EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0058

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità

OJ L 11, 16.1.2003, p. 1–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 01 Volume 004 P. 235 - 242
Special edition in Estonian: Chapter 01 Volume 004 P. 235 - 242
Special edition in Latvian: Chapter 01 Volume 004 P. 235 - 242
Special edition in Lithuanian: Chapter 01 Volume 004 P. 235 - 242
Special edition in Hungarian Chapter 01 Volume 004 P. 235 - 242
Special edition in Maltese: Chapter 01 Volume 004 P. 235 - 242
Special edition in Polish: Chapter 01 Volume 004 P. 235 - 242
Special edition in Slovak: Chapter 01 Volume 004 P. 235 - 242
Special edition in Slovene: Chapter 01 Volume 004 P. 235 - 242
Special edition in Bulgarian: Chapter 01 Volume 008 P. 256 - 263
Special edition in Romanian: Chapter 01 Volume 008 P. 256 - 263
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 016 P. 83 - 90

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/58/oj

32003R0058



Official Journal L 011 , 16/01/2003 P. 0001 - 0008


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

tad-19 ta' Diċembru 2002

li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-Fehma tal-Qorti ta' l-Awdituri [3];

Billi:

(1) Qegħdin jinħolqu numru ta' programmi, f'medda wiesà t'oqsma li jimmiraw fuq varjeta ta' kategoriji u benefiċjarji, bħala parti mill-attivitajiet kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 3 tat-Trattat. il-Kummissjoni hija, bħala regola responsabbli sabiex taddotta miżuri biex timplimenta dawn il-programmi (programm tal-Komunità).

(2) L-implimentazzjoni tal-programmi konċernati tal-Komunità hija ffinanzjata, ta' lanqas in parti, mill-approprijazzjonijiet imdaħħla fil-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

(3) Taħt l-Artikolu 274 tat-Trattat, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-budget.

(4) Jekk il-Kummissjoni trid tkun responsabbli versu ċ-ċittadini, trid tiffoka primarjament fuq il-kompitu istituzzjonali tagħha. Għalhekk trid tkun kapaċi tiddelega ftit mil-kompiti tagħha li jirrelata dwar it-tmexxija tal-programmi tal-Komunità lil partijiet terzi. Meta tagħti b'kuntratt ‘l barra, ċerti kompiti, tistà aktar minn hekk, tkun mezz sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' ċerti programmi tal-Komunità b'aktar effiċjenza.

(5) Meta tagħti b'kuntratt ‘l barra, ċerti kompiti dwar it-tmexxija għandha xorta waħda tibqà fi ħdan il-limiti mfassla mis-sistema istituzzjonali kif imfassla fit-Trattat. Dan ifisser illi l-kompiti assenjati lill-istituzzjonijiet mit-Trattat li jinħtieġu poteri diskrezzjonali li jittraduċu l-għażliet politiċi f'azzjoni, jistgħu ma jiġux kuntrattati l barra.

(6) L-għoti ta' kuntratti ‘l barra, għandu, aktar minn hekk, ikun soġġett għall-analiżi ta' kemm jaqbel, u dan billi jiġu kkunsidrati numru ta' fatturi bħal l-identifikazzjoni ta' kompiti li jiġġustifikaw l-għoti ta' kuntratti ‘l barra, dan l-analiżi għandu jkopri, in-nefqa tal-kordinazzjoni u l-kontrolli, l-impatt fuq ir-riżorsi umani, l-effiċjenza u l-flessibilita fl-implimentazzjoni tal-kompiti li jingħataw b'kuntratti ‘l barra, simplifikazzjoni tal-proċeduri wżati, il-prossimita ta' l-attivitajiet li jingħataw b'kuntratti ‘l barra lill-benefiċjarji finali, il-viżibilita tal-Komunità bħala promutur tal-programm tal-Komunità konċernat, u l-bżonn li jinżamm livell adegwat ta' esperjenza prattika ġewwa l-Komunità.

(7) Waħda mill-forom ta' għoti b'kuntratti ‘l barra, tikkonsisti billi jintużaw għall-korpi tal-Komunità li għandhom personalita legali (aġenziji eżekuttivi).

(8) Sabiex tiġi assigurata l-uniformita' ta' l-aġenziji eżekuttivi f'termini istituzzjonali, għandu jiġi mfassal l-istatut tagħhom, partikolarment dwar ċerti aspetti essenzali ta' l-istruttura tagħhom, il-kompiti, l-operar, is-sistema tal-budget, l-impjegati, is-superviżjoni u r-responsabbilita.

(9) Il-Kummissjoni, bħala l-istituzzjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi varji tal-Komunità, hija l-aqwa waħda kkwalifikata sabiex tistma' jekk u sa fejn, huwa xieraq li jiġu fdati kompiti ta' tmexxija dwar program wieħed speċifiku jew aktar, lill-aġenzija eżekuttiva. Billi wieħed japplika lil aġenzija eżsekuttiva, ma jkunx qiegħed iserraħ lill-Kummissjoni mir-responsabbilitajiet tagħha taħt it-Trattat, partikolarment l-Artikolu 274 tiegħu. Għandha għalhekk tkun kapaċi tiċċirkoskrivi l-azzjoni ta' kull waħda mill-aġenziji eżekuttivi u żżomm kontroll reali fuq l-operar tagħha, u partikolarment il-korpi li jmexxuha.

