This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0210
2004/210/EC: Commission Decision of 3 March 2004 setting up Scientific Committees in the field of consumer safety, public health and the environment (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjentTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjentTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 66, 4.3.2004, pp. 45–50
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 04/08/2008; Imħassar b' 32008D0721
Official Journal L 066 , 04/03/2004 P. 0045 - 0050
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2004/210/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari Artikoli 152 u 153 tiegħu, Billi: (1) Il-Kumitati Xjentifiċi ġew stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/404/KE ta’ l-10 ta’ Ġunju 1997 li waqqfet il-Kumitat Xjentifiku Permanenti [1] u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/579/KE tat-23 ta’ Lulju 1997 li waqqfet il-Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur u sigurtà ta’ l-ikel [2]. (2) Ir-responsibbilitajiet tal-Kumitat Xjentifiku Permanenti (SSC) dwar pariri xjentifiċi fuq l-enċifalopatija sponġiformi tal-bovini u l-enċifalopatiji sponġiformi trasmessibbli (EFSA) ġie trasferit lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li stabbilixxa l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, stabbilixxa l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel u stabbilixxa l-proċeduri f’materji li jirrigwardjaw is-sigurtà ta’ l-ikel [3]. (3) Ukoll ir-responsabbilitajiet ta’ ħamsa mit-tmien Kumitati Xjentifiċi stabbiliti bid-Deċiżjoni 97/579/KE ġew ittrasferiti lill-EFSA, bażikament ir-responsabbilitajiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, il-Kumitat Xjentifiku dwar in-Nutriment ta’ l-Annimali, l-Kumitat xjentifiku dwar is-Saħħa u l-Ħarsien ta’ l-Annimali, l-Kumitat Xjentifiku dwar Miżuri Veterinarji relatati mas-saħħa pubblika, u tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti. (4) It-termini tal-kariga tal-membri tat-tliet Kumitati Xjentifiċi li baqghu stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/579/KE, l-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti Kosmetiċi, u Prodotti li ma jikkonsistux f’Ikel maħsuba għall-Konsumaturi, l-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti Mediċinali u Apparat Mediku, u l-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent skada. Il-Membri ta’ dawn il-kumitati jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu rimpjazzati jew sakemm il-ħatriet tagħhom jiġu mġedda. (5) Għaldaqstant hu neċessarju li d- Deċiżjoni 97/404/KE u d-Deċiżjoni 97/579/KE jiġu mibdula u li dawn l-atti jiġu mħassra. (6) Pariri sani u xjentifiċi f’waqthom huma rekwiżiti essenzjali għal proposti, deċiżjonijiet u politika relatata ma’ sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent għall-Kummissjoni. (7) Il-parir tal-Kumitat Xjentifiku dwar materji li għandhom x’ jaqsmu mas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent għandu jkun ibbażat fuq prinċipji ta’ eċċellenza, indipendenza u imparzjalità u trasparenza, kif żviluppati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq: "Il-ġbir u l-użu ta’ expertise mill-Kummissjoni: prinċipji u linji gwida. Titjib fit-tagħrif għal policies aħjar" [4]. (8) Hu essenzjali li l-Kumitati Xjentifiċi jagħmlu l-aħjar użu mill-expertise esterna fl-UE u ‘l hinn kif ikun meħtieġ għal mistoqsija speċifika. (9) Huwa l-waqt illi l-istruttura tal-pariri tal-Kumitat Xjentifiku tiġi riorganizzata fid-dawl ta’ l-esperjenza operazzjonali, t-twaqqif