EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2271

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2271/2003 tat-22 ta' Diċembru 2003 li jiftaħ kwoti tat-tariffi għas-sena 2004 għall-importazzjonijiet fil-Komunità Ewropea ta' ċerti prodotti li jorriġinaw mir-Rumanija

OJ L 336, 23.12.2003, p. 29–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 02 Volume 015 P. 26 - 27
Special edition in Estonian: Chapter 02 Volume 015 P. 26 - 27
Special edition in Latvian: Chapter 02 Volume 015 P. 26 - 27
Special edition in Lithuanian: Chapter 02 Volume 015 P. 26 - 27
Special edition in Hungarian Chapter 02 Volume 015 P. 26 - 27
Special edition in Maltese: Chapter 02 Volume 015 P. 26 - 27
Special edition in Polish: Chapter 02 Volume 015 P. 26 - 27
Special edition in Slovak: Chapter 02 Volume 015 P. 26 - 27
Special edition in Slovene: Chapter 02 Volume 015 P. 26 - 27

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2271/oj

32003R2271



Official Journal L 336 , 23/12/2003 P. 0029 - 0030


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2271/2003

tat-22 ta' Diċembru 2003

li jiftaħ kwoti tat-tariffi għas-sena 2004 għall-importazzjonijiet fil-Komunità Ewropea ta' ċerti prodotti li jorriġinaw mir-Rumanija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli [1], partikolarment l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/626/KE tal-5 ta' Ottubru 1998 relatat mall-konklużjoni ta' Protokoll għall-adattament ta' l-aspetti kummerċjali tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Rumanija, mill-parti l-oħra, biex tittieħed in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja għall-Unjoni Ewropea u r-riżultati tan-negozjati agrikoli ta' l-Uruguay Round, inkluż it-titjib għar-reġim preferenzjali eżistenti [2], u partikolarment l-Artikolu 2(1) tagħha,

Billi:

(1) Il-Protokoll 3 dwar il-kummerċ f'prodotti agrikoli pproċessati għall-Ftehim Ewropew mar-Rumanija, kif emendat mill-Protokoll għall-adattament ta' dak il-Ftehim, jipprovdi għall-għoti ta' kwoti tat-tariffi ta' kull sena għall-importazzjonijiet ta' prodotti li jorriġinaw fir-Rumanija. Dawk il-kwoti għandhom jinfetħu għall-2004.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komuni [3] jippreskrivi regoli għall-amministrazzjoni ta' kwoti tat-tariffa. Huwa xieraq li jkun hemm proviżjoni li l-kwoti tat-tariffi li nfetħu minn dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati skond dawk ir-regoli.

(3) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal kwistjonijiet orrizzontali fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati mhux imniżżlin fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti ta' kull sena għal prodotti li jorriġinaw fir-Rumanija mniżżlin fl-Anness huma miftuħin mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004 taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti ġo fih.

Artikolu 2

Il-kwoti tat-tariffi Komunitarji msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd b'effett mill-1 ta' Jannar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 22 Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 318, ta' l-20.12.1993, p. 18; Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5).

[2] ĠU L 301, tal-11.11.1998, p. 1.

[3] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1; Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1335/2003 (ĠU L 187, tas-26.7.2003, p. 16).

--------------------------------------------------

ANNESS

Nru tas-serje | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Kwota għall-2004 (tunnellata metrika) | Rata ta' dazju applikabbli |

09.5431 | ex1704 | Zokkor ħelu (inkluża ċ-ċikkulata bajda), li ma jkunx jinsab fih il-kawkaw, eskluż l-estratt tal-likorizja li jkun jinsab fih aktar minn 10 % bil-piż ta' sukrosju imma li ma jkunux jinsabu fih sustanzi oħra miżjuda, li jaqaw fil-Kodiċi NM 17049010 | 2100 | 0 + RAC |

09.5433 | ex1806 | Iċ-ċikkulata u preparazzjonijiet ta' l-ikel oħra li jkunu jinsabu fihom il-kawkaw, barra dawk li jaqaw fil-Kodiċi NM 18061015 or 18062070 | 1500 | 0 + RAC |

09.5435 | ex1902 | Għaġin, kemm jekk imsajjar jew stuffat jew ippreparat f'xi mod ieħor kif ukoll jekk mhuwiex, eskluż l-għaġin stuffat li jaqa' fil-Kodiċi NM 19022010 u 19022030, il-kuskus, kemm jekk ippreparat kif ukoll jekk mhuwiex | 600 | 0 + RAC |

09.5437 | ex1904 | Ikel ippreparat miksub bin-nefħa jew xiwi ta' ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, kornflejks); ċereali (barra minn qamħirrum (qamħ)) fil-forma ta' qmuħ jew fil-forma ta' biċċiet irqaq jew qmuħ oħra mħaddmin (ħlief għad-dqiq u s-smida), imsajjar minn qabel jew ippreparat b'mod ieħor, mhux speċifikat jew inkluż post ieħor, bl-esklużjoni ta' prodotti li jaqaw taħt il-Kodiċi NM 19042010 | 438 | 0 + RAC |

09.5439 | 1905 | Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u affarijiet oħra tal-furnar, kemm jekk ikun jinsab fihom il-kawkaw kemm jekk le; wejfers tal-kommunjoni, oġġetti vojta ta' tip xieraq għall-użu farmaċewtiku, wejfers li jiksu, karta tar-ross u prodotti simili | 1875 | 0 + RAC |

09.5441 | 21013019 | Sostitwuti għall-kafè mixwi | 163 | 0 + RAC |

21013099 | Estratti, essenzi u konċentrati ta' sostitwuti għall-kafè mixwi esklużi dawk taċ-ċikwejra mixwija |

09.5443 | 210500 | Ġelat u silġ li hu tajjeb biex jittiekel, kemm jekk ikun jinsab fihom il-kawkaw kemm jekk le | 114 | 0 + RAC |

09.5445 | 0405201004052030 | Prodotti tal-ħalib għat-tidlik ta' kontenut tax-xaħam, bil-piż, ta' 39 % jew aktar, imma li mhuwiex aktar minn 75 % | 1050 | 0 + RAC |

ex2106 | Preparazzjonijiet ta' l-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi f'post ieħor barra minn dawk li jaqaw taħt il-Kodiċi NM 21061020, 21069020 u 21069092 u barra minn ġulepp taz-zokkor mogħtija togħma jew kkuluriti |

ex330210 | Taħlitiet ta' sustanzi li jfuħu u taħlitiet (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b'bażi ta' wieħed jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta' tip użat fl-industrija tax-xorb |

33021029 | Oħrajn |

09.5447 | 220290912202909522029099 | Xorb mhux alkoħoliku, mhux inklużi meraq tal-frott jew tal-ħaxix tal-Kodiċi NM 2009, li jkunu jinsabu fihom prodotti tal-Kodiċi NM 0401 sa 0404 jew xaħam miksub minn prodotti tal-Kodiċi NM 0401 sa 0404 | 100 | 0 + RAC |

--------------------------------------------------

Top