(10) Dan ifisser illi l-Kummissjoni għandha jkollha l-poter li tiddeċiedi li toħloq u, fejn jixraq, tistralċja l-aġenzija eżekuttiva skond dan ir-Regolament. Ġaladarba d-deċiżjoni sabiex tiġi mwaqqfa aġenzija eżekuttiva hija miżura ta' skop ġenerali fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tfassal il-proċeduri dwar l-eżerċizzju ta' l-implimentazzjoni tal-poteri mogħtija lill-Kummissjoni [4], dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu addottati skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(11) Il-Kummissjoni trid tkun ukoll kapaċi taħtar kemm il-Membri tal-Kumitat tat-Tmexxija ta' kull waħda mill-aġenziji, u d-direttur tagħha, sabiex tassigura illi meta jiġu ddelagati l-kompiti li hija l-prerogattiva tagħhom għall-aġenzija eżekuttiva, il-Kummissjoni ma' tabbandunax il-kontroll tagħha.

(12) L-attivitajiet imwettqa mill-aġenzija eżekuttiva, jridu wkoll jikkonformaw bis-sħiħ ma' l-ipprogrammar li l-Kummissjoni tiddefinixxi għall-programmi tal-Komunità fit-tmexxija, li fiha tkun involuta l-aġenzija. Il-programm ta' kull sena dwar il-ħidma, irid ikun għalhekk soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni u jkun konformi mad-deċiżjonijiet dwar il-budget.

(13) Sabiex il-Kummissjoni tassigura illi l-għoti ta' kuntratti ‘l barra, jkun effettiv u li jiġi stabbillit il-benefiċċju sħiħ mill-ispeċjalizzazzjoni ta' l-aġenzija eżekuttiva, hija għandha titħalla tiddelega lilha, l-kompiti kollha jew ftit minnhom dwar l-implimentazzjoni, għall-programm wieħed tal-Komunità jew aktar, ħlief għal dawk li jinħtieġu poteri diskrezzjonali sabiex jittraduċu l-għażliet politiċi f'azzjoni. Il-kompiti li jistgħu jiġu ddelagati jinkludu it-tmexxija tal-fażijiet kollha jew ftit minnhom fil-ħajja ta' proġett partikolari, l-implimentazzjoni tal-budget, il-ġbir u l-ipproċessar ta' l-informazzjoni li trid tingħata lill-Kummissjoni u l-preparazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni.

(14) Peress li l-budget ta' l-aġenzija eżekuttiva huwa maħsub sabiex jiffinanzja biss l-ispejjeż rikorrenti, id-dħul tiegħu għandu jikkonsisti primarjament f'sussidju mdaħħal fil-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, li jrid jiġi determinat mill-awtorità dwar il-budget, u maħruġ mill-allokazzjoni finanzjarja għall-programm tal-Komunità fit-tmexxija li fiha tkun involuta l-aġenzija.

(15) Bil-għan ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 274 tat-Trattat, l-approprijazzjonijiet dwar l-operar tal-programmi tal-Komunità li fihom tkun involuta l-aġenzija eżekuttiva fit-tmexxija, għandhom ikomplu jiġu mdaħħla fil-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u għandhom jiġu mplimentati permezz ta' nfiq dirett fuq dak il-budget. L-operazzjonijiet finanzjarji dwar dawn l-approprijazzjonijiet iridu għalhekk jiġu esegwiti skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [5].

(16) L-aġenzija eżekuttiva għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-kompiti relatati mat-tmexxija ta' programmi li huma ffinanzjati minn sorsi oltre dawk tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Madankollu, dan m'għandhux lanqas iwassal, għal nefqiet amministrattivi, supplimentari, li għandhom ikunu koperti minn approprijazzjonijiet addizzjonali mdaħħla fil-budget ġenerali konċernat. F'dawn il-każijiet, dan ir-Regolament għandu japplika, soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fl-attijiet bażiċi dwar il-programmi konċernati tal-Komunità.

(17) L-Għan tat-trasparenza u ta' kif wieħed jista' jorbot, fit-tmexxija ta' l-aġenziji eżekuttivi jinħtieġ illi jsiru kontrolli nterni u esterni fl-operazzjoni tagħhom. Għal dan il-għan, l-aġenziji eżekuttivi għandhom isiru aktar responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom u l-Kummissjoni għandha teżerċita superviżjoni amministrattiva fuq l-aġenzija eżekuttiva, mingħajr ma teskludi l-possibilita ta' verifika mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(18) Il-pubbliku għandu jkollu aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-aġenziji eżekuttivi, fuq termini u fil-limiti simili għal dawk fl-Artikolu 255 tat-Trattat.

(19) Kull aġenzija eżekuttiva għandha tikkollabora b'mod intensiv u b'mod kontinwu, mad-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli mill-programmi tal-Komunità, li tkun involuta fihom fit-tmexxija. Sabiex kemm jistà jkun possibli jiġu ffaċilitati dawn il-kollaborazzjonijiet, kull aġenzija eżekuttiva għandha tkun tinsab fil-post fejn ikunu jinsabu l-Kummissjoni u d-dipartimenti tagħha skond il-Protokoll dwar il-lok tas-sedje ta' l-istituzzjonijiet u ta' ċerti korpi u dipartimenti tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Ewropol annessi mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbillixxu il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

(20) Għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, it-Trattat ma jipprovdix għall-poteri oltre dawk mogħtija permezz ta' l-Artikolu 308,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament ifassal l-istatut ta' l-aġenziji eżekuttivi, li lilhom il-Kummissjoni tista', taħt il-kontroll u r-responsabbilita tagħha, tafda ċerti kompiti dwar it-tmexxija tal-programmi tal-Komunità.

Artikolu 2

Tifsiriet

Bil-għan ta' dan ir-Regolament:

(a) "aġenzija eżekuttiva" tfisser entità legali stabbilita skond dan ir-Regolament;

(b) "programm tal-Komunità" tfisser kwalunkwe attivita, sett ta'attivitajiet jew inizzjativa oħra li l-istrument bażiku relevanti jew l-awtorizazzjoni tal-budget tkun tinħtieġ li l-Kummissjoni timplimenta għall-benefiċċju ta' kategorija waħda jew aktar minn benefiċjarji speċifiċi, billi jikkomettu n-nefqa.