ta’ l- EFSA u l-ħtiġiet futuri tal-Kummissjoni għal pariri xjentifiċi independenti. Tali struttura għandha tipprovdi l-flessibbilità biex tippermettilha tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar materji li jaqgħu f’arji stabbiliti ta’ kompetenza kif ukoll fuq riskji emerġenti u identifikati ġodda għas-saħħa u materji li ma jaqgħux fil-kompetenza ta’ korpi oħra Komunitarji dwar stima ta’ riskju. (10) Il-ħtieġa għal pariri xjentifiċi indipendenti kemm f’oqsma stabbiliti kif ukoll f’oqsma ġodda ta’ responsabbilitajiet tal-Komunità li jaqgħu fil-kompetenza tal-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti Kosmetiċi u Prodotti li M’humiex Ikel maħsuba għall-Komsumaturi, u l-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossikoloċità, l-Ekotossikoloċità u l-Ambjent x’aktarx li jkomplu jiżdiedu. (11) In-numru ta’ talbiet għal pariri xjentifiċi mill-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti Mediċinali u Apparat Mediku huma ftit wisq biex jiġġustifikaw li jibqa’ jaħdem bħala Kumitat Separat. Madankollu, in vista ta’ l-importanza potenzali ta’ dan il-qasam u b’ mod partikolari ta’ apparat mediku, jinħtieġ li tinżamm il-kapaċità li tipprovdi pariri xjentifiċi permezz ta’ Kumitat Xjentifiku xieraq. (12) Sabiex issaħħaħ il-koerenza xjentifika tagħhom, is-sinerġiji u atteggjament multi-dixxiplinarju u fl-istess ħin timminimizza responsabbilità ta’ overlapping, jeħtieġ li l-oqsma tal-kompetenzi tal-Kumitati Xjentifiċi jergghu jiġu definiti biex jiġi żgurat kordinament sistematiku u strutturat. (13) Huwa importanti illi l-Kummissjoni tieħu atteggjament proattiv għal estimi bikrija ta’ riskji emerġenti u ta’ oħrajn li jkunu ġew identifikati riċentement, IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Struttura tal-Kumitat Xjentifiku tal-pariri u l-oqsma ta’ kompetenza 1. Il-Kumitati Xjentifiċi li ġejjin b’dan huma stabbiliti: (a) il-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (hawnhekk iżjed ‘il quddiem magħruf bħala SCCP). (b) il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa u r-Riskji Ambjentali (hawnhekk iżjed ‘il quddiem magħruf bħala SCHER). (ċ) il-Kumitat Xjentifiku dwar Riskji Emerġenti u Identifikati Riċentementament għas-Saħħa (hawnhekk iżjed ‘il quddiem magħruf bħala SCENIHR). 2. L-oqsma ta’ kompetenza tal-Kumitati Xjentifiċi għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza konferita bil-leġislazzjoni tal-Komunità lil korpi oħra Komunitarji li jieħdu stima ta’ riskju, bħalma hi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel u l-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali. Artikolu 2 Missjoni 1. Il-Kummissjoni għandha titlob opinjoni xjentifika mill-Kumitati Xjentifiċi fil-każi stabbiliti mil-liġi tal-Komunità. Il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll opinjoni mill-Kumitati fuq mistoqsijiet: (a) ta’ relevanza partikolari għas-sigurtà tal-konsumaturi, s-saħħa pubblika u l-ambjent; u (b) li ma jaqgħux fil-mandat ta’ korpi oħra Komunitarji. 2. Talbiet għal opinjonijiet xjentifiċi fuq mistoqsijiet li ma jaqgħux fl-oqsma ta’ kompetenza ta’ xi kumitat xjentifiku partikolari jew li jeħtieġu jiġu kunsidrati minn aktar minn Kumitat wieħed, għandhom jiġu indirizzati skond ir-regoli ta’ proċedura stabbiliti f’Artikolu 10(2)(ċ). L-istess għandu jgħodd għal ħtiġijiet għal kjarifika ta’ talbiet għal opinjonijiet xjentifiċi skond ir-regoli ta’ proċedura stabbiliti f’Artikolu 10(2)(b). 3. Il-Kummissjoni tista’ teħtieġ l-adozzjoni ta’ opinjoni xjentifika minn xi Kumitat Xjentifiku f’perjodu speċifikat. 