EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0073

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/73/KE ta' l-24 ta' Lulju 2003 li temenda l-Anness mad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 186, 25.7.2003, p. 34–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 007 P. 493 - 494
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 007 P. 493 - 494
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 007 P. 493 - 494
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 007 P. 493 - 494
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 007 P. 493 - 494
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 007 P. 493 - 494
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 007 P. 493 - 494
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 007 P. 493 - 494
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 007 P. 493 - 494
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 010 P. 29 - 30
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 010 P. 29 - 30
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 002 P. 68 - 69

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/73/oj

32003L0073



Official Journal L 186 , 25/07/2003 P. 0034 - 0035


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/73/KE

ta' l-24 ta' Lulju 2003

li temenda l-Anness mad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 li għandha x'taqsam mad-disponibbiltà tat-tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija fil-karburant u l-emissjonijiet tal-CO2 rigward it-tqegħid fis-suq tal-vetturi l-ġodda tal-passiġġieri [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,

Billi:

(1) L-Anness III mad-Direttiva 1999/94/KE jistabbilixxi format għal kartellun li jrid jiġi esibit f'kull post tal-bejgħ tal-karozzi l-ġodda tal-pasiġġieri.

(2) Għandha ssir disposizzjoni għall-użu tal-għodod moderni tal-komunikazzjoni (il-wiri elettroniku), u sabiex tipprevjieni l-użu ta' metodi ġodda tat-teknika dwar l-aġġornament tal-kartelluni li huma inqas favorevoli għall-konsumatur.

(3) L-Anness III mad-Direttiva 1999/94/KEE għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq.

(4) Ġew ikkonsultati l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-partijiet interessati.

(5) Il-miżuri pprovvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 10 tad-Direttiva 1999/94/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III mad-Direttiva 1999/94/KEE jiġi mibdul bl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membru għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fi żmien sena mill-pubblikazzjoni tagħja fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza mal-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewliena fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Lulju 2003.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 12, tat-19.1.2000, p. 16.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

L-ANNESS III

ID-DESKRIZZJONI TAL-KARTELLUN/WIRI LI JRIDU JIĠU ESIBITI FUQ IL-POST TAL-BEJGĦ

L-Istati Membri jridu jiżguraw illi l-kartellun/wiri jissodisfaw, bħala minimu, l-ħtiġiet li ġejjin:

1. il-kartellun jew il-wiri huma tad-daqs minimu ta' 70ċm x 50ċm;

2. it-tagħrif huwa ħafif għalbiex jinqara;

3. f'wirja fejn it-tagħrif jiġi pprovvdut fuq screen elettroniku, id-daqs ta' l-i screen għandu jkun ta' mill-inqas 25ċm x 32 ċm (17-il pulzier). It-tagħrif jista jinwera billi jintuaw il-metodi tat-teknika tar-romblu;

4. il-mudelli al-karozzi tal-passiġiġġieri jiġu ggruppjati u elenkati separatament skond it-tip tal-karburant (p.e. petrol, diesel, eċċ.). Skond kull tip ta' karburant, il-mudelli jiġu mqiegħda f'lista, fl-ordni skond kif jiżdiedu l-emissjonijiet tal-CO2, bil-mudell ta' l-inqas konsum uffiċjali tal-karburant jitqiegħed fir-ras tal-lista;

5. għal kull mudell ta' karozza tal-pasiġġieri fil-lista, jingħataw il-għamla, il-valur numeriku tal-konsum uffiċjali tal-karburant u l-emissjonijiet speċifiċi uffiċjali tal-CO2. Il-valur tal-konsum uffiċjali tal-karburant jiġi espress jew f'litri għal kull 100 kilometru (l/100km), f'kilometri għal kull litru (km/l) jew f'għaqda approrjata ta' dawn, u jiġi kkwotat sa ċifra waħda deċimali. L-emissjonijie speċifiċi uffiċjali tal-CO2 jiġu kkwotati sa l-eqreb ċifra sħiħa fi grammi għal kull kilometru (g/km).

Dawn il-valurti jistgħu jiġu espressi f'unitajiet differenti (galluni u mili) safejn u sakemm ikunu kompatibbli mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 80/181/KEE.

Hawn taħt huwa muri l-format issuġġerit:

+++++ TIFF +++++

6. il-kartellun/wiri ikun fihom it-test li ġej li jirrigwarda id-disponibbiltà tal-gwida dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet tal-CO2: "Gwida dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet tal-CO2 li fiha l-informazjoni dwar il-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri hija disponibbli f'kull post tal-bejgħ mingħar ħlas"; fil-każ ta' wiri li jkun fuq screen elettroniku dan il-messaġġ irid ikun jidher b'mod permanenti;

7. il-kartellun/wiri jkun fihom it-test li ġej: "B'żieda ma' l-effiċjenza tal-karburant ta' karozza, l-imġiba fis-sewqan kif ukoll fatturi oħra mhux tekniċi għandhom rwol dwar kif jiġu stabbiliti l-ekonomija tal-karbutant u l-emissjoniet tal-CO2 ta' karozza. Il-CO2 huwa l-gass tas-serra globali responsabbli miż-żieda fis-sħana globali"; fil-każ ta' wirja li ssir fuq screen elettroniku dan il-messaġġ irid ikun jidher b'mod permanenti;

8. il-kartellun/wiri għandhom jiġu aġġornati mill-inqas kull sitt xhur, Meta tintuża wirja elettronika, it-tagħrif gandu jiġi aġġornat mill-inqas kull tliet xhur;

9. il-kartellun/wiri jistgħu jiġu sostitwiti b'mod komplet jew permanentri bi screen elettroniku. F'dan il-każ l-i screen elettroniku għandu jiġi ppreżentat hekk illi jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur mill-inqas bl-istess intensità li tkun inkisbet minn kartellun/wira.

"

--------------------------------------------------

Top