EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0054

Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE

OJ L 176, 15.7.2003, p. 37–56 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 12 Volume 002 P. 211 - 229
Special edition in Estonian: Chapter 12 Volume 002 P. 211 - 229
Special edition in Latvian: Chapter 12 Volume 002 P. 211 - 229
Special edition in Lithuanian: Chapter 12 Volume 002 P. 211 - 229
Special edition in Hungarian Chapter 12 Volume 002 P. 211 - 229
Special edition in Maltese: Chapter 12 Volume 002 P. 211 - 229
Special edition in Polish: Chapter 12 Volume 002 P. 211 - 229
Special edition in Slovak: Chapter 12 Volume 002 P. 211 - 229
Special edition in Slovene: Chapter 12 Volume 002 P. 211 - 229
Special edition in Bulgarian: Chapter 12 Volume 002 P. 61 - 79
Special edition in Romanian: Chapter 12 Volume 002 P. 61 - 79

No longer in force, Date of end of validity: 02/03/2011; Imħassar b' 32009L0072 . Latest consolidated version: 23/01/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/54/oj

32003L0054



Official Journal L 176 , 15/07/2003 P. 0037 - 0056


Direttiva 2003/54/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill

tas-26 ta' Ġunju 2003

dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2), l-Artikolu 55 u l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposti mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1996 li tikkonċerna r-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku [4] għamlet kontribuzzjonijiet sinifikanti lejn il-ħolqien ta' suq intern fil-qasam ta' l-elettriku.

(2) L-esperjenza fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva turi l-benefiċċji li jistgħu jiġu mis-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku, f'termini ta' żjieda fl-effiċjenza, tnaqqis fil-prezzijiet, standards ogħla fis-servizz u żjieda fil-kompetittività. Madankollu, defiċjenzi u possibilitajiet importanti dwar it-titjib fit-tħaddim tas-suq żgur li jibqgħu, u għalhekk huma meħtieġa dispoSizzjonijiet konkreti b'mod speċjali biex ikun żgurat livell uniformi fil-ġenerazzjoni u fit-tnaqqis ta' riskji tad-dominanza tas-suq u tas-serq, biex ikunu żgurati t-trasmissjoni u d-distribuzzjoni ta' tariffi li ma jkunux diskriminatorji, permezz ta' l-aċċess għan-netwerks fuq il-bażi ta' tariffi ppubblikati qabel id-dħul tagħhom fis-seħħ, u biex ikun żgurat li d-drittijiet ta' klijenti żgħar u vulnerabbli jkunu protetti u li l-informazzjoni fuq is-sorsi għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija ta' l-elettriku tkun żvelata, kif ukoll ir-referenzi għall-egħjun, fejn ikunu disponibbli, li jagħtu l-informazzjoni meħtieġa fuq l-impatt ambjentali tagħhom.

(3) Fil-laqgħa li saret f'Lisbona fit-23 u l-24 ta' Marzu 2000, il-Kunsill Ewropew saħaq biex jitħaffef ix-xogħol li kellu jitwettaq biex jitkompla s-suq intern fil-oqsam ta' l-elettriku u l-gass u biex jitħaffef il-proċess ta' liberalizzazzjoni f'dawn is-setturi bil-ħsieb li jinkiseb suq intern li jitħaddem b'mod sħiħ. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2000 dwar it-tieni rapport tal-Kummissjoni fuq l-istat tal-liberalizzazzjoni ta' l-enerġija mqiegħdha fis-suq, talab lill-Kummissjoni biex din tadotta kalendarju dettaljat għall-kisba ta' għanijiet imfissra preċiżament, bil-ħsieb li s-suq ta' l-enerġija jiġi liberalizzat gradwalment iżda kompletament.

(4) Il-ħelsien li t-Trattat jiggarantixxi liċ-ċittadini Ewropej - il-moviment liberu ta' l-oġġetti, il-libertà li jiġu provduti s-servizzi u l-ħelsien ta' l-istabbiliment - ikunu possibbli biss f'suq miftuħ kompletament, li jħalli lill-konsumaturi kollha biex b'mod ħieles jagħżlu lil min ifornihom u li dawk kollha li jfornu jkunu ħielsa li jqassmu l-prodott tagħhom lill-klijenti tagħhom.

