EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0622

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 622/2003 ta' l-4 ta' April 2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoniTest b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 89, 5.4.2003, p. 9–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 007 P. 252 - 253
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 007 P. 252 - 253
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 007 P. 252 - 253
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 007 P. 252 - 253
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 007 P. 252 - 253
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 007 P. 252 - 253
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 007 P. 252 - 253
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 007 P. 252 - 253
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 007 P. 252 - 253
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 011 P. 103 - 105
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 011 P. 103 - 105

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/08/2008; Imħassar b' 32008R0820

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/622/oj

32003R0622



Official Journal L 089 , 05/04/2003 P. 0009 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 622/2003

ta' l-4 ta' April 2003

li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi r-regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni hija meħtieġa li tadotta miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni għas-sigurtà fl-avjazzjoni fl-Unjoni Ewropea kollha. Regolament huwa l-iktar strument xieraq għal dan l-għan.

(2) Skond ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 u sabiex jipprevjienu l-atti illegali, il-miżuri stabbiliti fl-Anness ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu sigrieti u ma jiġux ippubblikati.

(3) Għal dan l-għan huwa meħtieġ li tiġi permessa distinzjoni bejn l-ajruporti fid-dawl ta' l-istima tar-riskju lokali. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa bl-ajruporti li huma kkunsidrati li jippreżentaw riskju iżgħar.

(4) Għandhom jiġu permessi wkoll miżuri ta' l-implimentazzjoni li jvarjaw skond it-tip ta' l-attività tat-titjir. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tiġi mgħarrfa meta jiġu applikati miżuri kumpensatorji sabiex jiżu żgurati l-livelli ekwivalenti tas-sigurtà.

(5) il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mira

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu implimentati u addattati teknikment l-istandards bażiċi komuni li jirrigwardaw is-sigurtà ta' l-avjazzjoni sabiex jiġu mdaħħla fil-programmi nazzjonali ta' l-avjazzjoni ċivili.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

- "Programm nazzjonali tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili" għandu jfisser ir-regolamenti, il-prattiċi u l-proċeduri adottati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002, sabiex jiżguraw is-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili fit-territorju tagħhom,

- "Awtorità xierqa" għandha tfisser l-awtorità nazzjonali nominata minn Stat Membru skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002 sabiex tkun responsabbli mill-kordinament u l-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili.

Artikolu 3

Kunfidenzjalità

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 huma ddikjarati fl-Anness.

Dawn il-miżuri għandhom ikunu sigrieti u ma għandhomx jiġu ppubblikati. Dawn għandhom jintgħamlu disponibbli biss lill-persuni awtorizzati kif mistħoqq minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Notifika

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-ajruporti kollha li fir-rigward tagħhom ħadu l-opportunità ta' l-għażla permessa jew taħt il-punt (a) jew il-punt (b) ta' l-Artikolu 4(30 tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002.

Artikolu 5

Miżuri kumpensatorji

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miktub dwar il-miżuri kumpensatorji li jkunu applikaw skond il-punt 4.2 ta' l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2320/2002.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta' April 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fl-4 ta' April 2003.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi-President

[1] ĠU L 355, tat-30.12.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

IL-MIŻURI DDETTALJATI GĦAS-SIGURTÀ FL-AVJAZZJONI

Skond l-Artikolu 3 l-Anness huwa sigriet u ma għandux jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

--------------------------------------------------

Top