien rapidu ta' sinjali suspettużi tal-marda imsemmija, f'annimali akwatiċi fi stabbiliment ta' l-akwakultura jew fl-ambjent naturali, u l-komunikazzjoni rapida tal-każ lill-awtorità kompetenti, bil-għan li tiġi attivata investigazzjoni dijanostika bl-inqas dewmien għandha tkun fil-post sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tagħmel investigazzjoni u rapportar effettivi dwar il-marda, inkluż aċċess għal laboratorji fejn jista' jsir dijanosi u divrenzar tal-mard relevanti, u taħriġ ta' veterinarji jew speċjalisti fis-saħħa tal-ħut fl-iskoperta u r-rapportar ta' l-okkorrenza ta' mard mhux tas-soltu. Sistema ta' skoperta bikrija bħal din għandha mill-inqas tinkludi dan li ġej:

2.1. kuxjenza wiesgħa, eż. fost il-persunal impjegat fl-istabbilimenti ta' l-akwakultura jew involuti fl-ipproċessar, tas-sinjali karatteristiċi tal-mard elenkat;

2.2. veterinarji jew speċjalisti fis-saħħa ta' l-annimali akwatiċi mħarrġa fl-għarfien u r-rapportar ta' l-okkorrenza ta' mard suspettuż;

2.3. abilità ta' l-awtorità kompetenti li tagħmel investigazzjoni rapida u effettiva tal-mard;

2.4. aċċess mill-awtorità kompetenti għal-laboratorji bil-faċilitajiet għad-dijanosi u divrenzar tal-marda imsemmija.

3. Kondizzjonijiet għall-kummerċ u l-importazzjoni biex ma jitħalliex id-dħul tal-mard fl-Istat Membru jridu jkunu fil-post.

4. Sorveljanza immirata trid tkun fil-post fl-istabbilimenti ta' l-akwakultura li fihom xi waħda mill-ispeċi suxxettibbli. Jekk hemm żoni fil-pajjiż fejn is-sorveljanza fl-istabbilimenti ta' l-akwakultura biss, ma tagħtix data epidemjoloġika suffiċjenti (fejn in-numru ta' stabbilimenti ta' l-akwakultura huwa limitat), imma li fihom hemm popolazzjonijiet salvaġġi ta' xi waħda mill-ispeċi suxxettibbli, dawk il-popolazzjonijiet salvaġġi għandhom jiġu inklużi fis-sorveljanza immirata. Il-metodi tat-teħid ta' kampjuni u d-daqs tal-kampjuni għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni 2001/183/KE jew fil-kapitoli relevanti tal-Kodiċi Internazzjonali ta' l-OIE għas-Saħħa ta' l-Annimali Akwatiċi u tal-Manwâl ta' l-OIE għal Provi Dijanostiċi f'Annimali Akwatiċi. Il-metodi dijanostiċi għandhom mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-kapitoli relevanti tal-Manwâl ta' l-OIE għal provi dijanostiċi f'annimali akwatiċi.

5. Il-programm ta' kontroll u qerda għandu jkompli sakemm il-ħtiġiet fl-Anness I ikunu ġew issodisfati, u l-Istat Membru jew partijiet minnu jistgħu jiġu kkonsidrati ħielsa mill-marda.

6. Qabel l-1 ta' Mejju ta' kull sena jagħti rapport lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar in-numru ta' suspetti, in-numru ta' konfermi, in-numru ta' friema tal-ħut u sîti taħt ir-restrizzjonijiet, in-numru ta' restrizzjonijiet merfugħa u r-riżultat ta' kull sorveljanza attiva li saret matul is-sena kalendarja preċedenti skond it-tabella li ġejja.

Stat Membru u marda | |

Numru ta' suspetti | |

Numru ta' konfermi | |

Numru ta' friema tal-ħut u sîti taħt ir-restrizzjonijiet | |

In-numru ta' restrizzjonijiet merfugħa | |

Kemm-il farm tal-ħut u ħut/għadajjar tal-ħut ittieħdu kampjuni minnhom | |

Kemm-il ħut salvaġġ/għadajjar tal-ħut ittieħdu kampjuni minnhom u minn liema erjas ta' ġbir ta' l-ilma tax-xita | |

Riżultat tat-teħid ta' kampjuni | |

B. Fil-każ ta' suspett ta' marda s-servizz uffiċjali fl-Istati Membri għandu jiżgura li:

1. Jittieħdu kampjuni xierqa għall-eżamijiet bil-għan li tiġi stabbilita l-preżenza tal-patoġenu imsemmi.

2. Sakemm joħroġ ir-riżultat ta' l-eżami msejjaħ fil-punt 1, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed il-farm tal-ħut taħt sorveljanza uffiċjali u l-miżuri ta' kontroll relevanti għandhom jiġu implimentati u l-ebda ħut m'għandu jitlaq mill-farm tal-ħut affettwat, kemm-il darba mhux bl-awtorizzazzjoni tas-servizz uffiċjali.