Artikolu 3

L-istabbilizzar u l-istralċ ta' aġenziji eżekuttivi

1. Il-Kummissjoni tistà tiddeċiedi, wara analiżi minn qabel dwar kemm jaqbel, sabiex tiġi stabbilita aġenzija eżekuttiva bil-għan li lilha jiġu fdati ċerti kompiti dwar it-tmexxija ta' programm wieħed jew aktar tal-Komunità. Għandha tiddetermina l-ħajja ta' l-aġenzija eżekuttiva.

L-analiżi dwar kemm jaqbel għandu jikkunsidra numru ta' fatturi bħall-identifikazzjoni tal-kompiti li jiġġustifikaw l-għoti ta' kuntratti ‘l barra, analiżi dwar kemm jaqbel, li jinkludi n-nefqa tal-kordinazzjoni u l-kontrolli, l-impatt fuq ir-riżorsi umani, tifdil possibbli fi ħdan il-qafas ġenerali tal-budget ta' l-Unjoni Ewropea, l-effiċjenza u l-flessibilita fl-implimentazzjoni tal-kompiti li jingħataw b'kuntratt ‘l barra, is-simplifikar tal-proċeduri wżati, il-prossimita ta' l-attivitajiet li jingħataw b'kuntratt ‘l barra mal-benefiċjarji finali, il-viżibilita tal-Komunità bħala promutur tal-programm tal-Komunità konċernat u l-bżonn li jinżamm livell adegwat tal-esperjenzi prattiċi fil-Kummissjoni.

2. Ma' l-jum maħsub li tiġi stabbilita l-aġenzija eżekuttiva, il-Kummissjoni tista' testendi t-terminu tal-ħajja tagħha għall-perjodu li ma jaqbiżx dak li jkun ipprovdut oriġinarjament għalih. Din l-estensjoni tista' tiġi mġedda. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li ma tinħtieġx aktar is-servizzi ta' l-aġenzija eżekuttiva li tkun stabbiliet, jew inkella l-eżistenza tagħha ma tibqax konformi mal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja b'saħħitha, għandha tiddeċiedi li tistralċjaha. F'dik l-eventwalita għandha taħtar żewġ stralċjarji. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kondizzjonijiet għax-xoljiment ta' l-aġenzija eżekuttiva. Ir-riżultat net wara x-xoljiment għandu jittieħed fil-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjoni sabiex tiġi mtawla l-ħajja tagħha, tiġi mġedda din l-estensjoni jew tiġi stralċjata l-aġenzija għandha tittieħed a bażi ta' l-analiżi dwar x'jaqbel, li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni għandha taddotta d-deċiżjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafi 1 u 2 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2). Għandhom jiġu emendati bl-istess proċedura. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni kollha neċessarja f'dan il-kuntest, lill-Kumitat li għalih saret referenza fl-Artikolu 24(1), partikolarment l-analiżi dwar x'ikun jaqbel li għalih saret referenza fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u r-rapporti dwar l-evalwazzjoni li għalihom saret referenza fl-Artikolu 25.

4. Meta l-Kummissjoni taddotta l-programm tal-Komunità, għandha tinforma l-awtorita' tal-budget, dwar jekk għandhiex l-intenzjoni li twaqqaf aġenzija eżekuttiva sabiex timplimenta l-programm.

5. L-aġenziji eżekuttivi stabbiliti taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jridu jkunu konformi ma' dan ir-regolament.

Artikolu 4

Status Legali

1. L-aġenzija eżekuttiva hija korp tal-Komunità li għandu rwol fis-servizz pubbliku.

2. L-aġenzija eżekuttiva għandha jkollha personalita legali. F'kull wieħed mill-Istati Membri, għandha tgawdi l-aktar kapaċita legali estensiva, mogħtija lill-persuni legali taħt il-liġi nazzjonali. Tista', b'mod partikolari takkwista jew tiddisponi minn propjeta' mobbli jew immobbli u tkun parti fi proċeduri legali. Għal dan il-għan, għandha tkun rappreżentata mid-Direttur.

Artikolu 5

Post

1. L-aġenzija eżekuttiva għandha titqiegħed f'post fejn ikunu jinsabu l-Kummissjoni u d-dipartimenti tagħha, skond il-Protokoll dwar fejn jinsabu is-sedje ta' l-istituzzjonijiet u ta' ċerti korpi u dipartimenti tal-Komunitajiet Ewropej u ta' l-Ewropol.

2. Għandha torganizza d-dipartimenti tagħha skond il-bżonnijiet tat-tmexxija tal-programmi tal-Komunità li għalihom tkun responsabbli u skond il-kriterji tat-tmexxija finanzjarja b'saħħitha.

Artikolu 6

Kompiti

1. Sabiex jintlaħaq l-għan imfassal fl-Artikolu 3(1), il-Kummissjoni tista' tafda lill-aġenzija eżekuttiva bi kwalunkwe kompitu meħtieġ sabiex jiġi implimentat il-programm tal-Komunità, bl-eċċezzjoni tal-kompiti li jinħtieġu poteri diskrezzjonali sabiex jittraduċu l-għażliet politiċi, f'azzjoni.