(5) L-ostakli ewlenin biex wieħed jasal għal suq intern kompetittiv u li jitħaddem b'mod sħiħ huma marbuta fost oħrajn ma' kwistjonijiet ta' aċċess għan-netwerks, kwistjonijiet ta' tarifikazzjoni u gradi differenti ta' ftuħ ta' swieq bejn l-Istati Membri.

(6) Biex il-kompetizzjoni tkun tista' tiffunzjona sew, l-aċċess għan netwerks għandu jkun wieħed mhux diskriminatorja, trasparenti u prezzat b'mod ġust.

(7) Biex jitkompla s-suq intern ta' l-elettriku, l-aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk ta' l-operatur tat-trasmissjoni jew tas-sistema tad-distribuzzjoni huwa ta' importanza kbira. Operatur tat-trasmissjoni jew tas-sistema tad-distribuzzjoni jista' jkun jikkomprendi fih impriża waħda jew aktar minn waħda.

(8) Biex ikun żgurat aċċess għal netwerk li jkun effiċjenti u mhux diskriminatorju ikun xieraq li s-sistemi tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni jkunu mħaddma permezz ta' entitajiet legali separati fejn ikunu jeżistu impriżi integrati vertikalment. Il-Kummissjoni għandha tevalwa il-miżuri ta' effett ekwivalenti, li jkun żviluppat mill Il-Kummissjoni għandha tevalwa il-miżuri ta' effett ekwivalenti, li jkun żviluppat millIl-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżuri ta' effett ekwivalenti, li jkun żviluppat mill-Istati Membri biex jinkiseb l-għan ta' dan il-kriterju, u, fejn ikun xieraq, tissottometti proposti biex tkun emendata din id-Direttiva. Ikun xieraq ukoll li l-operaturi tat-trasmissjoni u tas-sistema tad-distribuzzjoni ikollhom drittijiet effettivi dwar it-teħid ta' deċiżjonjijiet b'mod speċjali fejn jikkonċerna l-assi meħtieġa għaż-żamma, it-tħaddim u l-iżvilupp ta' netwerks meta l-assi in-kwistjoni jkunu ta' u mħaddma minn impriżi integrati vertikalment. Huwa neċessarju li l-awtonomija ta' l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni u dawk tas-sistema tat-trasmissjoni tkun waħda garantita speċjalment fejn jikkonċerna l-interessi tal-ġenerazzjoni u l-provvista. Strutturi indipendenti ta' amministrazzjoni għandhom għalhekk jitpoġġew bejn l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni u dawk tas-sistema ta' trasmissjoni u kwalunkwe kumpaniji ta' ġenerazzjoni/provvista.

Madankollu huwa importanti li wieħed jiddistingwi bejn separazzjoni legali bħal din u d-diviżjoni tal-pussess. Separazzjoni legali ma timplikax bdil fil-pussess ta' l-assi, u xejn ma jħalli kondizzjonijiet ta' xogħol simili jew identiċi milli jkunu japplikaw matul l-impriżi kollha integrati vertikalment. Madankollu, il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet mhux diskriminatorju għandu jkun żgurat permezz ta' miżuri ta' organizzazzjoni dwar l-awtonomija ta' dawk li jkunu reponsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet.

(9) Fil-każ ta' sistemi żgħar, id-disposizzjoni ta' servizzi anċillari jista' jkollha tiġi żgurata mill-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni (TSOs) li jkunu mqabbda ma' sistemi żgħar.

(10) Waqt li din id-Direttiva mhix tindirizza kwistjonijiet dwar pussess, qed jiġi mfakkar li fil-każ ta' impriża ta' trasmissjoni jew distribuzzjoni, u li tkun separata fil-forma legali tagħha minn dawk l-impriżi li jiġġeneraw u/jew jipprovdu, l-operaturi tas-sistema li tkun ġiet nominata tista' tkun l-istess impriża li jkollha l-infrastruttura.