3. Jekk l-eżami msejjaħ fil-punt 1 juri l-preżenza ta' patoġenu jew sinjali kliniċi, għandha ssir investigazzjoni epiżotika mis-servizz uffiċjali sabiex jiġu stabbiliti l-mezzi possibbli ta' kontaminazzjoni u biex jiġi investigat jekk telaqx ħut mill-farm tal-ħut, matul il-perjodu relevanti ta' qabel l-osservazzjoni tas-suspett.

4. Jekk l-investigazzjoni epiżotika turi li l-marda ddaħħlet f'farm tal-ħut wieħed jew aktar jew f'ilmijiet mhux magħluqa d-dispożizzjonijiet tal-punt 1 għandhom igħoddu f'dawn iż-żoni u;

4.1. il-friema tal-ħut kollha li qegħdin fl-istess erja ta' ġbir ta' l-ilma tax-xita jew f'żona mal-kosta għandhom jitqiegħdu taħt sorveljanza uffiċjali,

4.2. l-ebda ħut, bajd jew gameti m'għandhom jitilqu mill-friema tal-ħut mingħajr l-awtorizzazzjoni tas-servizz uffiċjali.

5. Fil-każ ta' erjas ta' ġbir ta' l-ilma tax-xita jew żoni mal-kosta estensivi, is-servizz uffiċjali jista' jiddeċiedi li jillimita din il-miżura għal żona inqas estensiva qrib il-farm tal-ħut suspettat li huwa infettat, jekk jikkonsidra li din iż-żona tagħti garanziji massimi għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda.

Ċ. Fil-każ ta' konferma tal-marda, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li

1. Il-farm tal-ħut jew is-sît li jkunu jinsabu fih il-ħut infettat jiġi mqiegħed immedjatament taħt ir-restrizzjonijiet u l-ebda ħut ħaj ma jittieħed fil-post, u l-ebda ħut ma jittieħed barra mill-farm tal-ħut kemm-il darba mhux awtorizzat mis-servizzi uffiċjali fl-Istat Membru.

2. Ir-restrizzjonijiet għandhom jinżammu sakemm tintlaħaq l-qerda permezz tal-ħtiġiet jew fit-2.1 jew fit-2.2 t'hawn taħt:

2.1. Irtirar immedjat tal-ħażniet kollha bi

(a) qtil tal-ħut ħaj kollu taħt is-sorveljanza tas-servizz uffiċjali jew, fil-każ ta' ħut li laħaq id-daqs kummerċjali u ma juri l-ebda sinjal kliniku ta' mard, qtil taħt is-sorveljanza tas-servizz uffiċjali għall-marketing jew l-ipproċessar għal konsum uman. Fil-każ ta' l-aħħar, is-servizz uffiċjali għandu jiżgura li l-ħut jinqatel u jitneħħewlu l-imsaren immedjatament, li dawn l-operazzjonijiet isiru f'kondizzjonijiet li ma jħallux it-tixrid tal-patoġeni. L-Istat Membru jista' fuq bażi ta' każ b'każ, waqt li jieħu qies tar-riskju li tixtered il-marda fi friema tal-ħut oħra jew fil-popolazzjoni salvaġġa, iħalli li ħut li għadu ma laħaqx id-daqs kummerċjali jinżamm fil-farm tal-ħut sakemm jintlaħaq id-daqs tas-suq, u

(b) it-twarrib għall-mistrieħ tal-farm tal-ħut jew tas-sît (u fejn xieraq id-diżinfezzjoni) għal perjodu xieraq wara l-irtirar, waqt li jittieħed qies tat-Taqsima 1.7 ta' l-edizzjoni l-aktar kurrenti tal-Kodiċi Internazzjonali ta' l-OIE għas-Saħħa ta' l-Annimali Akwatiċi.

