Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2233

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2233/2003 tat-23 ta' Diċembru 2003 li jiftaħ il-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal 2004 għan-nagħaġ, mogħoż, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż

OJ L 339, 24.12.2003, p. 22–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 041 P. 492 - 496
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 041 P. 492 - 496
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 041 P. 492 - 496
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 041 P. 492 - 496
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 041 P. 492 - 496
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 041 P. 492 - 496
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 041 P. 492 - 496
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 041 P. 492 - 496
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 041 P. 492 - 496

No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2233/oj

32003R2233



Official Journal L 339 , 24/12/2003 P. 0022 - 0026


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2233/2003

tat-23 ta' Diċembru 2003

li jiftaħ il-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal 2004 għan-nagħaġ, mogħoż, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi:

(1) Kwoti tat-tariffi tal-komunità għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż għandhom jinfetħu għal 2004. Id-dazji u l-kwantitajiet li hemm riferenza għalihom f'Regolament (KE) Nru 2529/2001 għandu jkun iffissat skond ftehim internazzjonali rispettiv fis-seħħ matul is-sena 2004.

(2) Bla ħsara għar-ratifika tat-Trattat ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polanja, s-Slovenja u s-Slovakkja, r-Repubblika Ċeka, l-Islovenja and l-Islovakkja se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004. Il-kwoti attribwibbli għal dawk il-pajjiżi għandhom għalhekk jibqgħu miftuħa biss sad-data ta' l-adeżjoni tagħhom.

(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jimplimenta għall-Komunità id-dispożizzjonijiet tat-tariffi stabbiliti fil-ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda u r-Repubblika taċ-Cilì, fuq in-naħa l-oħra [2], pprovda għal kwoti tat-tariffa bilaterali addizzjonali tal-2000 tunnellata b'żjieda ta' 10 % kull sena li għandha tinfetaħ għall-kodiċi tal-prodott 0204 mill-1 ta' Frar miżjuda mal-Kwoti tal-GATT/ODK għaċ-Ċilì u ż-żewġ kwoti għandhom jiġu mmaniġjati fl-istess mod mill-1 ta' Jannar 2004.

(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1329/2003 tal-21 ta' Lulju 2003 li jemenda Regolament (KE) Nru 992/95 fir-rigward tal-kwoti tat-tariffi għal ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw min-Norveġja [3] li jagħti konċessjonijiet addizzjonali għall-kummerċ bilaterali għal prodotti agrikoli.

(5) Ċerti kwoti ta' tariffi għal laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż ingħataw lill-Istati ACP taħt il-Ftehim ta' Cotonou [4].

(6) Billi l-importazzjonijiet huma mmaniġjati fuq bażi ta' sena kalendarja, għal kw-oti definiti għal perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju, il-kwantitajiet ffissati għal 2004 huma s-somma ta' nofs il-kwantità mill-1 ta' Lulju 2003 sat-30 ta' Ġunju 2004 u nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2004 sat-30 ta' Ġunju 2005.

(7) Jeħtieġ li jiġi ffissat ekwivalenti għall-piż ta' karkass sabiex jiġi assigurat li jkun hemm tħaddim xieraq tal-kwoti tat-tariffi tal-komunità. Barra minn hekk, billi ċerti kwoti tat-tariffi jipprovdu għall-għażla ta' importazzjoni jew ta' annimali ħajjin jew tal-laħam tagħhom, il-fattur tal-konverżjoni huwa meħtieġ.

(8) L-esperjenza ta' l-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-komunità turi ħtieġa li jiġi mtejjeb il-maniġment ta' kwoti bħal dawn. L-esperjenza fl-użu ta' sistema tal-maniġment fuq il-bażi min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, kienet waħda pożittiva f'setturi agrikoli oħra. Fl-interess tas-simplifikazzjoni amministrattiva, kwoti li għal prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż li joriġinaw f'pajjiżi terzi għandhom, permezz ta'deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 rigward l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti mis-settur tal-laħam tan-nagħġa (muntun) u l-laħam tal-mogħża [5], li jiġu mmaniġjati f'konformità ma' l-Artikolu 16(2)(a) of Regulation (KE) Nru 2529/2001. Dan għandu jsir skond l-Artikolu 308a, 308b and 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jesiġi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [6]. Fejn l-importazzjonijiet huma mmaniġjati skond dawn id-dispożizzjonijiet, ma' jibqax il-bżonn għal-liċenzi ta' importazzjoni.

