This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0210
Commission Regulation (EC) No 210/2003 of 3 February 2003 derogating from Regulation (EC) No 2316/1999 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1251/1999 with regard to set-aside as a result of the adverse weather conditions in some Community regions
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 210/2003 tat-3 ta’ Frar 2003 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 li jistipola regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 rigward it-twarrib bħala riżultat tal-kondizzjonijiet avversi tat-temp f’ċerti reġjuni tal-Komunità
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 210/2003 tat-3 ta’ Frar 2003 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 li jistipola regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 rigward it-twarrib bħala riżultat tal-kondizzjonijiet avversi tat-temp f’ċerti reġjuni tal-Komunità
ĠU L 28, 4.2.2003, p. 33–33
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004
Official Journal L 028 , 04/02/2003 P. 0033 - 0033
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 210/2003 tat-3 ta’ Frar 2003 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 li jistipola regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 rigward it-twarrib bħala riżultat tal-kondizzjonijiet avversi tat-temp f’ċerti reġjuni tal-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti wċuh tar-raba maħrut [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1038/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi: (1) Eliġibbiltà għall-għajnuna taż-żona skond l-iskema ġenerali msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 hi bla ħsara għal obbligazzjoni biex art tiġi mwarrba fil-ġenb. (2) Ir-regoli dettaljati ta’ l-applikazzjoni fissati mir-Regolament tal-Kummisjsoni (KE) Nru 2316/1999 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 327/2002 [4], jistipolaw li l-perjodu għat-twarrib għandu jibda mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar u li l-ebda produzzjoni agrikola ma tkun awtorizzata fuq l-art imwarrba. (3) B’riżultat ta’ kondizzjonijiet avversi tat-temp il-produtturi f’reġjuni varji ta’ xi Stati Membri ma jistgħux jaħsdu nottament patata, qamħirrun u z-zokkor tagħhom u pitravi tal-għalf qabel il-15 ta’ Jannar 2003, fuq artijiet li se jkunu mwarrba fis-snin 2003/2004 tal-marketing. Taħt iċ-ċirkostanzi, u bħala miżura eċċezzjonali, fejn il-bdiewa jitolbu hekk huma għandhom jiġu awtorizzati biex jaħsdu l-uċuh tar-raba tagħhom mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2003 mingħajr ma’ dan jolqot ir-rikonoxximent ta’ l-artijiet li qed jiġu mitħaddta bħala mwarrba għal kollox, iżda l-kondizzjonijiet applikabbli jridu jkunu mħarsa. (4) Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ ġestjoni għaċ-ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Meta produttur, ma’ l-applikazzjoni lill-awtorità lokali kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati, jista’ jipprova li: - l-ħsad ma setax iseħħ qabel il-15 ta’ Jannar 2003 minħabba kondizzjonijiet avversi tat-temp jew ħruġ imdewwem, - l-ħasda ġiet magħmulha mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2003, - il-kondizzjonijiet l-oħra kollha li japplikaw biex tiġi mwarrba l-art ġew imħarsa, l-artijiet li qed jiġu mitħaddta għandhom jiġu konsidrati, minkejja l-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 2316/1999, kif imwarrbin kompletament għas-snin 2003/04 ta’ marketing. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jgħodd mil-15 ta’ Jannar 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Frar 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1. [2] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 16. [3] ĠU L 280, tat-30.10.1999, p. 43. [4] ĠU L 51, tat-22.2.2002, p. 14. --------------------------------------------------