2.2. Miżuri progressivi għal tneħħija ta' l-infezzjoni permezz ta' amministrazzjoni bl-attenzjoni ta' friema tal-ħut jew sîti infettati bi

(a) tneħħija u qerda ta' ħut mejjet u ta' ħut li juri sinjali kliniċi ta' mard, ġbir ta' ħut li ma jurix sinjali kliniċi ta' mard, sakemm kull unità epidemjoloġika fis-sît affettwata mill-mard tiġi żvojtata mill-ħut u disinfettata, jew

(b) tneħħija u qerda ta' ħut mejjet u ta' ħut li juri sinjali kliniċi ta' mard, fil-każ ta' sîti fejn l-irtirar u/jew id-disinfezzjoni jistgħu ma jkunux possibbli minħabba fin-natura tas-sît (eż. sistema ta' xmara jew għadira estensiva).

3. Biex tiġi ffaċilitata qerda mgħaġġla u rapida tal-marda minn post infettat, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tista' tħalli li ħut li ma jurix sinjali kliniċi ta' mard jiġi trasportat - taħt is-sorveljanza ta' l-awtorità kompetenti – għal friema tal-ħut jew żoni oħra fl-Istat Membru msemmi li m'għandux staus ta' ħelsien mill-mard jew programm approvat ta' kontroll u qerda.

4. Ħut imneħħi u eliminat bħala konsegwenza ta' l-azzjoni fil-paragrafi 2.1 u 2.2 għandu jiġi eliminat skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

5. Ħut li jintuża biex jerġgħu jinħażnu is-sîti għandu joriġina minn egħjun iċċertifikati bħala ħielsa mill-mard.

6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jħallux it-tixrid tal-mard f'ħut ieħor imrobbi fuq farm jew f'ħażniet salvaġġi.

Il-Kapitolu II

Territorji bi programmi approvati ta' kontroll u qerda ta' ċertu mard imsejjaħ fil-Kolonna 1, il-Lista III ta' l-Anness A tad-Direttiva 91/67/KEE:

Marda | Stat Membru | Territorju jew partijiet mit-territorju |

Spring viraemia tal-karpjun | Ir-Renju Unit | It-territorji tal-Gran Brittannja |

Mard fil-kliewi ikkaġunat mill-batterja | Il-Finlandja | Il-partijiet kontinentali tat-territorju. |

L-Isvezja | Il-partijiet kontinentali tat-territorju. |

Ir-Renju Unit | It-territorji tal-Gran Brittannja |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Noti fissiera għad-dokument taċ-ċaqliq u l-it tikkettjar

(a)Id-dokumenti taċ-ċaqliq għandhom isiru mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li joriġinahom, ibbażati fuq il-mudell li jidher fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni waqt li jittieħed qies ta' l-ispeċi tal-kunsinna u l-istatus tal-post ta' destinazzjoni.(b)L-oriġinali ta' kull dokument taċ-ċaqliq għandu jikkonsisti minn paġna waħda, b'żewġ faċċati, jew, fejn aktar minn paġna waħda tkun meħtieġa, għandu jkun b'tali mod li l-paġni kollha jifformaw parti minn ħaġa sħiħa integrata u huma indiviżibbli.Għandu, fin-naħa tal-lemin ta' fuq ta' kull paġna, ikun immarkat bħala "oriġinali" u jkollu numru tal-kodiċi speċifiku maħruġ mill-awtorità kompetenti. Il-paġni kolha tad-dokument taċ-ċaqliq għandu jkollhom numru — (in-numru tal-paġna) minn (in-numru totali ta' paġni).(ċ)Id-dokument taċ-ċaqliq oriġinali u t-tabelli msemmija fid-dokument taċ-ċaqliq mudell għandhom ikunu mfassla f'mill-inqas ilsien wieħed uffiċjali ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni. Madankollu, L-Istati Membri jistgħu jħallu ilsna oħra, jekk meħtieġ, flimkien ma' traduzzjoni uffiċjali.(d)L-oriġinali tad-dokument taċ-ċaqliq għandu jitlesta, fil-jum tat-tagħbija tal-kunsinna, b'timbru uffiċjali u ffirmat minn spettur uffiċjali nominat mill-awtorità kompetenti. Waqt li tagħmel dan, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li joriġinahom għandha tiżgura li l-prinċipji ta' ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE huma segwiti.It-timbru, kemm-il darba mhux intaljat, u l-firma għandhom ikunu b'kulur differenti minn dak ta' l-istampar. | (e)Jekk għal raġunijiet ta' identifikazzjoni ta' l-oġġetti tal-kunsinna, paġni addizzjonali jiġu meħmuża mad-dokument taċ-ċaqliq, dawn il-paġni għandhom jiġu kkunsidrati li jagħmlu parti mill-oriġinali u għandhom ikunu ffirmati u ttimbrati mill-ispettur uffiċjali taċ-ċerifikazzjoni fuq kull paġna.(f)L-oriġinali tad-dokument taċ-ċaqliq għandu jakkompanja il-kunsinna sakemm din tasal fil-post ta' destinazzjoni.(g)Id-dokument taċ-ċaqliq għandu jkun validu għal 10 ijiem mid-data tal-ħruġ. F'każ ta' trasport b'vapur, iż-żmien ta' validità jiġi mtawwal biż-żmien li jieħu l-vjaġġ bil-baħar.(h)L-annimali akwatiċi, il-bajd u l-gameti tagħhom, m'għandhomx ikunu trasportati flimkien ma' annimali akwatiċi oħra jew mal-bajd u l-gameti tagħhom li jkollhom status ta' saħħa aktar baxxa. Barra minn dan, m'għandhomx ikunu trasportati taħt xi kondizzjonijiet oħra li jbiddlu l-istatus tas-saħħa tagħhom jew li jistgħu jipperikolaw l-istatus tas-saħħa fil-post ta' destinazzjoni. |

