Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0379

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2001/471/KE fejn għandu x'jaqsam ma' testjiet batterjologiċi f'ċerti stabbilimenti tal-laħam (notifikata taħt id-dokument numru K(2004) 1519)Test b'relevanza għaż-ŻEE

OJ L 144, 30.4.2004, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 044 P. 284 - 285
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 044 P. 284 - 285
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 044 P. 284 - 285
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 044 P. 284 - 285
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 044 P. 284 - 285
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 044 P. 284 - 285
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 044 P. 284 - 285
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 044 P. 284 - 285
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 044 P. 284 - 285
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 056 P. 251 - 252
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 056 P. 251 - 252

No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2006; Impliċitament imħassar minn 32006D0765

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/379/oj

  The HTML format is unavailable in your User interface language.

32004D0379

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2001/471/KE fejn għandu x'jaqsam ma' testjiet batterjologiċi f'ċerti stabbilimenti tal-laħam (notifikata taħt id-dokument numru K(2004) 1519)Test b'relevanza għaż-ŻEE

CS.ES Chapter 3 Volume 44 P. 284 - 285
ET.ES Chapter 3 Volume 44 P. 284 - 285
HU.ES Chapter 3 Volume 44 P. 284 - 285
LT.ES Chapter 3 Volume 44 P. 284 - 285
LV.ES Chapter 3 Volume 44 P. 284 - 285
MT.ES Chapter 3 Volume 44 P. 284 - 285
PL.ES Chapter 3 Volume 44 P. 284 - 285
SK.ES Chapter 3 Volume 44 P. 284 - 285
SL.ES Chapter 3 Volume 44 P. 284 - 285


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta' April 2004

li temenda d-Deċiżjoni 2001/471/KE fejn għandu x'jaqsam ma' testjiet batterjologiċi f'ċerti stabbilimenti tal-laħam

(notifikata taħt id-dokument numru K(2004) 1519)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/379/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE: tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u marketing ta' laħam frisk [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 [2] tiegħu,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/471/KE(2) tobbliga lill-operaturi ta' stabbilimenti tal-laħam biex jagħmlu kontrolli regolari fuq il-kondizzjonijiet ġenerali ta' iġjene tal-produzzjoni fl-istabbilimenti tagħhom.

(2) Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli għal testijiet batterjoloġiċi ta' karkassi ta' bhejjem, majjali, ngħaġ, mogħoż u żwiemel. Hi tiddisponi li r-riżultati tat-testijiet batterjoloġiċi għandhom jiġu kkonvertiti f'valuri medji tal-log ta' kuljum biex ikunu jistgħu jiġu kkomparati mal-limiti li tistabbilixxi.

(3) L-Istati Membri bħalissa qegħdin jimplimentaw żewġ metodi differenti ta' kalkolu biex jikkonvertu r-riżultati tat-testijiet f'valur medju tal-log, li jirriżulta f'valuri numeriċi differenti.

(4) L-implimentazzjoni ta' testijiet batterjoloġiċi għandha tkun armonizzata ġewwa l-Komunità. Il-metodu ta' kalkolu għall-konverżjoni tar-riżultati tat-testijiet batterjoloġiċi tal-laħam stabbiliti fid-Deċiżjoni 2001/471/KE għandhu għalhekk ikun ikklarifikat.

(5) Id-Deċiżjoni numru 2001/471/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata skond dan.

(6) Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2001/471/KE huwa emendat skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-20 ta' Mejju 2004

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/23/KE (ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 7).

[2] ĠU L 165, tal-21.6.1, p. 48.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Parti 1 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2001/471/KE hija emendata kif ġej:

1. Fit-Taqsima bl-isem

"L-Applikar ta' kriterji mikro-bioloġiċi lir-riżultati tal-kampjun esklużi (Tabella 1)"

, l-ewwel sentenza hija mibdula b'dan li ġej:

"Ir-riżultati medji tal-log ta' kuljum għandhom jiġu allokati f'waħda mit-tliet kategoriji għall-verifikazzjoni tal-kontroll tal-proċess: aċċettabbli, marġinali, u mhux aċċettabbli."

2. It-tabella 1hija mibdula b'dan li ġej:

"Tabella 1

Valuri [1] medji tal-log ta' kuljum għal riżultati marġinali jew mhux aċċettabbli għal kriterji ta' prestazzjoni batterjoloġika għall-unitajiet ta' bhejjem, majjali, ngħaġ, mogħoż u żwiemel (cfu/cm2) għal kampjuni meħuda bil-metodu distruttiv.

| Serje aċċettabbli | Serje marġinali | Serje mhux aċċettabbli |

| Bhejjem/ngħaġ/mogħoż, żwiemel | Majjali | Bhejjem/majjali/ngħaġ/mogħoż/żwiemel | Bhejjem/majjali/ngħaġ/mogħoż/żwiemel |

Valuri medji tal-log ta' kuljum għal | Impulsi vijabbli totali (IVT) | < 3,5 | < 4,0 | 3,5 (majjali: 4,0) - 5,0 | > 5,0 |

Entero-bacteria-cae | < 1,5 | < 2,0 | 1,5 (majjal: 2,0) - 2,5 (majjali: 3,0) | > 2,5 (majjali: > 3,0) |

[1] "Il-valur medju tal-log ta' kuljum huwa kkalkulat billi l-ewwel tieħu valur tal-log (log"10") ta' kull test individwali mbagħad tikkalkula l-medja aritmetika ta' dawn il-valuri tal-log"

--------------------------------------------------

Top