2. L-aġenziji eżekuttivi jistgħu b'mod partikolari jiġu fdati bis-segwenti kompiti:

(a) it-tmexxija ta' ftit mill-fażijiet, jew il-fażijiet kollha fil-ħajja ta' proġett, għar-rigward proġetti speċifiċi individwali, fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tal-programm tal-Komunità u sabiex timplimenta l-kontroll għal dak il-għan, billi taddotta d-deċiżjonijiet billi tuża l-poteri ddelegati lilha mill-Kummissjoni;

(b) l-addozzjoni ta' l-istrumenti ta' l-implimentazzjoni tal-budget għad-dħul u n-nefqa, u t-twettiq ta' l-attivitajiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm tal-Komunità abbażi tal-poter iddelegat mill-Kummissjoni, u partikolarment l-attivitajiet konnessi ma' l-għoti tal-kuntratti u l-għotjiet;

(ċ) il-ġbir, l-analizzar, u t-trasmissjoni lill-Kummissjoni ta' l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiggwida l-implimentazzjoni tal-programm tal-Komunità.

3. It-termini, l-kriterji, il-parametri u l-proċeduri li magħhom trid tikkonforma l-aġenzija eżekuttiva, meta twettaq il-kompiti li għalihom saret referenza fil-paragrafu 2, u d-dettalji tal-kontrolli li jridu jiġu mwettqa mid-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli għall-programmi tal-Komunità fit-tmexxija li fiha hija nvoluta l-aġenzija, għandhom ikunu mfissra mill-Kummissjoni fl-istrument tad-delegazzjoni.

Artikolu 7

Struttura

1. L-aġenzija eżekuttiva għandha tkun immexxija minn Kumitat ta' Tmexxija u minn direttur.

2. Id-direttur ta' l-aġenzija eżekuttiva għandu jkollu awtorita fuq l-istaff tiegħu.

Artikolu 8

Kumitat tat-Tmexxija

1. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jkun kompost minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni.

2. It-terminu tal-kariga tal-membri tal-Kumitat tat-Tmexxija, għandu jkun ta' sentejn fil-prinċipju u għandu jikkunsidra it-tul taż-żmien iffissat għall-implimentazzjoni tal-programm tal-Komunità, li t-tmexxija tiegħu tkun ġiet fdata lill-aġenzija eżekuttiva. Il-ħatra tistà terġà tiġi mġedda. Malli jagħlqilhom it-terminu tal-kariga, jew f'każ li jirriżenjaw, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatra tagħhom tiġi mġedda, jew jiġu mibdula.

3. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jagħżel president u viċi president minn fost il-membri tiegħu.

4. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jitlaqqà meta jiġi msejjaħ mill-president, ta' lanqas erba' darbiet f'sena. Jista' wkoll jiġi msejjaħ fuq talba tal-membri tiegħu, minn ta' lanqas maġġoranza sempliċi, jew fuq talba tad-direttur.

5. Kwalunkwe membru tal-Kumitat tat-Tmexxija, li ma jkunx jista' jattendi l-laqgħa, jistà jkun rappreżentat minn ieħor li jkun ġie awtorizzat b'mod speċjali għal-laqgħa konċernata. Kull wieħed mill-membri jistà jirrappreżenta biss, membru wieħed. F'każ li l-president ma jkunx jistà jattendi, il-Kumitat tat-tmexxija għandu jkun presedut mill-viċi president.

6. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat tat-Tmexxija għandhom ikunu addotati minn maġġoranza sempliċi ta' voti. F'każ li l-voti jkunu ndaqs, il-president ikollu l-vot deċiżiv.

Artikolu 9

Il-kompiti tal-Kumitat tat-Tmexxija.

1. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jaddotta ir-regoli tiegħu ta' proċedura.

2. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jaddotta, mhux aktar tard mill-bidu ta' kull sena, il-programm annwali tax-xogħol, li jkun jikkomprendi l-għanijiet dettaljati u l-indikaturi tat-twettiq, u dan abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-direttur, u wara approvazzjoni mill-Kummissjoni. Il-programm tax-xogħol għandu jkun konformi ma' l-ipprogrammar imfisser mill-Kummissjoni skond l-istrumenti li jistabbillixxu il-programmi tal-Komunità fit-tmexxija li fiha tkun involuta l-aġenzija eżekuttiva. Il-programm annwali tax-xogħol jistà jiġi emendat matul is-sena wara l-istess proċedura, partikolarment sabiex jiġu kkunsidrati d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-programmi konċernati tal-Komunità. Il-proġetti nklużi fil-programm tax-xogħol annwali, għandhom ikunu akkumpanjati minn stima dwar in-nefqa meħtieġa.

3. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jaddotta il-budget amministrattiv ta' l-aġenzija eżekuttiva bil-proċedura stabbillita fl-Artikolu 13.

4. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jakkwista l-ftehim tal-Kummissjoni qabel jiddeċiedi sabiex jaċċetta kwalunkwe rigal, legati jew għotjiet minn sorsi oltre l-Komunità.

5. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi dwar l-organizazzjoni tad-dipartimenti ta' l-aġenzija eżekuttiva.

6. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jaddotta kwalunkwe regoli speċjali meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dritt t' aċċess għad-dokumenti ta' l-aġenzija eżekuttiva skond l-Artikolu 23(1).

7. Mhux aktar tard mill-31 Marzu ta' kull sena, il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jaddotta u jippreżenta lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-attivita, flimkien ma' l-informazzjoni finanzjarja u dwar it-tmexxija. Dan ir-rapport għandu jsir skond l-Artikolu 60(7) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Ir-rapport għandu jkopri kemm l-implimentazzjoni ta' l-approprijazzjonijiet dwar l-operar li jikkorispondu mal-programm tal-Komunità mmexxi mill-aġenzija eżekuttiva, u l-implimentazzjoni tal-budget amministrattiv tagħha.

