EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0148

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2004 li tiffissa għas-sena 2004 allokazzjoni ndikattiva bejn l-Istati Membri tal-finanzjament mill-Fond Komunitarju tat-Tabakk tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2182/2002 (notifikata bid-dokument numru K(2004) 493)

OJ L 49, 19.2.2004, p. 47–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 042 P. 477 - 478
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 042 P. 477 - 478
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 042 P. 477 - 478
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 042 P. 477 - 478
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 042 P. 477 - 478
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 042 P. 477 - 478
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 042 P. 477 - 478
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 042 P. 477 - 478
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 042 P. 477 - 478

No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/148(1)/oj

32004D0148



Official Journal L 049 , 19/02/2004 P. 0047 - 0048


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Frar 2004

li tiffissa għas-sena 2004 allokazzjoni ndikattiva bejn l-Istati Membri tal-finanzjament mill-Fond Komunitarju tat-Tabakk tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2182/2002

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 493)

(2004/148/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat [1], u partikolarment l-Artikolu 14(a) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2182/2002 tas-6 ta’ Diċembru 2002 li jniżżlu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 dwar il-Fond Komunitarju tat-Tabakk [2], jipprovdu miżuri biex jippromwovu skambju fil-produzjoni tat-tabakk. Dawk il-miżuri għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Komunitarju tat-Tabakk stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92.

(2) L-ammont totali disponibbli għall-Fond Komunitarju tat-Tabakk għall-2004 huwa ta’ 28,8 miljun EUR, li minnhom 50 % għandhom jiġu wżati biex jiffinanzjaw miżuri speċifiċi biex jgħinu lil dawk li jkabbru t-tabakk sabiex jaqilbu għal uċuħ tar-raba’ oħra jew għal attivitajiet ekonomiċi oħra li joħolqu l-impjiegi u biex jiffinanzjaw studji relatati.

(3) Għalhekk huwa neċessarju li tiġi ffissata allokazzjoni ndikattiva ta’ l-ammont disponibbli bejn l-Istati Membri konċernati skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 2182/2002.

(4) Il-miżuri msemmija f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tat-Tabakk,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għas-sena 2004, l-allokazzjoni indikattiva bejn l-Istati Membri tal-finanzjament mill-Fond Komunitarju tat-Tabakk dwar il-miżuri msemmija fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2182/2002 għandha tkun stabbilita kif imniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Frar 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 215, 30.07.92, p. 70. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2319/2003 (ĠU L 345, 31.12.03, p. 17).

[2] ĠU L 331, 07.12.02, p. 16.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-allokazzjonijiet indikattivi għall-Istati Membri tal-finanzjament mill-Fond Komunitarju tat-Tabakk dwar il-miżuri msemmija fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2182/2002 għas-sena 2004

(EUR) |

L-Istat Membru | Allokazzjoni indikattiva |

Bażi | 90 % fuq il-kwantitajiet irrevokabilment mixtrijin lura skond il-kwota | 10 % tal-limitu tal-garanzija nazzjonali |

Valur | Valur |

L-Italja | 11362565 | 538446 |

Il-Greċja | 748442 | 529755 |

Spanja | 0 | 180009 |

Il-Portugall | 263284 | 25481 |

Franza | 0 | 109443 |

Il-Ġermanja | 0 | 48512 |

Il-Belġju | 324762 | 6346 |

Awstrija | 260947 | 2008 |

Total | 12960000 | 1440000 |

--------------------------------------------------

Top