EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0070

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/70/KE tas-17 ta’ Lulju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi mecoprop, mecoprop-P u propiconazole bħala sustanzi attiviTest b’relevanza ŻEE

OJ L 184, 23.7.2003, p. 9–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 039 P. 324 - 327
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 039 P. 324 - 327
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 039 P. 324 - 327
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 039 P. 324 - 327
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 039 P. 324 - 327
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 039 P. 324 - 327
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 039 P. 324 - 327
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 039 P. 324 - 327
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 039 P. 324 - 327
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 048 P. 106 - 109
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 048 P. 106 - 109

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/70/oj

32003L0070



Official Journal L 184 , 23/07/2003 P. 0009 - 0012


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/70/KE

tas-17 ta’ Lulju 2003

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi mecoprop, mecoprop-P u propiconazole bħala sustanzi attivi

(Test b’relevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq [1] ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif emendat l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/68/EC [2], partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,

billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq [3] ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif emendat l-aħħar b’Regolament (EC) No 2266/2000 [4], li jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandha ssir stima fuqhom, bil-għan li jiġu inklużi f’L-ANNESS I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi mecoprop, mecoprop-P u propiconazole.

(2) L-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew stimati kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 għan-numru ta’ użi proposti min-notifikaturi. Permezz tar-Regolament (EC) Nru 933/94 tas-27 ta’ April 1994 li jniżżel is-sustanzi attivi għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinnomina l-Istat Membru rapporteur għall-implimentazzjoni tar-Regolament (EEC) Nru 3600/92 [5], kif emendat l-aħħar b’regolament (EC) Nru. 2230/95 [6], l-Istati Membri relaturi li ġejjin kienu nominati, li min-naħa l-oħra taw ir-rapporti ta’ stima relevanti u rakkomandazzjonijiet lill-Kumissjoni skond l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament(KEE) Nru 3600/92: mecoprop: L-Istat Membru rapporteur id-Danimarka, kull informazzjoni relevanti giet mogħtija fil-31 ta’ Awissu 1999; mecoprop-P: L-Istat Membru rapporteur id-Danimarka, kull informazzjoni relevanti kienet mogħtija fis-7 ta’ Jannar 1999; propiconazole: L-Istat Membru il-Finlandja, kull informazzjoni relevanti giet mogħija fit-30 ta’ Novembru 1998.

(3) Dawk ir-rapporti ta’ stima kienu reveduti mill-Istati Membri u l-Kumissjoni fi ħdan il-kumitat permanenti fuq il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali

(4) fil-format tar-rapporti tal-Kummissjoni għall-mecoprop, mecoprop-P and għall-propiconazole.

(5) Ir-reviżjonijiet tal-mecoprop, mecoprop-P u l-propiconazole ma’ rivelaw l-ebda mistoqsijiet jew kwistjonijiet fil-miftuħ, fejn kieku kien ikun hemm bżonn konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti.

(6) Mill-eżamijiet varji li saru jidher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-mecoprop, il-mecoprop-P u l-propiconazole jistgħu jiġu ikkunsidrati li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment b’riferenza għall-użi li għalihom ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li s-sustanzi attivi msemmija fl-Anness I jiġu inklużi, biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtoriżżazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi tistà tiġi mogħtija skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(7) Ir-rapport ta’ reviżjoni huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni tajba mill-Istati, ta’ numru ta’ taqsimiet tal-prinċipji uniformi mniżżla fid-Direttiva 91/414 KEE. Huwa xieraq, għalhekk, bl-eċċezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzali, li r-rapport ta’ reviżjoni finali jibqa disponibbli jew isir disponibbli mill-Istati Membri għall-konsultazzjoni ta’ kull parti interessata.

(8) Għandu jgħaddi perjodu raġjonevoli qabel ma’ sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I biex tippermetti l-Istati Membri u l-partijiet interessati jippreparaw ruħhom biex jilqgħu ir-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw minn din l-inklużjoni.