(11) Biex ikun evitat li jkun impost piż finanzjarju u amministrattiv li ma jkunx proporzjonat fuq kumpaniji żgħar ta' distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun meħtieġ, jeżentaw kumpaniji bħal dawn mill-kriterji tad-distribuzzjoni li tkun ġejja mid-diviżjoni tal-pussess.

(12) Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni m'għandhomx iwasslu għal piż amministrattiv mhux proporzjonat għall-qies u l-impatt potenzjali tal-prodotturi ta' l-elettriku.

(13) Għandhom jittieħdu miżuri oħra li biex ikun hemm aċċess għan-netwerks jiġu żgurati tariffi trasparenti u mhux diskriminatorji. Dawk it-tariffi għandhom ikunu japplikaw lill-utenti kollha tas-sistema fuq bażi non-diskriminatorja.

(14) Biex tkun faċilitata l-konklużjoni ta' kuntratti minn impriża ta' l-elettriku stabbilita fi Stat Membru għall-provvista ta' l-elettriku għal klijenti eliġibbli fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaħdmu favur kondizzjonijiet omoġenji u lejn l-istess livell ta' eliġibilità għas-suq intern kollu kemm hu.

(15) Il-preżenza ta' regolament effettiv, imwettaq minn awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew aktar, hija fattur importanti biex tiggarantixxi aċċess non-diskriminatorju għan-netwerks. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-funzjonijiet, il-kompetenzi u s-setgħat amministrattivi ta' l-awtoritajiet regolatorji. Huwa importanti li l-awtoritajiet regolatorji fl-Istati Membri kollha jaqsmu l-istess sett minimu ta' kompetenzi. Dawk l-awtoritajiet għandhom ikollhom il-kompetenza li jiffissaw u japprovaw it-tariffi, jew inkella, il-metodoloġiji li ma jkunux jidhru dwar il-kalkulazzjoni tat-tariffi tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni. Biex tkun evitata l-inċertezza u kwistjonijiet li jqumu flus u li jdumu, dawn it-tariffi għandhom jiġu pubblikati qabel id-dħul tagħhom fis-seħħ.

(16) Il-Kummissjoni wriet ix-xewqa tagħha li tistabbilixxi Grupp Regolatorju Ewropew għall-Elettriku u l-Gass li jkun jifforma mekkaniżmu adattat li jagħti parir biex ikunu nkuraġġiti l-koperazzjoni u l-kordinazzjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, ħalli jitmexxa 'l quddiem l-iżvilupp tas-suq intern ta' l-elettriku u l-gass, u biex jgħin fl-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, tad-disposizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u d-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 li tikkonċerna r-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali [5] u fir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar il-kondizzjonijiet marbuta ma' l-aċċess għan-netwerk għal skambji trans-konfinanti ta' l-elettriku [6].

(17) Biex ikun żgurat l-aċċess effettiv tas-suq għal dawk kollha li jieħdu sehem fis-suq, inklużi dawk ġodda, huma meħtieġa mekkaniżmi bilanċjanti li jkunu non-diskriminatorji u jirriflettu tabilħaqq in-nefqa. Hekk kif is-suq ta' l-elettriku jkun wieħed likwidu biżżejjed, dan għandu jintlaħaq permezz tat-twaqqif ta' mekkaniżmi trasparenti bażati fuq is-suq għall-provvista u x-xiri ta' elettriku meħtieġ fil-qafas tal-kriterji bilanċjanti. Fin-nuqqas ta' suq likwidu bħal dan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-irwol attiv biex ikun żgurat li t-tariffi bilanċjanti ikunu non-diskriminatorji u jirriflettu tabilħaqq in-nefqa. Fl-istess waqt, għandhom ikunu pprovduti inċentivi xierqa biex jibbilanċjaw il-kurrent u l-użu ta' l-elettriku u mhux biex jipperikolaw is-sistema.

(18) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiffissaw jew japprovaw it-tariffi, jew il-metodoloġiji moħbija fil-kalkolu tat-tariffi, fuq il-bażi ta' proposta mill-operatur(i) tas-sistema tat-trasmissjoni jew d-distribuzzjoni, jew fuq il-bażi ta' proposta miftehma bejn dan/dawn l-operatur(i) u l-utenti tan-netwerks. Fit-twettiq ta' dawn il-kompiti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li t-tariffi tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni jkunu non-diskriminatorju u jirriflettu tassew in-nefqa, u għandhom jikkunsidraw l-ispejjeż tan-netwerk li jkunu għal tul ta' żmien, marġinali u evitati, liema spejjeż ikunu ġejjin minn miżuri ta' ġenerazzjoni mqassma u ta' amministrazzjoni li tkun tistmola d-domanda b'inċentivi u taxxi baxxi.

