EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1144

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1144/2003 tas-27 ta' Ġunju 2003 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nri 1279/98, 1128/1999 u 1247/1999 rigward ċerti kwoti ta' tariffi għal ċerti annimali ta' l-ifrat ħajjin u prodotti taċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fir-Repubblika Slovakka, fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Repubblika tal-Polonja

OJ L 160, 28.6.2003, p. 44–47 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 02 Volume 013 P. 446 - 449
Special edition in Estonian: Chapter 02 Volume 013 P. 446 - 449
Special edition in Latvian: Chapter 02 Volume 013 P. 446 - 449
Special edition in Lithuanian: Chapter 02 Volume 013 P. 446 - 449
Special edition in Hungarian Chapter 02 Volume 013 P. 446 - 449
Special edition in Maltese: Chapter 02 Volume 013 P. 446 - 449
Special edition in Polish: Chapter 02 Volume 013 P. 446 - 449
Special edition in Slovak: Chapter 02 Volume 013 P. 446 - 449
Special edition in Slovene: Chapter 02 Volume 013 P. 446 - 449
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 016 P. 3 - 6
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 016 P. 3 - 6
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 021 P. 119 - 122

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1965

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1144/oj

32003R1144

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1144/2003 tas-27 ta' Ġunju 2003 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nri 1279/98, 1128/1999 u 1247/1999 rigward ċerti kwoti ta' tariffi għal ċerti annimali ta' l-ifrat ħajjin u prodotti taċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fir-Repubblika Slovakka, fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Repubblika tal-Polonja

Official Journal L 160 , 28/06/2003 P. 0044 - 0047
CS.ES Chapter 02 Volume 13 P. 446 - 449
ET.ES Chapter 02 Volume 13 P. 446 - 449
HU.ES Chapter 02 Volume 13 P. 446 - 449
LT.ES Chapter 02 Volume 13 P. 446 - 449
LV.ES Chapter 02 Volume 13 P. 446 - 449
MT.ES Chapter 02 Volume 13 P. 446 - 449
PL.ES Chapter 02 Volume 13 P. 446 - 449
SK.ES Chapter 02 Volume 13 P. 446 - 449
SL.ES Chapter 02 Volume 13 P. 446 - 449


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1144/2003

tas-27 ta' Ġunju 2003

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nri 1279/98, 1128/1999 u 1247/1999 rigward ċerti kwoti ta' tariffi għal ċerti annimali ta' l-ifrat ħajjin u prodotti taċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fir-Repubblika Slovakka, fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Repubblika tal-Polonja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/2003 tas-17 ta' Mejju 1999 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1) Il-Protokoll approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/299/KE ta' l-14 ta' April 2003 li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ fil-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċċjazzjoni bejn il-Komnunitajiet Ewropej u l-Istati Membru tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika Slovakka, minn naħa l-oħra, sabiex jittieħed akkont ta' l-eżitu tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki [3] jipprovdi għal konċessjonijiet ġodda fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti taċ-ċanga u l-vitella li jidħlu fil-kwoti ta' tariffa miftuħa minn dak il-Ftehim, applikabbli mill-1 ta' Mejju 2003.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/286/KE tat-8 ta' April 2003 li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ fil-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċċjazzjoni bejn il-Komnunitajiet Ewropej u l-Istati Membru tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, minn naħa l-oħra, sabiex jittieħed akkont ta' l-eżitu tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki [4] jipprovdi għal konċessjonijiet ġodda fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti taċ-ċanga u l-vitella li jidħlu fil-kwoti ta' tariffa miftuħa minn dak il-Ftehim, applikabbli mill-1 ta' Ġunju 2003.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1279/98 tad-19 ta' Ġunju 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffa għaċ-ċanga u l-vitella li hemm provvediment dwarhom fir-Regolamenti (KE) Nru 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000, u (KE) Nru 1408/2002 u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/18/KE u 2003/263/KE għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, l-Ungerija, ir-Rumanija, u l-Polonja [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 673/2003 [6], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1128/1999 tat-28 ta' Mejju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwota tat-tariffa għall għoġiela li jiżnu mhux iktar minn 80 kilogramma u li joriġinaw f'ċerti pajjiżi terzi [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 673/2003, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1247/1999 tas-16 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwota tat-tariffa għall-annimali tal-ifrat ħajjin li jiżnu bejn 80 sa 300 kilogramma u li joriġinaw f'ċerti pajjiżi terzi [8], kif emendat bir-Reġolament (KE) Nru 673/203, għandu għalhekk ikun emendat.

