EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0335

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 335/2003 tal-21 ta’ Frar 2003 jemenda Regolament (KE) Nru 2316/1999 sabiex iniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti uċuh tar-raba

OJ L 49, 22.2.2003, p. 3–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 038 P. 250 - 252
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 038 P. 250 - 252
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 038 P. 250 - 252
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 038 P. 250 - 252
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 038 P. 250 - 252
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 038 P. 250 - 252
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 038 P. 250 - 252
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 038 P. 250 - 252
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 038 P. 250 - 252

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/335/oj

32003R0335



Official Journal L 049 , 22/02/2003 P. 0003 - 0005


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 335/2003

tal-21 ta’ Frar 2003

jemenda Regolament (KE) Nru 2316/1999 sabiex iniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti uċuh tar-raba

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti uċuħ tar-raba [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1038/2001 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/1999 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament(KE) Nru 327/2002 [4] iniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 bir-rispett għall-kondizzjonijiet fejn żoni għall-ċerti uċuħ tar-raba jinagħtaw bil-pagamenti u jniżżel il-kondizzjonijiet għaż-żamma

(2) Taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1017/94 ta’ 26 t’April 1994 li jikkonċerna l-qalba minn art li taqa’ taħt ucuħ tar-raba għall-biedja tal-bhejjem f’ammonti kbar fil-Portugal [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2582/200 1 [6], daħlu applikazzjonijiet għall-qalba ta’ wesgħat ekwivalenti għal 29572 ettari. Għaldaqstant il-bażi taż-żona għandha tkun irranġata skond il-każ.

(3) Għat-tweġib ta’ l-applikazzjonijiet mill-Belġju, żoni b’bażijiet ġodda għandhom jiġu ffissati skond il-pjan reġjonalizzat ta’ l-Istat Membru konċernat.

(4) L-Istati Membri nnotifikaw ir-riżultati ta’ testijiet sabiex jiddeterminaw il-livelli ta’ tetrahydrocannabinol fil-varjetajiet ta’ qanneb miżrugħ fi 2002. Għandu jittieħed kont ta’ dawk ir-riżultati meta tkun qed tinkiteb il-lista tal-varjetajiet ta’ qanneb li fi snin tas-suq li ġejjin jikkwalifikaw għaż-żoni ta’ pagament u l-lista ta’ varjetajiet temporanjament aċċettati għal 2003/04, li jkunu jridu aktar eżamijiet matul dik is-sena tas-suq.

(5) Regolament (KE) Nru 2316/1999 għaldaqstant għandu jiġi emendat kif suppost.

(6) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 huwa emendat kif ġej:

1. fl-Anness VI, id-dettalji mogħtija taħt it-testaturi "Belġju" u "Portugal" huma mibdula bid-dettalji mogħtija fl-Anness I t’hawnhekk;

2. l-Anness XII hu mibdul b’L-Anness II t’hawnhekk.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara li jkun gie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda jgħodd mis-sena tas-suq 2003/2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 16.

[3] ĠU L 280, tat-30.10.1999, p. 43.

[4] ĠU L 51, tat-22.2.2002, p. 14.

[5] ĠU L 112, tat-3.5.1994, p. 2.

[6] ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 5.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"

L-ANNESS VI

(1 000 ha) |

Reġjun | Uċuħ tar-raba kollha | Ta' liema qamħirrum |

Il-BELĠJU

Total | 489,5 | |

li minnu: Flanders-Brussel | | 96,4 |

IL- PORTUGAL

Azores | 9,7 | |

Madeira

- Irrigated | 0,31 | 0,29 |

- Oħrajn | 0,30 | |

Massa ta' art

- Saqwi | 293,4 | 221,4 |

- Oħrajn | 658,3 | |

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"

L-ANNESS XII

(L-Artikolu 7a(1))

VARJETAJIET TA’ KITTIEN U QANNEB IMKABBAR GĦALL-FIBRA ELIĠIBBLI GĦALL-APPOĠĠ TAS-SISTEMA

1. Kittien imkabbar għall-fibrae

Adélie

Agatha

Angelin

Argos

Ariane

Aurore

Belinka

Caesar Augustus

Diane

Diva

Electra

Elise

Escalina

Evelin

Exel

Hermes

Ilona

Laura

Liflax

Liviola

Marina

Marylin

Nike

Opaline

Rosalin

Venus

Veralin

Viking

Viola

2a. Qanneb imkabbar għall-fibra

Carmagnola

Beniko

Chamaeleon

Cs

Delta-Ilosa

Dioica 88

Epsilon 68

Fedora 17

Felina 32

Felina 34 - Félina 34

Ferimon - Férimon

Fibranova

Fibrimon 24

Futura 75

Juso 14

Red Petiole

Santhica 23

Uso 31

2b. Qanneb awtorizzat imkabbar għall-fibra għas-sena tas-suq 2003/2004

Delta 405

Bialobrzeskie

Fasamo

Fedora 19

Fédrina 74

Fibrimon 56

Futura

Santhica 27”

"

--------------------------------------------------

Top