(19) L-industrija u l-kummerċ kollu tal-Komunità, inklużi l-impriżi żgħar u medji, u ċ-ċittadini kollha tal-Komunità li jkunu qed igawdu mill-benefiċċji ekonomiċi tas-suq intern għandhom igawdu wkoll minn livelli għolja ta' protezzjoni tal-konsumatur, u b'mod partikolari d-djar u, fejn l-Istati Membri jkunu jikkunsidraw bħala xieraq, l-impriżi ż-żgħar għandhom igawdu wkoll il-garanziji tas-servizz pubbliku, b'mod partikolari fejn jikkonċerna s-sigurtà tal-provvista u tariffi raġonevoli, għal raġunijiet ta' ġustizzja, kompetittività u indirettament ukoll biex jinħoloq ix-xogħol.

(20) Il-klijenti ta' l-elettriku għandhom ikunu liberi li jagħżlu lil min ifornihom. Madankollu, għandu jittieħed approċċ imqassam f'diversi fażijiet biex jitkompla s-suq intern għall-elettriku biex l-industrija tkun tista' taġġusta u tiżgura li miżuri u sistemi adegwati jkunu jistgħu tabilħaqq jipproteġu l-interessi tal-klijenti u tiżgura wkoll li dawn ikollhom dritt veru u effettiv li jagħżlu lil min ifornihom.

(21) Il-ftuħ progressiv tas-suq lejn kompetizzjoni sħiħa għandu jneħħi mill-aktar fis id-differenzi bejn l-Istati Membri. It-trasparenza u ċ-ċertezza fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu żgurati t-tnejn.

(22) Kważi l-Istati Membri kollha għażlu li jiżguraw il-kompetizzjoni fis-suq tal-ġenerazzjoni ta' l-elettriku permezz ta' proċedura trasparenti ta' awtorizzazzjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-possibilità li jikkontribwixxu lejn sigurtà fil-provvista billi tkun introdotta proċedura ta' offerti jew waħda simili fil-każ li kapaċità suffiċjenti ta' ġenerazzjoni ta' l-elettriku ma tkunx imqiegħda fuq il-bażi tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità, fl-interessi tal-protezzjoni ta' l-ambjent u l-promozzjoni ta' teknoloġiji ġodda, li jagħmlu sejħa għal offerti għal kapaċità ġdida fuq il-bażi ta' kriterji pubblikati. Kapaċità ġdida tinkludi inter alia dawk enerġiji li jiġġeddu kif ukoll qawwa u sħana kumbinati (CHP).

(23) Fl-interess tas-sigurtà tal-provvista, il-bilanċ tal-provvista/domanda fl-Istati Membri individwali għandu jiġi sorveljat sew, waqt li dan għandu jiġi segwit minn rapport fuq is-sitwazzjoni fuq livell ta' Komunità, waqt li tkun kunsidrata l-kapaċità ta' l-interkonettività bejn iż-żoni. Sorveljanza bħal din għandha ssir qabel kemm jista' jkun biex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri xierqa jekk ikun hemm kompromess dwar il-provvista. Il-bini u ż-żamma ta' l-infrastruttura meħtieġa tan-netwerks, inkluża l-kapaċità ta' l-interkonettività, għandhom jgħinu biex tkun żgurata provvista stabbli ta' l-elettriku. Il-bini u ż-żamma ta' l-infrastruttura meħtieġa tan-netwerk, inklużi l-kapaċità ta' l-interkonettività u l-ġenerazzjoni deċentralizzata ta' l-elettriku, huma elementi importanti fl-iżgurar ta' provvista stabbli ta' elettriku.