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

Kriterji minimi li għandhom jiġu applikati biex jinżammu l-garanziji addizjonali għal ċertu mard imsejjaħ fil-Kolonna 1, il-Lista III ta' l-Anness A tad-Direttiva 91/67/KEE:, skond l-Artikoli 12 u 13 ta' dik id-Direttiva

A. Sabiex jinżammu l-garanziji addizjonali mogħtija, l-Istati Membri għandhom bħala minimu jħarsu l-kriterji li ġejjin:

1. In-notifikazzjoni obbligatorja tal-marda lill-awtorità kompetenti, inkluż in-notifikazzjoni ta' suspett ta' mard.

2. Il-friema tal-ħut kollha li għandhom speċi suxxettibbli għall-marda, li għaliha l-Istat Membru ngħata status ta' ħieles, għandhom ikunu taħt is-sorveljanza ta' l-awtorità kompetenti.

3. Sistema ta' skoperta bikrija li tiżgura l-għarfien rapidu ta' sinjali suspettużi tal-marda msemmija, f'annimali akwatiċi fi stabbiliment ta' l-akwakultura jew fl-ambjent naturali, u l-komunikazzjoni rapida tal-każ lill-awtorità kompetenti, bil-għan li tiġi attivata investigazzjoni dijanostika bl-inqas dewmien trid tkun fil-post sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tagħmel investigazzjoni u rapportar effettivi dwar il-marda, inkluż aċċess għal laboratorji fejn jista' jsir dijanosi u divrenzar tal-mard relevanti, u taħriġ ta' veterinarji jew speċjalisti fis-saħħa tal-ħut fl-iskoperta u r-rapportar ta' okkorrenza ta' mard mhux tas-soltu. Sistema ta' skoperta bikrija bħal din għandha mill-inqas tinkludi dan li ġej:

3.1. kuxjenza wiesgħa, eż. fost il-persunal impjegat fl-istabbilimenti ta' l-akwakultura jew involuti fl-ipproċessar, tas-sinjali karatteristiċi tal-mard elenkat;

3.2. veterinarji jew speċjalisti fis-saħħa ta' l-annimali akwatiċi mħarrġa fl-għarfien u r-rapportar ta' l-okkorrenza ta' mard suspettuż;

3.3. abilità ta' l-awtorità kompetenti li tagħmel investigazzjoni rapida u effettiva tal-mard;

3.4. aċċess mill-awtorità kompetenti għal-laboratorji bil-faċilitajiet għad-dijanosi u divrenzar tal-marda msemmija.

4. Kondizzjonijiet għall-kummerċ u l-importazzjoni kif ukoll l-amministrazzjoni ta' ħażniet tal-ħut salvaġġ ta' l-ispeċi suxxettibbli, għandhom ikunu fil-post biex ma jitħalliex id-dħul tal-marda msemmija fl-Istat Membru jew f'partijiet minnu li huma koperti minn din id-Deċiżjoni. Ħut li joriġina minn żoni mal-kosta m'għandux jiddaħħal f'żoni kontinentali, kemm-il darba mhux bl-awtorizzazzjoni l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni.

5. Fl-Istati Membri fejn partijiet mit-territorju biss huma ddikjarati ħielsa skond l-Anness 1, il-Kapitolu II (mhux it-territorju kollu huwa ddikjarat ħieles), sorveljanza immirata għandha tinżamm skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness II, il-Kapitolu I.4 fiż-żoni ddikjarati ħielsa.

