EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2228

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2228/2003 tat-22 ta' Diċembru 2003 li jwaqqaf ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjoni ta' urea li toriġina mir-Russja

OJ L 339, 24.12.2003, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 048 P. 171 - 172
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 048 P. 171 - 172
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 048 P. 171 - 172
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 048 P. 171 - 172
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 048 P. 171 - 172
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 048 P. 171 - 172
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 048 P. 171 - 172
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 048 P. 171 - 172
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 048 P. 171 - 172

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2228/oj

32003R2228



Official Journal L 339 , 24/12/2003 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2228/2003

tat-22 ta' Diċembru 2003

li jwaqqaf ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjoni ta' urea li toriġina mir-Russja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea [1] (ir-Regolament bażiku), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta preżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

1. Miżuri fis-seħħ

(1) Fl-10 ta' Mejju 2001, il-Kunsill, bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 901/2001 [2], impona taxxa anti-dumping definittiva fuq importazzjonijiet ta' urea li joriġinaw mir-Russja. It-taxxa kienet f'forma ta' taxxa varjabbli fuq il-bażi ta' prezz minimu ta' importazzjoni (MIP).

2. Bidu

(2) Fit-13 ta' Ġunju 2002, il-Kummissjoni ħabbret b'avviż [3] ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (avviż ta' bidu) il-bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' urea li toriġina mir-Russja, bi qbil ma' l-Artoklu 11(3) tar-Regolament bażiku.

(3) Ir-reviżjoni bdiet fuq inizzjattiva tal-Kummissjoni sabiex jiġi eżaminat jekk il-forma tal-miżuri fis-seħħ, bħalissa bħala MIP, humiex xierqa, minħabba illi ma jagħmlux differenza bejn bejgħ magħmul ma' partijiet relatati u bejgħ magħmul ma' partijiet mhux relatati, jew l-ewwel bejgħ u bejgħ segwenti lejn il-Komunità u sar evidenti li dan seta' jwassal għal problemi ta' infurzar. B'konsekwenza, il-miżuri eżistenti ma dehrux li kienu biżejjed sabiex ipattu għad-dumping li qed jagħmel il-ħsara.

3. Investigazzjoni

(4) Il-Kummissjoni avżat b'mod uffiċjali lill-importaturi, l-utenti magħrufa li kienu kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, ir-rappreżentanti tal-pajjiż ta' esportazzjoni kkonċernat u l-produtturi tal-Komunità bil-bidu tal-proċeduri. Partijiet interessati ngħataw l-opportunità illi jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu ta' żmien stabbilit fl-avviż ta' bidu.

(5) Assoċjazzjoni ta' produtturi tal-Komunità, assoċjazzjoni ta' importaturi, żewġ assoċjazzjonijiet ta' utenti, utent wieħed u kumpanija illi tirrapreżenta 10 importaturi, negozjanti u utenti Taljani taw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub. Il-partijiet kollha li talbu dan fil-limitu taż-żmien, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu, ingħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(6) Il-Kummissjoni fittxet u ivverifikat l-informazzjoni kollha li kkonsidrat xierqa għall-għan illi jiġi stabbilit jekk il-miżuri fis-seħħ kienux xierqa.

B. IS-SEJBIET TA' L-INVESTIGAZZJONI

(7) Il-bidu ta' reviżjoni interim kienet motivata mill-ħtieġa illi jiġi llimitat ir-riskju li tiġi evitata t-taxxa. Evażjoni tat-taxxa bħal din tista' ssir f'ċirkostanzi differenti. Meta esportaturi, li bħalissa huma soġġetti għall-miżuri imposti mill-MIP, jesportaw lejn il-Komunità, jistgħu ikunu f'pożizzjoni illi jitolbu ħlas bi prezz ogħla mill-MIP, u b'hekk jikkumpensaw dan il-prezz wara d-dikjarazzjoni tad-dwana bi ftehim mad-dwana. Dan jista' jagħmel lill-MIP mhux effettiv, minħabba li jista' jfisser li l-prodott ikkonċernat għadu jiġi effettivament esportat taħt l-MIP lejn il-Komunità. Għaldaqstant, dan jista' jwassal għal prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid fil-Komunità li ma jippermettux li jintlaħqu l-effetti mixtieqa tal-miżura, jiġifieri li jitneħħa l-effett ta' ħsara tad-dumping. Ir-riskju sostanzjali ta' manipulazzjoni tal-prezz meta taxxi jieħdu l-forma ta' MIP ġie emfasizzat bis-sejbiet tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fir-Rapport Annwali tagħha ta' l-2000 [4]. Sabiex tiġi ndirizzata din il-problema, kien maħsub illi l-MIP jiġi mibdul b'taxxa ad valorem.

(8) Għalkemm taxxa ad valorem hija, b'mod ġenerali, ikkonsidrata bħala aktar xierqa sabiex tevita r-riskju ta' manipulazzjoni tal-prezz, instab illi fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' dan il-każ, ir-riskju ta' manipulazzjoni tal-prezz kien baxx ħafna minħabba li, fuq perjodu ta' żmien sostenut, il-prezzjijiet ta' l-importazzjonijiet b'mod ġenerali kienu fil-fatt 'l fuq mill-MIP. Għalhekk, esportaturi ma kienx ikollhom għalfejn jimmanipulaw il-prezzjijiet bil-mod stabbilit fil-parti 7 sabiex ikunu kompetittivi. Dan kien ikkonfermat ukoll minn partijiet interessati li, bl-eċċezzjoni ta' l-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Komunità, ikkonsidraw li l-forma tal-miżura ma għandhiex tinbidel.

(9) L-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Komunità qalet li taxxa speċifika kienet tkun aktar xierqa sabiex tevita r-riskju ta' manipulazzjoni tal-prezz. Qalet ukoll li taxxa ad valorem tkun aktar effettiva minn MIP. Madankollu, ġie stabbilit li fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ partikolari, ir-riskju ta' manipulazzjoni tal-prezz kien baxx ħafna. Minkejja dan, jekk is-sitwazzjoni tas-suq ta' l-urea tinbidel u tingħata evidenza lill-Kummissjoni li dan it-tibdil iżid ir-riskju ta' manipulazzjoni, tista' tittieħed azzjoni xierqa. Sadanittant, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari għall-prezzjinijiet ta' importazzjoni ta' urea li toriġina mir-Russja u inġibdet l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana fuq din il-kwestjoni.

(10) Ġie għalhekk konkluż li, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari u speċifiċi ħafna tal-każ preżenti, ma hemm l-ebda raġuni bħalissa sabiex tinbidel il-forma tal-miżura dwar l-importazzjonijiet ta' urea li toriġina mir-Russja u r-reviżjoni interim perzjali għandha tintemm mingħajr emenda għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 901/2001,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' urea li toriġina mir-Russja, mibdija bi qbil ma' l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, huwa b'dan il-mezz mitmum mingħajr emendi għat-taxxa anti-dumping fis-seħħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar it-22 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Matteoli

[1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 1).

[2] ĠU L 127, tad-9.5.2001, p. 11.

[3] ĠU C 140, tat-13.6.2002, p. 5.

[4] ĠU C 359, tal-15.12.2001, p. 1, partijiet 1.31 u 1.35.

--------------------------------------------------

Top