EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0144

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2004 li temenda d-Deċiżjoni Nru 97/467/KE fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ negozji stabbiliti fil-Bulgarija u l-Ungerija fil-listi tad-dispożizzjonijiet ta’ negozji stabbiliti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam ta’ għasafar li ma jtirux bħan-nagħma u l-emu fost oħrajn (notifikata bid-dokument numru K(2004) 346)Test b’relevanza għall-EE

OJ L 47, 18.2.2004, p. 33–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 042 P. 460 - 461
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 042 P. 460 - 461
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 042 P. 460 - 461
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 042 P. 460 - 461
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 042 P. 460 - 461
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 042 P. 460 - 461
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 042 P. 460 - 461
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 042 P. 460 - 461
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 042 P. 460 - 461
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 053 P. 200 - 201
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 053 P. 200 - 201
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 042 P. 191 - 192

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/03/2014; Impliċitament imħassar minn 32014D0160

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/144(1)/oj

32004D0144



Official Journal L 047 , 18/02/2004 P. 0033 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta’ Frar 2004

li temenda d-Deċiżjoni Nru 97/467/KE fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ negozji stabbiliti fil-Bulgarija u l-Ungerija fil-listi tad-dispożizzjonijiet ta’ negozji stabbiliti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam ta’ għasafar li ma jtirux bħan-nagħma u l-emu fost oħrajn

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 346)

(Test b’relevanza għall-EE)

(2004/144/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 fuq il-kondizzjonijiet biex jitfasslu, għal perjodu temporanju, listi ta’ dispożizzjonijiet ta’ negozji stabbiliti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) u (4) fiha msemmi,

billi:

(1) Tfasslu listi ta’ dispożizzjonijiet ta’ negozji stabbiliti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam ta’ għasafar li ma jtirux bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/467/KE [2].

(2) Il-Bulgarija u l-Ungerija bagħtu listi ta’ prodotti stabbiliti tal-laħam ta’ għasafar li ma jtirux li għalihom l-awtoritajiet responsabbli jiċċertifikaw li n-negozju stabbilit iħares ir-regoli tal-Komunità.

(3) Dawk in-negozji stabbiliti għandhom ikunu inklużi fil-listi mfasslin bid-Deċiżjoni Nru 1997/467/KE.

(4) Billi għadhom ma sarux spezzjonijiet fuq il-post, l-importazzjoni minn negozji stabbiliti bħal dawn m’hijiex eliġibbli għall-kontrolli fiżiċi mnaqqsa skond l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 95/408/KE.

(5) Id-Deċiżjoni Nru 97/467/KE għandha tkun għalhekk emendata skond iċ-ċirkostanzi.

(6) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 97/467/KE hu emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-25 ta’ Frar 2004.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Frar 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17. Deċiżjoni kif ġiet l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[2] ĠU L 199, tas-26.7.1997, p. 57. Deċiżjoni kif ġiet l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 2002/797/KE (ĠU L 277, tal-15.10.2002, p. 23).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness II jiġi emendat kif ġej:

1. It-test li ġej jiddaħħal fl-Anness II fil-parti li tikkonċerna ‘l-Bulgarija skond ir-referenza taċ-ċittadinanza:

"1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

BG 1901021 | Mecom Ltd | Silistra | Silistra | SH, CP, CS" | |

2. It-test li ġej jiddaħħal fl-Anness II fil-parti li tikkonċerna ‘l-Ungerija skond ir-referenza taċ-ċittadinanza:

"1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

HU-356 | Kukori Kft. | Szatymaz | Csongrád megye | SH, CP" | |

--------------------------------------------------

Top