4. Il-Kumitati Xjentifiċi għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal xi problema speċifika jew emerġenti fil-missjoni tagħhom, li jikkonsidraw li tista’ tkun ta’ riskju potenzali jew attwali għas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika jew għall-ambjent. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-azzjoni li għandha tittieħed inkluż, fejn hu xieraq, talba għal opinjoni xjentifika fuq il-materja. 5. Bla ħsara għall-paragrafu 3, Kumitat Xjentifiku jista’ jitlob informazzjoni addizjonali minn dawk involuti għat-tkomplija ta’ l-opinjoni xjentifika. Kumitat Xjentifiku jista’ jagħti terminu perentorju biex jissottometti l-informazzjoni mitluba. Jekk l-informazzjoni mitluba ma tkunx ġiet sottomessa fit-terminu perentorju, l-Kumitat jista’ jadotta l-opinjoni tiegħu a-bażi ta’ l-informazzjoni li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu. Artikolu 3 Hatra ta’ membri tal-Kumitati Xjentifiċi u l-membri assoċjati 1. L-SCCP u SCHER għandhom kull wieħed jikkonsistu minn massimu ta’ 19-il membru. Għandhom jinħatru a-bażi tal-ħila tagħhom u b’konsistenza ma’ distribuzzjoni ġeografika li tirrifletti d-diversità tal-problemi xjentifiċi u atteggjamenti fil-Komunità. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina n-numru ta’ membri f’kull kumitat skond il-ħtiġijiet speċifiċi. 2. Is-SCENIHR għandu jkun kompost minn 13-il membru. Għandhom jinħatru a-bażi tal-ħila wiesgħa tagħhom fl-applikazzjoni ta’ l-istima tar-riskji u b’konsistenza ma’ distribuzzjoni ġeografika li tirrifletti diversità tal-problemi xjentifiċi u l-atteggjamenti fil-Komunità. Għal xi mistoqsija speċifika, s-SCENIHR jista’ jkollu l-appoġġ ta’ sa sitt membri assoċjati a-bażi tal-kapaċità tagħhom. Membri assoċjati għandhom ikollhom l-istess drittijiet biex jipparteċipaw fid-diskussjonijiet u r-responsabbilitajiet bħala membri. 3. Il-membri ta’ kull kumitat Xjentifiku għandhom ikunu esperti xjentifiċi f’qasam jew iżjed ta’ kompetenza ta’ dak il-Kumitat u kollettivament għandhom ikopru l-aktar medda wiesgħa ta’ dixxiplini possibbli. 4. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri tal-Kumitati Xjentifiċi minn lista ta’ kandidati eleġibbli stabbiliti wara pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fuq il-website tal-Kummissjoni ta’ sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. 5. L-ebda membru ta’ Kumitat Xjentifiku ma jista’ jinħatar għal iżjed minn Kumitat wieħed stabbilit f’Artikolu 1(1). Artikolu 4 Kostituzzjoni ta’ lista ta’ riserva 1. Kandidati li jinstabu eleġibbli għal pożizzjoni f’Kumitat Xjentifiku iżda li ma jkunux appuntati għandhom jiġu mistiedna biex jiġu inklużi fuq lista ta’ riserva. Il-lista ta’ riserva tista’ tintuża mill-: (a) Kummissjoni biex tidentifika kandidati eleġibbli biex jieħdu post membri skond Artikolu 7(2); (b) is-SCENIHR biex jidentifika membri assoċjati b’expertise meħtieġa għal kwistjonijiet speċifiċi; (ċ) l-Kumitati Xjentifiċi biex jidentifikaw esperti esterni fi gruppi ta’ ħidma; 2. Membnri assoċjati għandhom ikunu magħżula mil-lista ta’ riserva jew minn listi stabbilita minn korpi oħra Komunitarji li jsegwu għażla miftuħa maħsuba biex timla l-ħtiġijiet għall-eċċellenza u l-indipendenza. Artikolu 5 Elezzjoni tal-President u tal-Viċi-President 1. Kull Kumitat Xjentifiku għandu jeleġġi President u żewġ Viċi-Presidenti mill-membri tiegħu. L-elezzjoni għandha sseħħ b’maġġoranza sempliċi tal-membri li jifformaw il-Kumitat. Iż-żmien tal-kariga tal-President u tal-Viċi-President għandu jkun ta’ tliet snin, b’dan il-perjodu jkun rinovabbli. 