6. Ħut ħaj ta' l-akwakultura, bajd u gameti mdaħħla fit-territorji elenkati fl-Anness I il-Kapitolu II, jew L-Anness II il-Kapitolu II, għandhom jiu trasportati taħt kondizzjonijiet li ma jbiddlux l-istatus tas-saħħa tagħhom u li ma jipperikolawx l-istatus tas-saħħa tal-post ta' destinazzjoni. It-trasport għandu jsir f'ilma li hu meqjus ħieles mill-marda msemmija peress li jkun ittieħed mill-għajn ta' l-ilma tal-farm tal-ħut jew mis-sît ta' l-oriġini, u li l-iskambju ta' l-ilma matul it-trasport isir biss f'postijiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni, fejn xieraq b'kollaborazzjoni ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li joriġinah.

7. M'għandhiex issir vaċċinazzjon kontra l-marda msemmija.

8. Qabel l-1 ta' Mejju ta' kull sena jagħtu rapport lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar in-numru ta' suspetti, in-numru ta' konfermi, in-numru ta' friema tal-ħut u ta' sîti taħt ir-restrizzjonijiet, in-numru ta' restrizzjonijiet merfugħa u r-riżultat ta' kull sorveljanza attiva li saret fis-sena kalendarja preċedenti skond it-tabella li ġejja.

Stat Membru u marda | |

Numru ta' suspetti | |

Numru ta' konfermi | |

Numru ta' friema tal-ħut u ta' sîti taħt ir-restrizzjonijiet | |

In-numru ta' restrizzjonijiet merfugħa | |

Kemm-il farm tal-ħut u ħut/għadajjar ta-ħut ittieħdu kampjuni minnhom | |

Kemm-il ħut salvaġġ/għadajjar tal-ħut ittieħdu kampjuni minnhom u minn liema erjas ta' ġbir ta' l-ilma tax-xita | |

Riżultat tat-teħid ta' kampjuni | |

B. Fil-każ ta' suspett ta' marda s-servizz uffiċjali fl-Istati Membri għandu jiżgura li:

1. Jittieħdu kampjuni xierqa għall-eżamijiet bil-għan li tiġi stabbilita l-preżenza tal-patoġenu imsemmi.

2. Sakemm joħroġ ir-riżultat ta' l-eżami msejjaħ fil-punt 1, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed il-farm tal-ħut taħt sorveljanza uffiċjali u l-miżuri ta' kontroll relevanti għandhom jiġu implimentati u l-ebda ħut m'għandu jitlaq mill-farm tal-ħut affettwat, kemm-il darba mhux bl-awtorizzazzjoni tas-servizz uffiċjali.

3. Jekk l-eżami msejjaħ fil-punt 1 juri l-preżenza ta' patoġenu jew sinjali kliniċi, għandha ssir investigazzjoni epiżotika mis-servizz uffiċjali sabiex jiġu stabbiliti l-mezzi possibbli ta' kontaminazzjoni u biex jiġi investigat jekk telaqx ħut mill-farm tal-ħut, matul il-perjodu relevanti ta' qabel ma ġie osservat is-suspett.

4. Jekk l-investigazzjoni epiżotika turi li l-marda ddaħħlet f'farm tal-ħut wieħed jew aktar jew f'ilmijiet mhux magħluqa d-dispożizzjonijiet tal-punt 1 għandhom igħoddu f'dawn iż-żoni u;

4.1. il-friema tal-ħut kollha li qegħdin fl-istess erja ta' ġbir ta' l-ilma tax-xita jew f'żona mal-kosta għandhom jitqiegħdu taħt sorveljanza uffiċjali,

4.2. l-ebda ħut, bajd jew gameti m'għandhom jitilqu mill-friema tal-ħut mingħajr l-awtorizzazzjoni tas-servizz uffiċjali.

5. Fil-każ ta' erjas ta' ġbir ta' l-ilma tax-xita jew żoni mal-kosta estensivi, is-servizz uffiċjali jista' jiddeċiedi li jillimita din il-miżura għal żona inqas estensiva qrib il-farm tal-ħut suspettat li huwa infettat, jekk jikkonsidra li din iż-żona tagħti garanziji massimi għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda.