(9) Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġjonevoli fejn ikunu jistgħu jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE li tirrigwarda l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-mecoprop, il-mecoprop-P jew il-propiconazole, u partikolarment, biex jiġu riveduti awtoriżżazzjonijiet eżistenti biex b’hekk jiżguraw li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 1 għad-Direttiva 91/414/KEE dwar dawk is-sustanzi attivi, jiġu mħarsa. Perjodu itwal għandu jiġi provdut għas-sottomissjoni u l-konsiderazzjoni tad-dokument komplut ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skond il-prinċipji uniformi mniżżla fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10) Huwa għalhekk xieraq li li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skond il-bżonn..

(11) Il-miżuri li tipprovdi din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-ANNESS I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri se jaddottaw u jippubblikaw l-aktar tard sat-30 ta’ Novembru 2004 il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex tiġi mħarsa din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fil-pront.

Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mill-1 ta’ Diċembru 2004.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tinstab fihom riferenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b’din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. l-Istati membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri se jirreviżjonaw l-awtoriżżazzjoni għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-mecoprop, il-mecoprop-P jew il-propiconazole biex jiżguraw li l-kondizzjonijiet li jirrelataw ma’ dawk is-sustanżi attivi msemmija fl-ANNESS I tad-Direttiva 91/414/KEE jiġu mħarsa. Fejn neċessarju u l-aktar tard sat-30 ta’ Novembru 2004, għandhom jemendaw jew jiritiraw l-awtoriżżazzjoni.

2. Għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-mecoprop, il-mecoprop-P jew il-propiconazole kemm bħala l-unika sustanza attiva kif ukoll bħala sustanza attiva fost numru ta’ sustanzi attivi oħra li kienu msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-Istati Membri għandhom, l-aktar tard sal-31 ta’ Mejju 2004, jerġgħu jevalwaw il-prodotti skond il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dokument li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, ser jistabilixxu jekk il-prodott jissodisfa il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE. Fejn necessarju u l-aktar tard sal-31 ta’ Mejju 2008, se jemendaw jew jirtiraw l-awtoriżżazzjoni.

Artikolu 4

Din id-Direttiva se tiġi fis-seħħ fl-1 Ġunju 2004.

Artikolu 5

Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, 17 Lulju 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.91, p. 1.

[2] ĠU L 177, tas-16.7.3, p. 12.

[3] ĠU L 366, tal-15.12.92, p. 10.

[4] ĠU L 259, tat-13.10.00, p. 27.

[5] ĠU L 107, tat-28.4.94, p. 8.

[6] ĠU L 225, tat-22.9.95, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fl-aħħar tal-lista fl-L-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

"Nru | Isem komuni, numri ta' identifikazzjoni | Isem IUPAC | Purità | Dħul fis-seħħ | Tmiem ta' inklużjoni | Dispożizzjonijiet Speċifiċi |

56 | Mecoprop SAK Nru 7085-19-0 CIPAC Nru 51 | (RS)-2-(4-chloro-o-tolyloxy)- | 930 g/kg | fl-1 ta' Ġunju 2004. | 31 ta' Mejju 2014 | Awtoriżżat għall-użi ta' erbiċida biss. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni fuq il-meco- prop, u partikolarment l-Appendiċi I u II tiegħu,kif finaliżżati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain |

57 | Mecoprop-P SAK Nru 16484-77-8 CIPAC Nru 475 | (R)-2-(4-chloro-o-tolyloxy)- | 860 g/kg | fl-1 ta' Ġunju 2004. | fil-31 ta' Mejju 2014. | Awtoriżżat għall-użi ta' erbiċida biss. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni fuq il-meco- prop, u partikolarment l-Appendiċi I u II tiegħu, kif |

58 | Propiconazole SAK Nru 60207-90-1 CIPAC Nru 408 | (±)-1-(2-(2,4-dichloro- | 920 g/kg | fl-1 ta' Ġunju 2004. | fil-31 ta' Mejju 2014. | Awtoriżżat għall-użi ta' fungiċida biss. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni fuq il-propi-conazole, u partikolarment l-Appendiċi I u II tiegħu, kif finaliżżati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chainu s-Saħħa ta' l-Annimali fil-15 ta' April 2003 għandhom jiġu |

--------------------------------------------------

Top