(9) Biex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni fost pajjiżi esportaturi oħra, u billi kwoti ta' tariffi ekwivalenti ma ġewx eżawriti malajr fl-aħħar sentejn, kwoti ta' tariffi taħt dan ir-regolament għandhom għall-ewwel jitqiesu bħala mhux-kritiċi fit-tifsira ta' l-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 meta mmaniġjati b'sistema ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Għalhekk l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu awtorizzatili li jċedu l-ħtieġa għas-sigurtà għal oġġetti li inizzjalment ikunu ġew importati taħt dawk il-kwoti skond l-Artikoli 308c (1) u 248(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Minħabba l-partikolarijiet tat-trasferiment minn sistema ta' maniġment waħda għall-Artikolu308c (2) u (3) ta' dak ir-Regolament m'għandux japplika.

(10) L-implimentazzjoni tas-sistema ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel titlob xi xogħol preparatorju addizzjonali fil-każi ta' l-Awstralja u New Zealand, meta wieħed iqis il-volum għoli ta' kwoti u l-użu tradizzjonali tagħha.Għal dik ir-raġuni, is-sistema ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel għandha tapplika biss għall-importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi mill-ewwel ta' Mejju 2004 u l-liċenza ta' importazzjoni għandha titkompla sat-30 ta' April 2004 skond ir-regolamenti stabbiliti f'Regolament (KE) Nru 1439/95. Dispożizzjonijiet għandhom għalhekk isiru fir-rigward ta' kwantitajiet disponibbli taħt kull waħda minn dawk is-sistemi ta' maniġment.

(11) Għandu jkun ikkjarifikat liema tip ta' prova li tiċċertifika l-oriġini ta' prodotti għandha tkun provduta biex wieħed jibbenifika mill-kwoti ta' tariffi taħt is-sistema ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

(12) Meta prodotti tal-laħam tan-nagħaġ ikunu preżentati lill-awtoritajiet doganali għall-importazzjoni, huwa diffiċli għal-awtoritajiet biex jistabbilixxu jekk dawn joriġinawx minn nagħaġ domestiċi jew minn nagħaġ oħra. Dan jiddetermina l-applikazzjoni ta' rati ta' dazju differenti.

(13) Skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar problemi fl-ispezzjoni sanitarja u veterinarja ma' l-importazzjoni ta' annimali bovini, qżieqeż u laħam frisk minn pajjiżi terzi [7], u mad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' spezzjonijiet veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [8], importazzjoni għandha tkun awtorizzata biss għall-prodotti li jissodis-faw ir-rekwiżiti tar-regoli veterinarji u ċ-ċertifikazzjoni stabbilita preżentement fil-Komunità.

(14) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għan-Nagħaġ u l-Mogħoż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti ta' tariffi tal-Komunità għan-nagħaġ, mogħoż, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2004.

Artikolu 2

Id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' nagħaġ, mogħoż, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż li jaqgħu fil-kodiċi NM 0104 10 30, 0104 10 80, 0104 20 90, 0210 99 21, 0210 99 29 u 0204 li joriġinaw minn pajjiżi indikati fl-Anness għandhom ikunu sospiżi jew imnaqqsa skond dan ir-regolament.

Artikolu 3

1. Il-kwantitajiet, espressi fl-ekwivalenti ta' piż ta' karkass, għall-importazzjoni tal-laħam, li jaqgħu fil-kodiċi NM 0204, u ta' annimali ħajjin li jaqgħu fil-kodiċi NM 0104 10 30, 0104 10 80 u 0104 20 90, kif ukoll bħala d-dazji doganali applikabbli ghandhom ikunu dawk kif stabbiliti fl-Anness.

2. Biex jiġu kkalkulati l-kwantitajiet ta' "ekwivalenti ta' piż tal-karkass" li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1 il-piż nett ta' prodotti tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandu jkun immultiplikat bil-koeffiċjenti li ġejjin:

(a) għal annimali ħajjin: 0,47;

(b) għal ħaruf mingħajr għadam u laħam tal-mogħża minn gidi mingħajr għadam:1,67;

(ċ) għal-laħam tal-muntun, tan-nagħaġ u tal-mogħoż mingħajr għadam minbarra dak ta' gidi u taħlita minn dawn li ġejjin: 1,81;

(d) għal prodotti bl-għadma:1,00.

3. "Gidi" għandu jfisser mogħoż ta' mhux aktar minn sena.

Artikolu 4

Permezz ta' deroga mit-titlu II(A) u (B) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, il-kwoti tat-tariffi stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-gruppi ta' pajjiżi Nri 2,3,4 u 5 u għall-Arġentina, l-Urugwaj, iċ-Ċilì, l-Islanda u s-Slovenja, għandhom ikunu mmaniġjati fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Ma' tkun meħtieġa l-ebda liċenzja ta' importazzjoni.

Artikolu 5

1. Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April 2004, il-kwoti tat-tariffi previsti fl-Awstralja u New Zealand kif stabbiliti fl-Anness taħt il-grupp ta' pajjiżi Nru 1 għandhom ikunu mmaniġjati skond ir-regoli stabbiliti laid down fit-Titlu II(A) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95.