Il-Kummissjoni għandha sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju ta' kull sena, tibgħat lill-awtorita dwar il-budget, sommarju tar-rapporti annwali ta' l-aġenziji eżekuttivi tas-sena ta' qabel, li jrid jiġi anness ma' dak li għalih saret referenza fl-Artikolu 60(7) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

8. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jaddotta u japplika l-miżuri sabiex jissieltu kontra l-frodi u l-irregolaritajiet.

9. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jwettaq il-kompiti l-oħra li jkunu ġew fdati lilu permezz ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Id-direttur

1. Id-direttur ta' l-aġenzija eżekuttiva għandu jiġi maħtur mill-Kummissjoni, li għal dak il-għan, għandha taħtar uffiċċjal skond it-tifsir tar-Regolamenti dwar l-Istaff t'uffiċċjali u tal-kondizzjonijiet ta' l-impjieg ta' persuni oħra li jservu fil-Komunitajiet Ewropej, kif imfassla mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [6], minn hawn "l quddiem imsejħa" Regolamenti ta' l-Istaff.

2. Id-direttur għandu jiġi maħtur għal terminu ta' erbà snin fil-prinċipju, u għandu jikkunsidra it-tul taż-żmien stabbillit għall-implimentazzjoni tal-programm tal-Komunità, li t-tmexxija tiegħu tkun ġiet fdata lill-aġenzija eżekuttiva. Din il-ħatra tista' tiġi mġedda. Wara li tkun irċeviet l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija, il-Kummissjoni tista' tneħħi d-direttur qabel ma jagħlaq iż-żmien tal-kariga.

Artikolu 11

Il-kompiti tad-Direttur

1. Id-Direttur għandu jirrappreżenta lill-aġenzija eżekuttiva, u għandu jkun responsabbli għat-tmexxija tagħha.

2. Id-direttur għandu jipprepara x-xogħol tal-Kumitat tat-Tmexxija, b'mod partikolari l-abbozz tal-programm annwali tax-xogħol ta' l-aġenzija eżekuttiva. Id-direttur għandu jipparteċipa, mingħajr vot, fix-xogħol tal-Kumitat tat-Tmexxija.

3. Id-direttur għandu jassigura li l-programm annwali tax-xogħol ta' l-aġenzija eżekuttiva, jiġi mplimentat. B'mod partikolari, d-direttur għandu jkun responsabbli għall-twettiq tal-kompiti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 6 u għandu jieħu d-deċiżjonijiet relevanti għal dan il-għan. Id-direttur għandu jaġixxi bħala l-uffiċċjal awtorizzat mill-aġenzija eżekuttiva permezz ta' delega, dwar l-implimentazzjoni ta' l-approprijazzjonijiet operazzjonali, dwar il-programmi tal-Komunità fit-tmexxija li fiha tkun involuta l-aġenzija eżekuttiva, fejn il-Kummissjoni tkun iddelegat poteri lill-aġenzija sabiex twettaq il-kompiti t'implimentazzjoni

4. Id-direttur għandu jfassal stima proviżorja dwar id-dħul u n-nefqa u, bħala l-uffiċċjal awtorizzat, għandu jimplimenta il-budget amministrattiv ta' l-aġenzija eżekuttiva, skond ir-Regolament Finanzjarju li għalih saret referenza fl-Artikolu 15.

5. Id-direttur għandu jkun responsabbli għall-preparazzjoni u l-pubblikazzjoni tar-rapporti li l-aġenzija eżekuttiva trid tippreżenta lill-Kummissjoni. Dawn huma r-rapporti annwali dwar l-attivitajiet ta' l-aġenzija eżekuttiva li għalihom saret referenza fl-Artikolu 9(7) u r-rapporti l-oħra kollha, ta' natura ġenerika jew speċifika, li l-Kummissjoni titlob lill-aġenzija eżekuttiva sabiex tipproduċihom.

6. Id-direttur għandu jkollu l-poteri, taħt l-arranġamenti applikabbli lill-persuni oħra li jkunu qegħdin iservu fil-Komunitajiet Ewropej, sabiex jikkonkludu kuntratti ta' mpjiegi għar-rigward l-istaff ta' l-aġenzija eżekuttiva. Id-direttur għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe materja oħra dwar it-tmexxija tal-personnel fi ħdan l-aġenzija eżekuttiva.

7. Skond ir-Regolament finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, id-direttur għandu jwaqqaf sistemi ta' tmexxija u ta' kontroll intern, addattat għall-kompiti li jkunu ġew fdati lill-aġenzija eżekuttiva sabiex tassigura li l-operazzjonijiet skond il-liġi, jikkonformaw mar-regoli, u huma effettivi.

Artikolu 12

Il-budget operattiv

1. Għandhom jiġu ppreparati il-previżjonijiet kollha dwar id-dħul u l-infiq ta' l-aġenzija eżekuttiva, għal kull sena finanzjarja, li għandha tkun l-istess bħas-sena kalendarja, u għandha tiġi murija fil-budget operattiv tagħha. Il-previżjonijiet, li għandhom jinkludu pjan ta' stabbiliment ta' l-aġenzija eżekuttiva, għandhom jintbagħtu lill-awtorita dwar il-budget, bid-dokumenti dwar l-abbozz preliminari tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea Il-pjan ta' stabbiliment, li jikkonsisti biss f'impjiegi temporanji u filwaqt li jispeċifika in-numru, il-grad u l-kategorija ta' l-istaff impjegat ma' l-aġenzija eżekuttiva matul is-sena finanzjarja konċernata, għandu jiġ approvat mill-awtorita dwar il-budget u ppubblikat f'anness għat-Taqsima III – Kummissjoni – tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

2. Id-dħul u l-infiq tal-budget operattiv ta' l-aġenzija eżekuttiva għandu jkun ibbilanċjat.

3. Id-dħul ta' l-aġenzija eżekuttiva għandu jinkludi sussidju mdaħħla fil-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għal dħul ieħor li jrid jiġi determinat minn awtorita dwar il-budget, magħmula mill-allokazzjoni finanzjarja għall-programmi tal-Komunità li fit-tmexxija tagħhom tkun involuta l-aġenzija.

