EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0016

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2003 dwar it-tnaqqis fil-valur (downgrading) ta' l-Anness 5 ma' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Anness14b korrispondenti mal-Manwal Komuni u dwar id-deklassifikar ta' l-Annessi 9 u 10 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Annessi 6b u 6c korrispondenti mal-Manwal Komuni

OJ L 5, 9.1.2004, p. 78–78 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 007 P. 7 - 7
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 007 P. 7 - 7
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 007 P. 7 - 7
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 007 P. 7 - 7
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 007 P. 7 - 7
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 007 P. 7 - 7
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 007 P. 7 - 7
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 007 P. 7 - 7
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 007 P. 7 - 7
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 006 P. 217 - 217
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 006 P. 217 - 217
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 011 P. 58 - 58

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/16(1)/oj

32004D0016



Official Journal L 005 , 09/01/2004 P. 0078 - 0078


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Diċembru 2003

dwar it-tnaqqis fil-valur (downgrading) ta' l-Anness 5 ma' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Anness14b korrispondenti mal-Manwal Komuni u dwar id-deklassifikar ta' l-Annessi 9 u 10 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Annessi 6b u 6c korrispondenti mal-Manwal Komuni

(2004/16/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabBilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artiklu 207 tiegħu,

Billi:

(1) Skond id-Deċiżjonijiet tiegħu ta' l-14 ta' Diċembru 1993 (SCH/Com-ex (93)22 rev) u tat-23 ta' Ġunju 1998 (SCH/Com-ex (98)17), il-Kumitat Eżekuttiv stabbilit bil-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985, ikklassifika bħala "Kunfidenzali" l-Annessi 5, 9 u 10 ma' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Annessi kollha tal-Manwal Komuni [1], li versjoni ġdida tagħhom kienet adottata bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv imsemmi fit-28 ta' April 1999 (SCH/Com-ex (99)13).

(2) L-Istituzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Manwal Komuni u d-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv dwar il-klassifikazzjoni tagħhom jagħmlu parti ta' l-acquis ta' Schengen kif iddefinit mill-Kunsill bid-Deċiżjoni 1999/435/KE tiegħu [2].

(3) Il-Parti I u diversi l-Annessi mal-Manwal Komuni kienu deklassifikati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/751/KE [3] u l-Parti II mal-Manwal Komuni kienet iddeklassifikata skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/353/KE [4].

(4) L-Anness 5 ta' l-Istituzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Anness 14b korrispondenti mal-Manwal Komuni għandhom jitnaqqsilhom il-valur (downgraded) u l-Anness 9 u 10 ma' l-Istituzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Annessi 6b u 6c korrispondenti mal-Manwal Komuni għandhom ikunu ddeklassifikati.

(5) Huwa xieraq li jkunu revokati id-Deċiżjoniijiet (SCH/Com-ex (93)22 rev) u (SCH/Com-ex (98)17) tal-Kumitat Eżekuttiv, u li jittieħdu deċiżjonijiet futuri dwar il-klassifikazzjoni ta' dokumenti li jikkostitwixxu parti mill-acquis ta' Schengen skond ir-regoli dwar il-klassifikazzjoni ta' dokumenti miġjuba fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta' Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti ta' sigurta tal-Kunsill [5],

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness 5 ma' l-Istituzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Anness 14b korrispondenti mal-Manwal Komuni għandhom jitniżżlu fil-valur għal "RESTREINT EU" u l-Annessi 9 u 10 ma' l-Istituzzjonijiet Konsulari Komuni, kif ukoll l-Annessi 6b u 6c korrispondenti mal-Manwal Komuni, għandhom ikunu deklassifikati.

Artikolu 2

L-Annessi 9 u 10 ta' l-Istituzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Annessi 6b u 6c korrispondenti mal-Manwal Komuni għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Ufiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen ta' l-14 ta' Diċembru 1993 (SCH/Com-ex (93)22 rev) u t-23 ta' Ġunju 1998 (SCH/Com-ex (98)17) huma revokati.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Matteoli

[1] ĠU C 313, tas-16.12.2002, p. 97. Il-Manwal Komuni kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 (ĠU L 99, tas-17.4.2003, p. 8).

[2] ĠU L 176, 10.07.99, p. 1.

[3] ĠU L 303, 02.12.00, p. 29.

[4] ĠU L 123, 09.05.02, p. 49.

[5] ĠU L 101, 11.04.01, p. 1.

--------------------------------------------------

Top