2. Mill-1 ta' Mejjeu 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004, b'deroga mit-Titolu II(A) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, il-kwoti tat-tariffi msemmija fil-paragrafu 1għandhom jiġu operati skond l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

Madankollu, liċenzi ta' importazzjoni maħruġa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2004 taħt paragrafu 1 għandhom jibqgħu validi sakemm jintemm il-perjodu ta' skadenza tagħhom.

3. Il-kwantità mmaniġjata skond paragrafu 2 għandha, fuq bażi volontarja, tkun ta' 18650 tunnellata kull sena għall-Awstralja u 226700 tunnellata kull sena għal New Zealand mingħajr il-kwantità rispettiva stmata f'ekwivalenti ta' piż ta' karkass u li għaliha jinħargu l-liċenzi ta' importazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2004.

Dik il-kwantità proviżorja għandha sussegwentement tkun aġġustata fuq il-bażi ta' liċenzi effettivament maħruġa matul ix-xahar ta' April. Il-kwantità stabbilita fl-1 ta' Mejju għandha tkun sussegwentement miżjuda bil-kwantità ekwivalenti f'piż ta' karkass li għaliha, jekk wieħed jibbaża fuq l-licenzi fuq bażi ta' liċenzi mibgħuta lura lill-awtoritajiet kompetenti, l-liċenzi ma ntużawx jew intużaw biss parzjalment. Liċenzi li ma jintbagħtux lura sal-15 ta' Awwissu għandhom jitqiesu bħala liċenzi użati b'mod sħiħ.

4. Għall-għanijiet ta' paragrafu 3, l-Istati membri għandhom:

(a) jikkomunikaw, il-kwantitajiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolamanet (KE) Nru 1439/95, ukoll f'ekwivalenti ta' piż ta' karkass:

(b) jikkomunikaw lill-kummissjoni kull l-ewwel jum ta' xogħol tal-ġimgħa, għax-xahar ta' April 2004 u b'riferenza għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, il-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa fil-ġimgħa ta' qabel kif ukoll l-ekwivalenti f'piż ta' karkass;

(ċ) b'deroga minn l-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 143/95, jikkomunikaw sa mhux aktar tard mill-25 ta' Awissu 2004, id-data li jkun hemm rifernza għaliha f'dak il-punt.

5. Biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti f'piż ta' karkass li hemm riferenza għalih f'paragrafi 3 u 4, il-ko-effiċjenti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 3(2) għandhom japplikaw.

Artikolu 6

1. L-oriġini tal-prodotti bla ħsara għal-kwoti tat-tariffi minbarra dawk li jirriżultaw minn ftehim għal tariffi preferenzjali, għandhom ikunu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet li jkunu fis-seħħ fil-Komunità.

2. Il-prova ta' oriġini li hemm riferenza għaliha fl-1 paragrafu għandha tkun kif ġej:

(a) fil-każ ta' kwoti ta' tariffa li hi parti minn ftehim dwar tariffa preferenzjali, għandha tkun il-prova dwar l-oriġini tagħha stabbilita f'dak il-ftehim;

(b) fil-każ ta' kwoti ta' tariffi oħra, għandha tkun prova stabbilita skond l-Artikolu 47 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, inkluż, b'żieda ma' l-elementi previsti f'dak l-Artikolu, id-data li ġejja:

- il-kodiċi NM (ta' l-anqas erba' numri),

- in-numru ta' l-ordni jew in-numru ta' l-ordni tal-kwoti tat-tariffa konċernata skond it-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu,

- il-piż nett totali għal kategorija ta' ko-effiċjent kif speċifikat fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament;

(ċ) fil-każ ta' xi pajjiż li l-kwoti tiegħu jikklassifikaw taħt punt (a) u (b) u huma magħqudin, għandha tkun il-prova li hemm riferenza għaliha f'punt (a).

Fil-każ li hemm riferenza għalih f'punt (b), formoli taħt l-Anness II għal Regolament (KE) Nru 1439/95 li jinkludu kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa f'dak il-punt jistgħu jintużaw matul is-sena 2004, filwaqt li jinqata' t-test li jirreferei għal-liċenzi ta' importazzjoni meta japplika L-artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

Fejn il-prova ta' oriġini li hemm riferenza għaliha f'punt (b) hija ppreżentata bħala dokument ta' sapport għal dikjarazzjoni waħda biss għal rilaxx f'ċirkulazzjoni ħielsa, jista' jkollha diversi numri ta' ordniFil-każì kollha, għandu jkollha numru ta' ordni wieħed biss.