Artikolu 13

Il-preparazzjoni tal-budget operattiv

1. Kull sena, d-direttur għandu jfassal abbozz ta' budget operattiv għall-aġenzija eżekuttiva li jkopri l-infiq rikorrenti għas-sena finanzjarja ta' wara, u għandu jissotomettih lill-Kumitat tat-Tmexxija.

2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jaddotta l-abbozz tal-budget operattiv, inkluż il-pjan ta' stabbiliment, għas-sena finanzjarja ta' wara, u għandu jissottomettih lill-Kummissjoni.

3. Abbażi ta' dan l-abbozz, u fid-dawl ta' l-ipprogrammar tal-Kummissjoni għall-programmi tal-Komunità fit-tmexxija li fiha hija nvoluta l-aġenzija eżekuttiva, il-Kummissjoni għandha tipproponi, bħala parti mill-proċedura tal-budget annwali, is-sussidju annwali għall-budget operattiv ta' l-aġenzija eżekuttiva.

4. Fil-bidu ta' kull sena finanzjarja, il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jaddotta il-budget operattiv ta' l-aġenzija eżekuttiva, abbażi tas-sussidju annwali, li jkun hekk determinat mill-awtorita dwar il-budget, fl-istess ħin li tkun qed taddotta l-programm annwali tax-xogħol, taġġusta l-budget skond il-kontribuzzjonijiet differenti mogħtija lill-aġenzija eżekuttiva u kwalunkwe fondi minn sorsi oħra.

5. Il-budget operattiv ta' l-aġenzija jistà ma jkunx addottat definittivament sakemm ikun addottat b'mod finali, il-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

6. Meta l-Kummissjoni tikkontempla t-twaqqif ta' aġenzija eżekuttiva, għandha tinforma l-awtorita dwar il-budget skond il-proċedura tal-budget u tirrispetta l-prinċipju tat-trasparenza:

(a) tar-riżorsi skond it-termini ta' l-approprijazzjoni u x-xogħlijiet meħtieġa sabiex titmexxa l-aġenzija eżekuttiva;

(b) tat-trasferiment temporanju ippjanat ta' l-uffiċċjali mill-Kummissjoni lill-aġenzija eżekuttiva;

(ċ) tar-riżorsi amministrattivi meħlusa permezz tat-trasferiment ta' kompiti mid-dipartimenti tal-Kummissjoni għall-aġenzija eżekuttiva, u l-allokazzjoni mill-ġdid ta' dawk ir-riżorsi amministrattivi meħlusa.

7. Skond ir-Regolament Finanzjarju li għalih saret referenza fl-Artikolu 15, l-emendi kollha għall-budget operattiv, inkluż il-pjan ta' stabbiliment, għandhom jiġu sottomessi f'budget li jemenda, addottat skond il-proċedura mfassla taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 14

L-implimentazzjoni tal-budget operattiv u l-iskarigu.

1. Id-direttur għandu jimplimenta l-budget operattiv ta' l-aġenzija eżekuttiva.

2. Il-kontijiet ta' l-aġenzija eżekuttiva għandhom ikunu konsolidati ma' dawk tal-Kummissjoni skond il-proċedura mfassla fl-Artikoli 127 u 128 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u skond is-segwenti:

(a) kull sena, id-direttur għandu jissottometti l-kontijiet proviżorji dettaljati tad-dħul u n-nefqa kollha għas-sena ta' qabel lill-Kumitat tat-Tmexxija, li għandu jgħaddihom lill-uffiċċjal tal-kontabilità u lill-Qorti ta' l-Awdituri, sa l-1 ta' Marzu, l-aktar tard;

(b) il-kontijiet finali għandhom jintbagħtu lill-uffiċċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri sa l-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, l-aktar tard.

3. Il-Parlament Ewropew, waqt li jaġixxi fuq rakomandazzjoni mill-Kunsill, għandu jagħti skarigu lill-aġenzija eżekuttiva għall-implimentazzjoni tal-budget tagħha mhux aktar tard mid-29 t'April tas-sena n + 2 wara l-eżami tar-rapport mill-Qorti ta' l-Awdituri.

Dan l-iskarigu għandu jingħata flimkien ma' dak li jitratta l-implimentazzjoni tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget operattiv.

Ir-regolament finanzjarju standard, applikabbli għall-budget operattiv ta' l-aġenzija eżekuttiva, għandu jiġi addottat mill-Kummissjoni. Dak ir-regolament standard, jista' biss, jiddipartixxi mir-Regolament finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, jekk il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi ta' l-aġenziji eżekuttivi, ikunu jinħtieġu hekk.

Artikolu 16

Ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-approprijazzjonijiet operattivi.

1. Fejn il-Kummissjoni tkun iddelegat kompiti lill-aġenzija eżekuttiva, dwar l-implimentazzjoni ta' l-approprijazzjonijiet operattivi għall-programmi tal-Komunità skond l-Artikolu 6(2)(b), dawn l-approprijazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fil-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u għandhom jiġu mplimentati permezz ta' skarigu dirett għal dak il-budget, taħt ir-responsabbilita tal-Kummissjoni.