2. Il-proċedura għall-elezzjoni tal-President u tal-Viċi-President tal-Kumitati Xjentifiċi għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli tal-proċedura. Artikolu 6 Kordinazzjoni tal-Kumitati Xjentifiċi Il-Presidenti għandhom jgħinu l-Kummissjoni fuq materji relatati dwar il-kordinament tat-tliet Kumitati Xjentifiċi skond ir-regoli ta’ proċedura msemmija f’Artikolu 10(2)(d). Artikolu 7 Żmien ta’ kariga 1. Il-Membri għandhom jinhatru fuq il-Kumitati Xjentifiċi għal tlett snin, u ma jistghux iservu għal aktar minn tliet termini konsekuttivi. Għandhom iżommu l-kariga sakemm jinbidlu jew l-appuntamenti tagħhom jiġu rinnovati. Il-membri li għadhom kemm lestew tliet termini konsekuttivi għandhom ikunu eleġibbli ghal membership ta’ Kumitat Xjentifiku. 2. Meta jinstab illi membru ma jipparteċipax fix-xogħol ta’ Kumitat Xjentifiku jew jixtieq li jirreżenja, l-Kummissjoni tista’ ttemm it-tesserament tal-membru u tapponta li xi ħadd mil-lista ta’ riserva kif hemm maħsub f’Artikolu 4. Artikolu 8 Gruppi ta’ ħidma u l-parteċipazzjoni ta’ esperti barranin 1. Bi ftehim mal-Kummissjoni, l-Kumitat Xjentifiku jista’ jistieden esperti speċjalizzati minn barra li jikkonsidraw li ghandhom it-tagħlim xjentifiku u l-expertise relevanti biex jikkontribwixxi għax-xogħol tagħhom. 2. Il-Kumitati Xjentifiċi jistgħu joholqu gruppi ta’ ħidma speċifiċi b’kompiti ċari definiti. Dawn il-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu stabbiliti b’mod partikolari meta jkun hemm ħtieġa għal expertise esterna biex il-mandat tal Kumitat jiġi esegwit. F’tali każi, għandu jistrieħ fuq l-expertise ta’ dawk il-gruppi ta’ ħidma meta jadotta opinjonijiet xjentifiċi. 3. Il-gruppi ta’ ħidma għandhom ikunu preseduti minn membru tal-Kumitat Xjentifiku li jkun laqqagħhom u għandhom jirrappurtaw lura lilu. 4. Meta mistoqsija tkun tappartjeni lil iżjed minn wieħed, għandu jitwaqqaf grupp ta’ ħidma komuni li jinkludi membri mill-Kumitati, l-membri assoċjati konċernati u l-esperti esterni skond il-każ. Artikolu 9 Ħlas u indennizzi Membri tal-Kumitati Xjentifiċi Membri Assoċjati u l-esperti esterni huma intitolati ghal indennizz għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitati u talli jservu ta’ Rapporteurs fuq mistoqsija speċifika, kif maħsub fl-Anness II. Il-Ħlas għall-ivvjaġġar u spejjeż għall-ħajja għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni. Artikolu 10 Regoli ta’ proċeduri 1. Il-Kumitati Xjentifiċi għandhom jadottaw regoli komuni ta’ proċedura in-konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jiżguraw li l-Kumitati Xjentifiċi jagħmlu xogħlhom skond il-prinċipji ta’ eċcellenza, indipendenza u trasparenza, filwaqt li jikkunsidraw it-talbiet leġittimi għall-konfidenzalità kummerċjali. 2. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom ikopru b’ mod partikolari: (a) l-elezzjoni tal-President u tal-Viċi-President tal-Kumitat Xjentifiku; (b) il-proċeduri għall-: (i) kordinazzjoni u allokazzjoni ta’ mistoqsijiet, (ii) adozzjoni ta’ opinjonijiet taħt kundizzjonijiet normali, u (iii) adozzjoni ta’ opinjonijiet taħt proċedura aċċellerata, miktuba jekk l-urġenza tal każ teħtieġ tali proċedura: (ċ) id-deskrizzjoni tal-Kumitat Xjentifiku responsabbli biex isolvi mistoqsijiet komuni għal iżjed minn Kumitat Xjentifiku wieħed; (d) il-proċeduri biex jiġi żgurat kordinament bejn il-Kumitati Xjentifiċi inklużi materji relatati ma’ l-armonizzazzjoni ta’ l-istima tar-riskju; (e) il-ħolqien ta’ u l-organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma tal-Kumitati Xjentifiċi; (f) l-involviment ta’ esperti esterni u, għas-SCENIHR,ta’ membri assoċjati: (g) il-hatra ta’ Rapporteurs u d-deskrizzjoni tal-kompiti tagħhom in-relazzjoni mal-preparazzjoni ta’ abbozz ta’ opinjonijiet għall-Kumitati Xjentifiċi: (h) il-format u l-kontenut ta’ opinjonijiet xjentifiċi u proċeduri sabiex tiġi żgurata u mtejba l-koerenza tagħhom; (i) proċeduri sabiex jiġu identifikati, rizolti jew ikkjarifikati opinjonijiet diverġenti ma’ korpi Komunitarji u internazzjonali li jkunu qegħdin jesegwixxu kompiti simili, inkluż il-bdil ta’ informazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ laqgħat konġunti; (j) l-organizzazzjoni ta’ laqgħat ma’ l-industrija jew ma’ gruppi oħra ta’ interess speċjali; (k) ir-responsabbilitajiet u l-obligazzjonijiet tal-membri, membri assoċjati u esperti esterni in-relazzjoni mal-kuntatti tagħhom ma’ petitioners, gruppi ta’ interess speċjali u individwi oħra li jkollhom interess; (l) ir-rappreżentanza ta’ Kumitat Xjentifiku f’attivitajiet esterni, l-aktar b’relazzjoni ma’ korpi oħra Komunitarji jew internazzjonali li jkunu qegħdin jaħdmu fuq attivitajiet li jghaddu lil xulxin. Artikolu 11 Regoli għall-votazzjoni Kull Kumitat Xjentifiku għandu jaġixxi b’ maġġoranza tal-membri tiegħu. Artikolu 12 Adozzjoni ta’ opinjonijiet xjentifiċi Il-Kumitati Xjentifiċi għandhom jadottaw l-opinjonijiet tagħhom b’maġġoranza tal-Membri li jiffurmaw il-Kumitat. Artikolu 13 Opinjonijiet diverġenti 1. Il-Kumitati Xjentifiċi għandhom jassitu lill-Kummissjoni biex tidentifika fi stadju bikri diverġenzi potenzali jew attwali bejn l-opinjonijiet xjentifiċi tagħhom u l-opinjonijiet xjentifiċi ta’ korpi Komunitarji u Internazzjonali li jkunu qegħdin jesegwixxu kompiti simili. Għandhom jassitu lill-Kummissjoni biex tevita, tirrisolvi jew tikkjarifika opinjonijiet diverġenti. 2. Fejn tkun ġiet identifikata diverġenza sostantiva dwar topiċi xjentifiċi u l-korp in-kwistjoni hu korp Komunitarju, l-Kumitat Xjentifiku konċernat għandu, fuq talba tal-Kummissjoni, jikkopera mal-korp ikkonċernat bil-għan illi jew jirrisolvi d-diverġenza jew jippreżenta dokument konġunt lill-Kummissjoni fejn jikkjarifika t-topiċi xjentifiċi kontenzjużi u jidentifika l-inċertezzi relevanti fid-data. Dan id-dokument għandu jkun ippubblikat. Artikolu 14 Indipendenza 1. Il-Membri tal-Kumitati Xjentifiċi u l-membri assoċjati għandhom jiġu nominati f’kapaċità personali. Ma jistgħux jiddelegaw ir-responsabbilitajiet tagħhom lil membri oħra jew lil terzi persuni. 2. Il-Membri tal-Kumitati Xjentifiċi u l-membri assoċjati għandhom jaġixxu indipendentement minn kull influwenza esterna. Għal dak il-għan għandhom jagħmlu dikjarazzjoni fejn jikkommettu ruħhom illi jaġixxu fl-interess pubbliku flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ interess fejn jindikaw jew l-assenza ta’ jew l-eżistenza ta’ xi interess li jista’ jiġi kunsidrat ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru bil-miktub u jkunu disponibbli għall-pubbliku. Il-Membri tal-Kumitati Xjentifiċi għandhom jagħmlu dikjarazzjoni kull sena. 3. Il-Membri tal-Kumitati Xjentifiċi u l-membri assoċjati u l-esperti esterni li jipparteċipaw fi gruppi ta’ ħidma għandhom jiddikjaraw f’kull laqgħa kull interess speċifiku li jista’ jiġi kunsidrat li jkun ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom in-relazzjoni mal-punti li jkunu fuq l-aġenda. Artikolu 15 Trasparenza 1. Talbiet għal opinjonijiet, aġendi, minuti u opinjonijiet tal-Kumitati Xjentifiċi għandhom ikunu pubblikati mingħajr telf ta’ żmien u filwaqt li titħares il-konfidenzalità kummerċjali. 2. Opinjonijiet ta’ minoranza għandhom dejjem jiġu inklużi fl-opinjonijiet tal-Kumitati Xjentifiċi u għandhom jiġu attribwiti lill-membri jew lill-membri assoċjati konċernati. 