(24) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li klijenti domestiċi u, fejn l-Istati Membri jaraw bħala xieraq, impriżi żgħar, igawdu d-dritt li jkunu fornuti b'elettriku ta' kwalità speċifikata bi prezzijiet komparabbli b'mod ċar, tarsparenti u raġonevoli. Biex tkun żgurata ż-żamma ta' standards għoljin ta' servizz pubbliku fil-Komunità, il-miżuri kollha li jkunu ttieħdu mill-Istati Membri biex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu notifikati regolarment lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika b'mod regolari rapport li janalizza l-miżuri meħuda fuq livell nazzjonali biex jinkisbu l-għanijiet tas-servizz pubbliku u biex iqabbel l-effettività tagħhom, bil-ħsieb li jsiru rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fuq livell nazzjonali biex jinkisbu standards għoljin ta' servizz pubbliku. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipproteġu klijenti vulnerabbli fil-kuntest tas-suq intern ta' l-elettriku. Miżuri bħal dawn jistgħu jkunu differenti skond iċ-ċirkustanzi partikolari fl-Istati Membri in-kwistjoni u jistgħu jinkludu miżuri speċifiċi li jkunu jikkonċernaw il-ħlasijiet ta' kontijiet ta' l-elettriku, jew miżuri aktar ġenerali meħuda fis-sistema tas-sigurtà soċjali. Meta servizz universali jingħata wkoll lil impriżi żgħar, il-miżuri biex ikun żgurat li dan is-servizz universali ikun qed jiġi tabilħaqq ipprovdut jistgħu jkunu differenti skond id-djar u l-impriżi żgħar.

(25) Il-Kummissjoni wriet l-intenzjoni tagħha biex tieħu inizjattivi speċjalment dwar l-għan tad-disposizzjoni ta' l-ittikkettjar u speċjalment ukoll dwar il-manjiera li fiha l-informazzjoni fuq l-impatt ambjentali, f'termini ta' emissjonijiet ta' CO2 u ta' skart radjoattiv li jkun ġej mill-produzzjoni ta' l-elettriku minn egħjun differenti ta' enerġija, tista' ssir disponibbli b'mod trasparenti, aċċessibbli u kumparabbli fl-Unjoni Ewropea kollha, kif ukoll dwar il-manjiera kif il-miżuri meħuda fl-Istati Membri biex dawn jikkontrollaw l-eżattezza ta' l-informazzjoni provduta mill-fornituri għandhom jiġu organizzati.

(26) Ir-rispett tal-kriterji tas-servizz pubbliku huwa kriterju fundamentali ta' din id-Direttiva, u huwa importanti li standards minimi komuni, li jkunu rispettati mill-Istati Membri kollha, jiġu speċifikati f'din id-Direttiva, liema standards għandhom jikkunsidraw l-għanijiet tal-protezzjoni komuni, is-sigurtà tal-provvista, il-protezzjoni ta' l-ambjent u livelli ekwivalenti ta' kompetizzjoni fl-Istati Membri kollha. Huwa importanti li l-kriterji tas-servizz pubbliku jkunu jistgħu jiġu interpretati fuq bażi nazzjonali, waqt li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi nazzjonali u soġġett għar-rispett lejn il-liġi tal-Komunità.

(27) L-Istati Membri jistgħu jaħtru fornitur bħala l-aħħar għażla tagħhom. Dan il-fornitur jista' jkun id-diviżjoni tal-bejgħ ta' impriża integrata vertikalment, li tkun twettaq ukoll il-funzjonijiet ta' distribuzzjoni, sakemm din tkun tilħaq il-kriterji tad-diviżjoni tal-pussess li hemm f'din id-Direttiva.

(28) Il-miżuri implementati mill-Istati Membri biex jinkisbu l-għanijiet tal-koeżjoni ekonomika u soċjali jistgħu jinkludu, b'mod speċjali, id-disposizzjoni ta' inċentivi ekonomiċi adegwati, bl-użu, meta jkun xieraq, tal-mezzi kollha eżistenti kemm nazzjonali ukemm dawk tal-Komunità. Dawn il-mezzi jistgħu jinkludu mekkaniżmi ta' responsabilità biex jiggarantixxu l-investiment.