2. Id-direttur għandu jaġġixxi bħala l-uffiċċjal awtorizzat mill-aġenzija eżekuttiva permezz ta' delega għar-rigward l-implimentazzjoni ta' dawn l-approprijazzjonijiet operattivi u għandu jikkonforma għal dan il-għan, ma' l-obbligazzjonijiet imfassla fir-Regolament finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

3. L-iskarigu dwar l-implimentazzjoni ta' l-approprijazzjonijiet operattivi, għandhom jingħataw fi ħdan il-qafas ta' l-iskarigu mogħti għar-rigward il-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, skond l-Artikolu 276, li tiegħu huwa parti ntegrali.

Artikolu 17

Il-programmi ffinanzjati minn sorsi oltre l-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea

L-artikoli 13 u 16 għandhom japplikaw bla ħsara għad-dispożizzjonijiet imfassla fl-istrumenti bażiċi dwar il-programmi ffinanzjati minn sorsi oltre dawk tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Staff

1. L-istaff ta' l-aġenzija eżekuttiva għandu jikkonsisti minn uffiċċjali tal-Komunità impjegati temporanjament, bħala membri temporanji ta' l-istaff mill-istituzzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' responsabbilita' fl-aġenzija eżekuttiva, kif ukoll minn membri oħra ta' l-istaff, temporanji, reklutati direttament mill-aġenzija eżekuttiva, kif ukoll minn persuni oħra li jkunu qegħdin iservu, reklutati mill-aġenzija eżekuttiva fuq kuntratti li jistgħu jiġu mġedda. In-natura tal-kuntratt, li jistà jkun regolat jew mid-dritt privat, jew mid-dritt pubbliku, iż-żmien tiegħu, u l-estent ta' l-obbligazzjonijiet tal-persuni li jkunu qegħdin iservu vis-à-vis l-aġenzija, u l-kriterji xierqa t'eliġibilità għandhom jiġu determinati abbażi tan-natura speċifika tal-kompiti li jridu jiġu mwettqa, u għandhom jikkonformaw ma' r-Regolamenti ta' l-Istaff kif ukoll ma' dawk tal-leġislazzjoni nazzjonali kurrenti.

2. Bla ħsara għall-attivitajiet permanenti u mingħajr kas tat-tip ta' impjieg temporanju ta' l-uffiċċjal, l-istituzzjoni t'oriġini:

(a) m'għandhiex, għat-terminu ta' l-impjieg temporanju, timla l-postijiet ivvakati minn dak l-impjieg temporanju;

(b) għandha tikkunsidra it-tnaqqis standard ta' l-ispejjeż ta' l-uffiċċjali trasferiti lill-aġenziji eżekuttivi.

Xorta waħda, in-numru totali tal-postijiet konċernati mill-paragrafu1 u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 m'għandux jaqbeż in-numru ta' postijiet meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti mgħotija lill-aġenzija eżekuttiva mill-Kummissjoni.

3. Il-Kumitat tat-Tmexxija, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jaddotta r-regoli t'implimentazzjoni meħtieġa għat-tmexxija tal-personnel, fi ħdan l-aġenzija eżekuttiva, jekk jinħtieġ.

Artikolu 19

Privileġġi u mmunitajiet

Il-Protokoll tat-8 t'April 1965 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu jgħodd kemm għall-aġenzija eżekuttiva kif ukoll għall-istaff tagħha, safejn hija s-suġġett tar-Regolament dwar l-Istaff.

Artikolu 20

Superviżjoni

1. L-implimentazzjoni tal-programmi tal-Komunità li tkun ġiet fdata lill-aġenziji eżekuttivi għandha tkun sorveljata mill-Kummissjoni. Din is-superviżjoni għandha ssegwi l-proċeduri li trid taddotta skond l-Artikolu 6(3).

2. Il-funzjoni ta' l-awditur intern, għandha tiġi mwettqa fl-aġenzija eżekuttiva mill-awditur intern tal-Kummissjoni.

3. Il-Kummissjoni u l-aġenzija eżekuttiva għandha timplimenta r-rakomandazzjonijiet ta' l-awdituri nterni, kull wieħed minnhom skond il-poteri rispettivi tiegħu.

4. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 t'April 1999 [7] għandu jgwadi l-istess poteri għar-rigward l-aġenziji eżekuttivi u l-istaff tagħhom, kif fil-fatt igawdi għar-rigward id-dipartimenti tal-Kummissjoni. Malli tiġi stabbilita l-aġenzija eżekuttiva, għandha tissottoskrivi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) [8]. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jifformalizza din l-aċċettazzjoni u jaddotta id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu ffaċilitati l-inkjesti nterni magħmula mill-OLAF.

5. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandu jeżamina l-kontijiet ta' l-aġenzija eżekuttiva skond l-Artikolu 248 tat-Trattat.

6. L-atti kollha ta' l-aġenzija eżekuttiva, u b'mod partikolari d-deċiżjonijiet kollha addottati u l-kuntratti konklużi minnha, għandhom jipprovdu espliċitament illi l-awditur intern tal-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti ta' l-Awdituri jistgħu jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post, tad-dokumenti tal-kuntratturi u subkuntratturi kollha li jkunu rċevew il-fondi tal-Komunità, inklużi fil-bini tal-benefiċjarji finali.

Artikolu 21

Ir-responsabbilita

1. Ir-responsabbilita kuntrattwali ta' l-aġenzija eżekuttiva għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt in kwistjoni.

2. Fil-każ li ma jkunx hemm responsabbilita kuntrattwali, l-aġenzija eżekuttiva għandha tagħmel tajjeb għal kwalunkwe danni kkaġunati mill-aġenzija jew il-persuni li jkunu qegħdin iservu magħha, fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni fuq tilwim dwar il-kumpens għall-kwalunkwe danni bħal dan.

3. Ir-responsabbilita personali ta' l-istaff lejn l-aġenzija eżekuttiva għandha tkun regolata mir-regoli applikabbli għalihom.