3. Ir-regoli tal-proċeduri għandhom jiġu pubblikati fuq il-website tal-Kummissjoni. 4. L-ismijet tal-membri tal-Kumitati Xjentifiċi għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandhom ikunu wkoll disponibbli fuq il-website tal-Kummissjoni flimkien ma’ Curriculum vitae qasira ta’ kull membru. L-ismijet tal-parteċipanti fil-gruppi ta’ ħidma għandhom jingħataw ma’ l-opinjoni li jkunu kontribwew għaliha. 5. Il-lista ta’ riserva li tirriżulta mis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandha tkun disponibbli fuq il-website tal-Kummissjoni. Artikolu 16 Kunfidenzalità Il-membri tal-Kumitati Xjentifiċi, l-membri assoċjati u l-esperti esterni ma għandhomx jizvelaw informazzjoni miksuba mix-xogħol tal-Kumitati Xjentifiċi, jew xi wieħed mill-gruppi ta’ ħidma, meta jiġu informati li hija konfidenzali. Artikolu 17 Segretarjat tal-Kumitati Xjentifiċi tal-Kummissjoni 1. Il-Kumitati Xjentifiċi u l-gruppi ta’ ħidma tagħhom għandhom jitlaqqgħu mill-Kummissjoni. 2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-segretarjat xjentifiku u amministrattiv tal-Kumitati Xjentifiċi u l-gruppi ta’ ħidma tagħhom. 3. Is-segretarjat għandu jkun responsabbli biex jipprovdi l-appoġġ xjentifiku u amministrattiv meħtieġ biex jiffaċilita l-funzjonament effiċjenti tal-Kumitati Xjentifiċi skond ir-regoli tal-proċedura, b’mod partikolari b’relazzjoni mal-ħtiġijiet ta’ eċċellenza, indipendenza, u trasparenza. 4. Is-segretarjat għandu jiżgura l-kordinament xjentifiku u tekniku ta’ l-attivitajiet tal-Kumitati Xjentifiċi u fejn meħtieġ kordinazzjoni ta’ l-attivitajiet tagħhom ma’ dawk ta’ korpi oħrajn tal-Komunità u internazzjonali. Artikolu 18 Bdil tal-Kumitati Xjentifiċi Il-Kumitati Xjentifiċi stabbiliti b’Artikolu 1(1) ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jibdlu l-Kumitati Xjentifiċi eżistenti stabbiliti bid- Deċiżjoni 97/579/KE kif ġej: (a) il-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur għandu jieħu post il-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti Kosmetiċi u Prodotti li M’humiex Ikel maħsuba għall-Konsumaturi; (b) il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u Ambjentali għandu jieħu post il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità, u l-Ambjent; (ċ) il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa Emerġenti jew Li Gew Identifikati Riċentement għandu jieħu post il-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti Mediċinali u Apparat Mediku. Artikolu 19 Abrogazzjonijiet 1. Id-Deċiżjonijiet 97/404/KE u 97/579/KE huma mħassra. Madankollu, t-tliet Kumitati stabbiliti b’dawk id-Deċiżjonijiet għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-Kumitati Xjentifiċi stabbiliti b’ din id- Deċiżjoni jieħdu l-kariga. 2. Referenzi għad-deċiżjonijiet abrogattivi għandhom jinftehmu bħala appikabbli għal din id-Deċiżjoni; referenzi għall-Kumitati u sezzjonijiet stabbiliti mid-deċiżjonijiet abrogattivi għandhom jinftehmu bħala li jappikaw għall-Kumitati stabbiliti minn din id-Deċiżjoni. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Marzu 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 169, tas-27.6.1997, p. 85; Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2000/443/KE (ĠU L 179, tat-18.7.2000, p. 13). [2] ĠU L 237, tat-28.8.1997, p. 18; Deċiżjoni kif emendata bid- Deċiżjoni 2000/443/KE. [3] ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1; Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4). [4] KUMM (2002) 713 finali tal-11 ta’ Diċembru 2002 fuq ’ Il-ġbir u l-użu ta’ expertise mill-Kummissjoni: prinċipji u linji gwida. Titjib fl-għarfien għal policies aħjar. -------------------------------------------------- ANNESS I OQSMA TA' KOMPETENZA 1. Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti għall-Konsumatur Għandu jipprovdi opinjonijiet fuq mistoqsijiet li jikkonċernaw is-sigurtà ta' prodotti għall-konsumatur (prodotti mhux għall-ikel maħsuba għall-konsumatur). B'mod partikolari, għandu jindirizza l-mistoqsijiet in-relazzjoni mas-saħħa u l-proprjetajiet allerġeniċi ta' prodotti kosmetiċi u ingredjenti in -rigward ta' l-impatt tagħhom fuq is-saħħa tal-konsumatur, ġugarelli, tessuti, ħwejjeġ, prodotti għall-użu personali, prodotti domestiċi bħalma huma d-deterġenti u servizzi għall-konsumatur bħat-tatwaġġi. 2. Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent Għandu jipprovdi opinjonijiet dwar mistoqsijiet relatati ma' eżamijiet tat-tossiċità u ekotossiċità ta' komposti kimiċi, biokimiċi, u bioloġiċi li l-użu tagħhom jista' jkollu konsegwenzi dannuzi fuq is-saħħa umana u l-ambjent. B'mod partikolari, għandu jindirizza mistoqsijiet dwar kimiċi ġodda u eżistenti, r-restrinġar ta' u l-marketing ta' sostanzi perikolużi, bioċidi, kontaminanti ambjentali, plastik u materjali oħra li jintużaw bħala pajpijiet għall-ilma (p.e. sostanzi ġodda organiċi), ilma tax-xorb, u l-kwalità ta' l-arja fuq ġewwa u ambjentali. Għandu jindirizza mistoqsijiet dwar l-esponiment uman għal taħlitiet ta' kimiċi, is-sensitizzazzjoni u l-identifikar ta' disrupters tas-sistema endikronali. 3. Il-Kumitat Xjentifiku dwar Riskji għas-Saħħa Emerġenti jew li ġew Identifikati Riċentement Għandu jagħti opinjonijiet fuq mistoqsijiet dwar riskji emerġenti jew li ġew identifikati reċentement u fuq topiċi wesgħin, komplessi u multidixiplinarji li jeħtieġu stima komprensiva tar-riskji għas-sigurtà tal-konsumatur jew għas-saħħa pubblika u topiċi relatati mhux koperti minn korpi Komunitarji li jistmaw tali riskji. Eżempji ta' oqsma ta' attività jinkludu r-riskji potenzali assoċjati ma' l-interazzjoni tal-fatturi tar-riskju, l-effetti sinerġetiċi, l-effetti kumulattivi, r-resistenza antimikrobjali, teknoloġiji ġodda bħan-nanoteknoloġiji, apparat mediku li jinkorpora sustanzi li joriġinaw minn annimali u/jew mill-bniedem, l-inġinerija tat-tessuti umani, prodotti magħmula mid-demm, reduzzjoni ta' fertilità, kankru ta' l-organi endokrinali, perikli fiżiċi bħal dawk ikkaġunati mill-ħoss u oqsma elettromanjetiċi (minn telefon ċellulari, transmitters, u l-ambjenti tad-dar ikkontrollati b "mezzi elettronici) u metodologiji ghall-evalwazzjoni ta" riskji godda. -------------------------------------------------- ANNESS II INDENNIZZI Il-Membri tal-Kumitati Xjentifiċi, l-Membri Assoċjati, u l-esperti esterni għandhom ikunu indennizzi kif ġej: Għal parteċipazzjoni f’laqgħat: - EUR 300 għal kull ġurnata sħiħa jew EUR 150 għal parteċipazzjoni fil-għodu jew wara nofs in-nhar għal laqgħa ta' Kumitat Xjentifiku, grupp ta' ħidma jew laqgħa esterna fejn l-attendenza ssir b "konnessjoni max-xogħol ta' Kumitat Xjentifiku." Talli wieħed jaġixxi bħala Rapporteur għal mistoqsija li ma teħtieġx aktar minn ġurnata għall-preparazzjoni ta' abbozz ta' opinjoni u bi ftehim bil-miktub minn qabel tal-Kummissjoni: - EUR 300. - Fejn ikun ġustifikat u jekk il-budget jippermetti EUR 600 għal mistoqsijiet li jkunu partikolarment impenjattivi f'termini ta' xogħol. Għal mistosijiet partikolarment komplessi ta' natura multi dixiplinarja, jista jiġi appuntat aktar minn Rapporteur wieħed. --------------------------------------------------