(4) Ir-Regolament tal-Kunsill 2003/298/KE tal-14 ta' April 2003 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi Assoċċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika Ċeka, minn naħa l-oħra, sabiex ikun meqjus l-eżitu tan-negozjati bejn il-partijiet dwar il-konċessjonijiet reċiproki ġodda fl-agrikoltura [9] u r-Regolament tal-Kunsill 2003/298/KE tat-18 ta' Marzu 2003 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi Assoċċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Ungerija, minn naħa l-oħra, sabiex ikun meqjus l-eżitu tan-negozjati bejn il-partijiet dwar il-konċessjonijiet reċiproki ġodda fl-agrikoltura [10] imħassra rispettivament bir-Kunsill Regulation (EC) No 2433/2000 of 17 Ottubru 2000 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-għamla ta' kwoti Komunitarji tat-tariffa għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, għal ċerti konċessjonijiet agrikoli pprovvduti bil-Ftehim Ewropew mar-Repubblika Ċeka [11] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/2002 tad-29 ta' Lulju 2002 li jistabbilixxi ċerti konċessjonjiet fil-għamla ta' kwoti Komunitarji tat-tariffa fuq ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, dwar ċerti konċessjoniet agrikoli pprovvduti bil-Ftehim Ewropew ma' l-Ungerija [12]. Ir-referenzi magħmula għal dawk ir-Regolamenti fir-Regolament (KE) Nru 1279/98 għandhom għalhekk ikunu mibdula.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1279/1998 jipprovdi għal appklikazzjoni f'kull kwart tas-sena għal-liċenzji ta' l-importazzjoni sabiex jassiguraw li l-kwantitajiet stabbiliti jkunu mportati f'ordni organizzata; waqt li l-istess jilħaq dik l-esperjenza oġġettiva li wriet il-ħtieġa li jkunu mħollija applikazzjonijiet kull sitt xhur, bil-perijodu tal-validità tal-liċenzji ta' l-importazzjoni jkunu estiżi kif xieraq. Ir-Regolament għandu jkun emendat kif xieraq b'effett mill-1 ta' Lulju 2003.

(6) Id-Deċiżjoni 2003/299/KE u d-Deċiżjoni 2003/286/KE jipprovdu għal konċessjonijiet ġodda sa mill-1 ta' Mejju 2003 u mill-1 ta' Ġunju 2003 rispettivament. Għalhekk, disposizzjonijiet għandhom isiru għall-applikabbilità retrospettiva ta' dawn il-konċessjonijiet.

(7) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1279/98 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. it-Titolu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1279/98 tad-19 ta' Ġunju 198 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffa għaċ-ċanga u l-vitella li hemm provvediment dwarhom fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/286/KE, 2003/298/KE, 2000/299/KE, 2003/18/KE, 2003/263/KE u 2003/285/KE għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, ir-Rumanija, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika ta' l-Ungerija."

2. l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ppreżentati għall-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness I t'hawnhekk permezz tal-kwoti li hemm provvediment dwarhom fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/286/KE [13], 2003/298/KE [14], 2000/299/KE [15], 2003/18/KE [16], 2003/263/KE [17] u 2003/285/KE [18] għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, ir-Rumanija, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika ta' l-Ungerija."

3. L-Artikolu 2 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 2

Il-kwantitajiet referuti fl-Artikolu 1 għal kull perijodu stabbilit fl-Anness I għandhom ikunu mqassma kif ġej:

- 50 % mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru,

- 50 % mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju.

Meta l-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta' l-importazzjoni ippreżentati fir-rigward ta' l-ewwel tranche speċifikata fl-ewwel subparagrafu jkunu anqas minn dawk disponibbli, il-kwantitajiet li jkun jifdal għandhom ikunu miżjuda ma dawk disponibbli għat-tieni tranche."

4. fl-Artikolu 3(1)(c), it-tieni subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

"Grupp ta' prodotti fil-qofol tat-tifsira tal-punt (c) għandu jfisser:

- jew li l-prodotti li jidħlu fil-kodiċi NM 0201 jew 0202 li joriġinaw f'wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I,

- jew il-prodotti li jidħlu fil-kodiċi 02061095, 02062991, 02102010, 02102090, li joriġinaw fir-Repubblika Slovakka u l-Ungerija u 02109951, 02109959 jew 02109990 li joriġinaw fl-Ungerija,

- jew il-prodotti li jidħlu fil-kodiċi NM 02061095, 02062991, 021020 jew 02109951 li joriġinaw fir-Rumanija,

- jew il-prodotti li jidħlu fil-kodiċi NM 16025010 li joriġinaw fil-Polonja,

- jew il-prodotti li jidħlu fil-kodiċi NM 160250 li joriġinaw ffir-Repubblika Slovakka u fir-Rumanija."