Artikolu 22

Legalità ta' l-atti

1. Kwalunkwe att ta' l-aġenzija eżekuttiva li jikkawża ħsara lil terza parti jistà jiġi riferit lill-Kummissjoni minn kwalunkwe persuna, direttament jew individwalment konċernat, jew minn Stat Membru għall-istħarriġ dwar il-legalità tiegħu.

Il-proċeduri amministrattivi għandhom jiġu riferiti lill-Kummissjoni fi żmien xahar mill-jum li fih il-parti nteressata jew l-Istat Membru konċernat, ikun sar jaf bl-att ikkontestat.

Wara li tismà l-argumenti magħmula mill-parti nteressata jew mill-Istat Membru konċernat u dawk ta' l-aġenzija eżekuttiva, il-Kummissjoni għandha tagħti d-deċiżjoni dwar il-proċeduri amministrattivi fi żmien xahrejn mill-jum li fih ikunu nbdew il-proċeduri. Bla ħsara għall-obbligazzjoni tal-Kummissjoni li twieġeb bil-miktub u tgħati r-raġunijiet dwar id-deċiżjoni, in-nuqqas tal-Kummissjoni li twieġeb f'dak it-terminu għandu jitqies bħala rifjut impliċitu tal-proċeduri.

2. Fuq inizzjattiva tagħha stess il-Kummissjoni tistà tistħarreġ kwalunkwe att ta' l-aġenzija eżekuttiva. Għandha tiddeċiedi fi żmien xahrejn mill-jum li fih dak l-istħarriġ, wara li tkun semgħet l-argumenti ta' l-aġenzija.

3. Fejn l-att ikun ġie riferut lill-Kummissjoni skond il-paragrafi 1 jew 2, il-Kummissjoni tistà tissospendi l-implimentazzjoni ta' l-att in kwistjoni jew tippreskrivi miżuri temporanji. Fid-deċiżjoni finali tagħha l-Kummissjoni tistà tikkonferma l-att ta' l-aġenzija eżekuttiva jew tiddeċiedi li l-aġenzija trid timmodifikah kollu jew parti minnu.

4. L-aġenziji eżekuttivi għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji fi żmien raġonevoli sabiex jikkonformaw mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

5. Azzjoni sabiex tiġi annullata deċiżjoni espliċita jew impliċita tal-Kummissjoni sabiex tiċħad l-appell amministrattiv tistà tinġieb quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skond l-Artikolu 230 tat-Trattat.

Artikolu 23

Aċċess għad-dokumenti u l-kunfidenzalita

1. L-aġenziji eżekuttivi għandhom ikunu soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni [9] meta jirċievu talba dwar aċċess għal dokument li jkun fil-pussess tagħhom.

Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jaddotta kwalunkwe regoli speċjali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta tiġi stabbilita l-aġenzija eżekuttiva.

2. Il-membri tal-Kumitat tat-Tmexxija, id-direttur u l-membri ta' l-istaff u l-persuni kollha involuti fl-attivitajiet ta' l-aġenzija eżekuttiva, huma meħtieġa, anke wara li jispiċċaw id-doveri tagħhom, sabiex ma jirrilaxxawx informazzjoni tat-tip koperti mill-obbligazzjoni tas-segretezza professjonali.

Artikolu 24

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ "Il-Kumitat ta' l-Aġenziji Eżekuttivi".

2. Fejn hemm riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 25

Evalwazzjoni

1. Għandu jsir rapport ta' evalwazzjoni mill-Kummissjoni, dwar l-ewwel tliet snin tat-tħaddim ta' kull aġenzija, u li jrid jiġi sottomess lil-kumitat tat-tmexxija ta' l-aġenzija eżekuttiva, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Qorti ta' Awdituri. Għandu jinkludi analiżi ta' x'jaqbel kif hemm riferenza fl-Artikolu 3(1).

2. L-evalwazzjoni għandha tiġi sussegwentement ripetuta wara tliet snin taħt l-istess kondizzjonijiet.

3. Barra mir-rapporti t'evalwazzjoni, l-aġenzija eżekuttiva u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jirrisolvu kwalunkwe problema identifikata.

4. Jekk, wara l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni ssib li ma tkunx aktar ġustifikata l-eżistenza ta' l-aġenzija eżekuttiva, bil-għan ta' ftehim finanzjarju f'saħħtu, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tistralċja dik l-aġenzija.

Artikolu 26

Miżuri temporanji

Sa fejn l-aġenziji eżekuttivi jkunu ġia stabbiliti:

(a) ir-rapport annwali ta' l-attivita li għalih saret referenza fl-Artikolu 9(7) għandu jsir għall-ewwel darba fis-sena finanzjarja 2003;

(b) l-egħluq tat-terminu li għalih saret referenza fl-Artikolu 14(2)(b) għat-trasmissjoni tal-kontijiet finali, għandu japplika għall-ewwel darba fis-sena finanzjarja 2005;

(ċ) għas-snin finanzjarji qabel l-2005, l-egħluq tat-trasmissjoni għall-kontijiet finali għandu jkun il-15 ta' Settembru.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Espersen

[1] ĠU C 120 E, ta' l-24.4.2001, p. 89 and ĠU C 103 E, tat-30.4.2002, p. 253.

[2] Opinjoni mogħtija fil-5 ta' Lulju 2001 (għada mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

[3] ĠU C 345, 06.12.01, p. 1.

[4] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23.

[5] ĠU L 248, 16.09.02, p. 1.

[6] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 490/2002 (ĠU L 77, ta' l-20.3.2002, p. 1).

[7] ĠU L 136, 31.05.99, p. 20.

[8] ĠU L 136, 31.05.99, p. 15.

[9] ĠU L 145, 31.05.01, p. 43.

--------------------------------------------------

Top