3. Biex wieħed jibbenefika mill-kwoti ta' tariffi stabbiliti fl-Anness għal grupp ta' pajjiżi numru 4 għal prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM ex 204, ex02109921 u ex02109929 il-prova ta' oriġini għandu jkollha, fil-kaxxa dwar deskrizzjoni ta' prodotti, waħda minn dawn li ġejjin:

(a) "Prodott/i tan-nagħaġ mill-ispeċi nagħaġ domestiċi";

(b) "Prodott/i mill-ispeċi li mhumiex nagħaġ domestiċi".

Dawk l-indikazzjonijiet għandhom jikkorrispondu għall-indikazzjonijiet fiċ-ċertifikat veterinarju li jkun ma' dawk il-prodotti.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2004.

Fil-każ tar-Repubblika Ċeka, l-Islovenja and l-Islovakkja għandu jibqa jgħodd sat-30 ta' April 2004, bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja and l-Islovakkja.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 3. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.03, p. 1).

[2] ĠU L 46, ta’ l-20.02.2003, p. 1.

[3] ĠU L 187, tas-26.07.2003, p. 1.

[4] ĠU L 317, tal-15.12.2000, p. 3.

[5] ĠU L 143, tas-27.06.1995, p. 7. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 272/2001 (ĠU L 41, 10.02.01, p. 3).

[6] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1335/2003 (ĠU L 187, 26.07.03, p. 16).

[7] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

[8] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif l-aħhar emendate bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U TAL-MOGĦOŻ f’tunnellati metriċi f’ekwivalenti ta’ piż ta’ karkass.

KWOTI TA' TARIFFI TAL-KOMUNITÀ GĦALL-2004

Grupp ta' Pajjiżi numru | Kodiċi NM | Dazju ad valorem % | Dazju speċifiku EUR/100 kg | Numru ta' l-Ordni taħt Titolu II(A) ta' Regolament (KE) | Numru ta' ordni taħt 'min iġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel'. | Oriġini | Volum annwali f'tunnellati ta' ekwivakenti f'piż ta' karkass |

Annimali ħajjin (Ko-effiċjenti = 0,47) | Ħaruf bla għadam (Koeffiċjent = 1,67) | Laħam tal-muntun/nagħaġ mingħajr għadam (Koeffiċjent = 1,81) | Bil-għadam u karkassi= Ko-effiċjent 1,00) |

1 | 0204 | Żero | Żero | — | 09.2101 | 09.2102 | 09.2011 | L-Arġentina | 23000 |

09.4132 | — | 09.2105 | 09.2106 | 09.2012 | L-Awstralja | 18650 |

09.4134 | — | 09.2109 | 09.2110 | 09.2013 | New Zealand | 226700 |

| — | 09.2111 | 09.2112 | 09.2014 | L-Urugwaj | 5800 |

| — | 09.2115 | 09.2116 | 09.1922 | Cilì | 5183 |

| — | 09.2119 | 09.2120 | 09.0790 | L-Islanda | 1350 |

| — | 09.5931 | 09.5932 | 09.1763 | Is-Slovenja | 50 |

2 | 0104 10 30 0104 10 80 0104 20 90 0204 | Żero | Żero | | 09.5935 | 09.5936 | 09.5937 | 09.5874 | Ir-Repubblika Ċeka | 2150 |

| 09.5939 | — | — | 09.5882 | Is-Slovakkja | 4300 |

0204 | Żero | Żero | | — | 09.2121 | 09.2122 | 09.0781 | In-Norveġja | 300 |

3 | 0204 | Żero | Żero | | — | 09. 2125 | 09.2126 | 09.0693 | Greenland | 100 |

| — | 09.2129 | 09. 2130 | 09.0690 | Faeroes | 20 |

| — | 09.2131 | 09.2132 | 09.0227 | It-Turkija | 200 |

4 | 0104 10 30, 0104 10 80 u 0104 20 90. Għall-ispeċi 'nagħaġ domestiċi' biss: ex 0204, ex 0210 99 21 u ex 0210 99 29. | Żero | Żero | | 09.2141 | 09.2145 | 09.2149 | 09.1622 | Stati ACP | 100 |

Għall-ispeċi 'nagħaġ domestiċi' biss: ex 0204, ex 0210 99 21 u ex 0210 99 29. | Żero | Tnaqqis ta' 65 % dazji speċifiċi | | | 09.2161 | 09.2165 | 09.1626 | States ACP | 500 |

5 | 0204 | Żero | Żero | | — | 09.2171 | 09.2175 | 09.2015 | Oħrajn | 200 |

0104 10 30 0104 10 80 0104 20 90 | 10 % | Żero | | 09.2181 | — | — | 09.2019 | Ohrajn | 49 |

--------------------------------------------------

Top