5. L-Artikolu 5(2) jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. L-liċenzi ta' l-importazzjoni maħruġa bis-saħħa ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu validi għal 180 jum mid-data attwali tal-ħruġ tagħhom fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċ-ċertifikat għall-iffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli [19], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 325/2003. B'dana kollu, l-ebda liċenzja m'għandha tkun valida wara t-30 ta' Ġunju li jiġi wara d-data tal-ħruġ."

6. L-Anness 1 huwa mmodifikat kif ġej:

- Għan-numru ta' l-ordni 09.4824, fil-kolonna

"Deskrizzjoni"

, l-aħħar inċiż, il-postilla (1) għandha tkun miżjuda b'dan it-test li ġej:

"Koeffiċjent għal konverżjoni f'laħam frisk = 2,14, basta li l-kontenuta tal-laħam ikun > 60 %."

- Għan-numru ta' l-ordni 09.4624, fil-kolonna "Rata tad-dazju applikabbli", "20 %" għandha tkun mibdula bi "B'xejn";

- Għan-numru ta' l-ordni 09.4651, fil-kolonna "Rata tad-dazju applikabbli", "20 %" għandha tkun mibdula bi "B'xejn".

- Il-kwoti li ġejjin huma ntrodotti fl-Anness I:

"Pajjiż ta' l-oriġini | Nru tas-serje | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Rata ta' dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantità annwali mill-1.7.2002 sat-30.6.2003 (tunnellati metriċi) | Kwantità annwali mill-1.7.2003 sat-30.6.2004 (tunnellati metriċi) | Żieda annwali mill-1.7.2004 (tunnellati metriċi) |

Slovakkja | 09.4644 | 0206109502062991021020 | Laħam ta' annimali bovini (fdalijiet) | B'xejn | 500 | 1000 | 0 |

09.4648 | 160250 | Laħam ieħor ppreparat jew ppriżervat, laħam minn fdalijiet jew demm, ta' annimali bovini | B'xejn | 100 | 200 | 0" |

Artikolu 2

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) No 1128/1999 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Għall-kwantità referuta fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali għandha tkun:

- imnaqqsa bi 80 % għall-annimali li joriġinaw fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja, fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja,

- imnaqqsa bi 90 % għall-annimali li joriġinaw fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fir-Rumanija,

- abolit għall-annimali li joriġinaw fil-Polonja."

Artikolu 3

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) No 1247/1999 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Għall-kwantità referuta fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali għandha tkun:

- imnaqqsa bi 80 % għall-annimali li joriġinaw fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja, fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja,

- imnaqqsa bi 90 % għall-annimali li joriġinaw fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fir-Rumanija,

- abolit għall-annimali li joriġinaw fil-Polonja."

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

l-Artikolu 1(3) u 1(5) għandu jibda japplika mill-1 ta' Lulju 2003.

l-Artikolu 1(4) għandu jibda japplika mill-1 ta' Mejju 2003.

L-Artikolu 1(6) għandu jkun applikabbli:

- mill-1 ta' April 2003 għan-numru ta' l-ordni 09.4824,

- mill-1 ta' Mejju 2003 għan-numru ta' l-ordni 09.4624, 09.4644 u 09.4648,

- mill-1 ta' Ġunju 2003 għan-numru ta' l-ordni 09.4651.

L-Artikoli 2 u 3 għandhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[2] ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1.

[3] ĠU L 107, tat-30.4.2003, p. 36.

[4] ĠU L 102, ta' l-24.4.2003, p. 60.

[5] ĠU L 176, ta' l-20.6.1998, p. 12.

[6] ĠU L 97, tal-15.4.2003, p. 18.

[7] ĠU L 135, tad-29.5.1999, p. 50.

[8] ĠU L 150, tas-17.6.1999, p. 18.

[9] ĠU L 107, tat-30.4.2003, p. 12.

[10] ĠU L 102, ta' l-24.4.2003, p. 32.

[11] ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 1.

[12] ĠU L 205, tat-2.8.2002, p. 9.

[13] ĠU L 102, ta' l-24.4.2003, p. 60.

[14] ĠU L 107, tat-30.4.2003, p. 12.

[15] ĠU L 107, tat-30.4.2003, p. 36.

[16] ĠU L 8, ta' l-14.1.2003, p. 18.

[17] ĠU L 97, tal-15.4.2003, p. 53.

[18] ĠU L 102, ta' l-24.4.2003, p. 32.

[19] ĠU L 152, ta' l-24.6.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

Top