Ċ. Fil-każ ta' konferma tal-marda, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li

1. Il-farm tal-ħut jew is-sît li jkunu jinsabu fih il-ħut infettat jiġi mqiegħed immedjatament taħt ir-restrizzjonijiet u l-ebda ħut ħaj ma jittieħed fil-post, u l-ebda ħut ma jittieħed barra mill-farm tal-ħut kemm-il darba mhux bl-awtorizzazzjoni tas-servizzi uffiċjali fl-Istat Membru.

2. Ir-restrizzjonijiet għandhom jinżammu sakemm tintlaħaq l-qerda permezz tal-ħtiġiet jew fit-2.1 jew fit-2.2 t'hawn taħt:

2.1. Irtirar immedjat tal-ħażniet kollha bil-

(a) qtil tal-ħut ħaj kollu taħt is-sorveljanza tas-servizz uffiċjali jew, fil-każ ta' ħut li laħaq id-daqs kummerċjali u ma juri l-ebda sinjal kliniku ta' mard, qtil taħt is-sorveljanza tas-servizz uffiċjali għall-marketing jew l-ipproċessar għal konsum uman. Fil-każ ta' l-aħħar, is-servizz uffiċjali għandu jiżgura li l-ħut jinqatel u jitneħħewlu l-imsaren immedjatament, li dawn l-operazzjonijiet isiru f'kondizzjonijiet li ma jħallux it-tixrid tal-patoġeni. L-Istat Membru jista' fuq bażi ta' każ b'każ, waqt li jieħu qies tar-riskju li tixtered il-marda fi friema tal-ħut oħra jew fil-popolazzjoni salvaġġa, iħalli li ħut li għadu ma laħaqx id-daqs kummerċjali jinżamm fil-farm tal-ħut sakemm jintlaħaq id-daqs tas-suq, u

(b) it-twarrib għall-mistrieħ, u fejn xieraq id-diżinfezzjoni, tal-farm tal-ħut jew tas-sît għal perjodu xieraq wara l-irtirar, waqt li jittieħed qies tat-Taqsima 1.7 ta' l-edizzjoni l-aktar kurrenti tal-Kodiċi Internazzjonali ta' l-OIE għas-Saħħa ta' l-Annimali Akwatiċi.

2.2. Miżuri progressivi għal tneħħija ta' l-infezzjoni permezz ta' amministrazzjoni bl-attenzjoni ta' friema tal-ħut jew ta' ilmijiet infettati bi

(a) tneħħija u qerda ta' ħut mejjet u ta' ħut li juri sinjali kliniċi ta' mard, ġbir ta' ħut li ma jurix sinjali kliniċi ta' mard, sakemm kull unità epidemjoloġika fis-sît affettwata mill-mard tiġi żvojtata mill-ħut u disinfettata, jew

(b) tneħħija u qerda ta' ħut mejjet u ta' ħut li juri sinjali kliniċi ta' mard, fil-każ ta' sîti fejn l-irtirar u/jew id-disinfezzjoni jistgħu ma jkunux possibbli minħabba fin-natura tas-sît (eż. sistema ta' xmara jew għadira estensiva).

3. Biex tiġi ffaċilitata qerda mgħaġġla u rapida tal-marda minn post infettat, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tista' tħalli li ħut li ma jurix sinjali kliniċi ta' mard jiġi trasportat - taħt is-sorveljanza ta' l-awtorità kompetenti – għal friema tal-ħut jew żoni oħra fl-Istat Membru msemmi li m'għandux staus ta' ħelsien mill-mard jew programm approvat ta' kontroll u qerda.

4. Ħut imneħħi u eliminat bħala konsegwenza ta' l-azzjoni fil-paragrafi 2.1 u 2.2 għandu jiġu eliminat skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

5. Ħut li jintuża biex jerġgħu jinħażnu s-sîti għandu joriġina minn egħjun iċċertifikati bħala ħie'sa mill-mard.

6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jħallux it-tixrid tal-mard f'ħut ieħor imrobbi fuq farm jew f'ħażniet salvaġġi.

7. Meta l-Istat Membru jkun qered il-marda minn farm tal-ħut kontinentali skond il-Punt Ċ 2.1 ta' dan l-Anness, u l-investigazzjonijiet epiżotiċi meħtieġa fil-Punt B 3 ta' dan l-Anness jikkonkludu li l-marda ma nxterditx fi friema tal-ħut oħra jew fl-ambjent naturali, l-istatus ta' ħelsien mill-mard jiġi ristabbilit immedjatament. Altrimenti, l-istatus ta' ħelsien mill-mard jista' jiġi ristabbilit biss wara konformità ma' l-Anness I.'

--------------------------------------------------

Top