Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1105

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1105/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1260/1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali

OJ L 158, 27.6.2003, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 14 Volume 001 P. 239 - 239
Special edition in Estonian: Chapter 14 Volume 001 P. 239 - 239
Special edition in Latvian: Chapter 14 Volume 001 P. 239 - 239
Special edition in Lithuanian: Chapter 14 Volume 001 P. 239 - 239
Special edition in Hungarian Chapter 14 Volume 001 P. 239 - 239
Special edition in Maltese: Chapter 14 Volume 001 P. 239 - 239
Special edition in Polish: Chapter 14 Volume 001 P. 239 - 239
Special edition in Slovak: Chapter 14 Volume 001 P. 239 - 239
Special edition in Slovene: Chapter 14 Volume 001 P. 239 - 239

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1083

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1105/oj

32003R1105



Official Journal L 158 , 27/06/2003 P. 0003 - 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1105/2003

tas-26 ta’ Mejju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1260/1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 161 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta (mressqa) mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1) Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 47(2) u 3 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 [4] rispettivament jipprovdu għal rikors għal proċedura tal-Kumitat ta’ Tip I u għal proċeduri ta’ Tip IIa IIb stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/373/KEE tat-13 ta’ Lulju 1987 li tippreskrivi proċeduri għall-eżerċizzju ta’ poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6] rrevokat u ssostitwixxiet id-Deċiżjoni 87/373/KEE.

(3) Skond id-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [7] dwar id-Deċiżjoni 1999/468/KE, id-dispożizzjonijiet konnessi mal-kumitati li jgħinu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni tagħha, li huma pprovduti skond id-Deċiżjoni 87/373/KEE, għandhom ikunu adattati biex jinġiebu jaqblu mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 3, 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(4) Il-miżuri meħtieġa għandhom jittieħdu biex ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jinġieb jaqbel mad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 għandu għalhekk ikun emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 47(2) u (3) r-Regolament (KE) Nru 1260/1999 għandu jkun issostitwit b’li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.

3a. Il-kumitati għandhom jadottaw ir-regoli ta’ proċedura tagħhom."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fis-26 ta’ Mejju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] ĠU C 75 E, tas-26.3.2003, p. 383.

[2] Kunsens mogħti fil- 11.3.2003 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 241, tas-7.10.2002, p. 128.

[4] ĠU L 161, 26.06.99, p. 1.

[5] ĠU L 197, 18.07.87, p. 33.

[6] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23.

[7] ĠU C 203, tas-17.7.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

Top