(29) Sa liema livell li għalih il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jaderixxu l-obbligi tas-servizz pubbliku jkunu jiffurmaw għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, hemm obbligu skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat li dawn jinnotifikawhom lill-Kummissjoni.

(30) Il-kriterju li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe rifjut li tingħata l-awtorizzazzjoni għall-bini ta' ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida ġie ippruvat bħala piż amministrattiv mhux meħtieġ u għalhekk għandu jkun hemm eżenzjoni minnu.

(31) Peress li l-għan ta' l-azzjoni proposta, partikolarment il-ħolqien ta' suq intern ta' l-elettriku mħaddem b'mod sħiħ, li fih tkun tispikka kompetizzjoni imparzjali, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, permezz tal-bilanċ u l-effetti ta' l-azzjoni ikun jista' jintlaħaq aħjar fuq livell ta' Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan.

(32) Fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba bit-tħaddim tad-Direttiva tal-Kunsill 90/547/KEE tad-29 ta' Ottubru 1990 fuq it-transitu ta' l-elettriku permezz ta' grids ta' trasmissjoni [7], għandhom jittieħdu miżuri biex ikun żgurat l-aċċess omoġenju u non-diskriminatorju għat-trasmissjoni, inkluż iċ-ċirkolazzjoni inter-konfinanti ta' l-elettriku bejn l-Istati Membri. Biex tkun żgurata l-omoġeneità fit-trattament ta' l-aċċess għan-netwerks ta' l-elettriku, anki fil-każ tat-transitu, dik id-Direttiva għandha tiġi mħassra.

(33) Skond l-għan ta' l-emendi li qed isiru għad-Direttiva 96/92/KE, huwa mixtieq, għal raġunijiet ta' ċarezza u razzjonalizzazzjoni, li d-disposizzjonijiet in kwistjoni għandhom isiru f'għamla ġdida.

(34) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali, u tosserva l-prinċipji, rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA

KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Kamp ta' Applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli komuni għall-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista ta' l-elettriku. Din tistabbilixxi wkoll ir-regoli li jikkonċernaw l-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-settur ta' l-elettriku, l-aċċess għas-suq, il-kriterji u l-proċeduri applikabbli għal sejħat ta' offerti u l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet, kif ukoll it-tħaddim ta' sistemi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

"ġenerazzjoni" tfisser il-produzzjoni the Prodotti of electricity;

"produttur" tfisser persuna naturali jew legali li jiġġenera l-elettriku;

"trasmissjoni" tfisser it-trasport ta' l-elettriku fuq is-sistema ta' vultaġġ qawwi ħafna u ta' sistema interkonnessa ta' vultaġġ għoli bil-ħsieb li dan jitqassam lill-klijenti finali jew lid-distributuri, iżda ma jkunx jinkludi l-provvista;

"operatur ta' sistema ta' trasmissjoni" tfisser persuna naturali jew legali responsabbli mit-tħaddim, li tiżgura ż-żamma ta' u, jekk ikun meħtieġ, tiżviluppa s-sistema ta' trasmissjoni f'żona partikolari u, fejn ikun japplika, ta' l-inter-konnetturi tagħha ma' sistemi oħra, kif ukoll biex tiżgura l-abilità tas-sistema għal tul ta' żmien li din tkun tista' tilħaq domandi raġonevoli għat-trasmissjoni ta' l-elettriku;

"distribuzzjoni" tfisser it-trasport ta' l-elettriku fuq sistemi ta' distribuzzjoni ta' vultaġġ għoli, vultaġġ medju u vultaġġ baxx bil-ħsieb li dan jitqassam lill-klijenti, iżda ma jkunx jinkludi l-provvista;

"operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni" tfisser persuna naturali jew legali responsabbli għat-tħaddim, li tiżgura ż-żamma ta' u, jekk ikun meħtieġ, li tiżviluppa s-sistema ta' distribuzzjoni f'żona partikolari u, fejn ikun japplika, l-inter-konnetturi tagħha ma' sistemi oħra, kif ukoll li tiżgura l-abilità tas-sistema li tilħaq għal tul ta' żmien domandi raġonevoli għad-distribuzzjoni ta' l-elettriku;

"klijenti" tfisser klijenti bl-ingrossa u finali ta' l-elettriku;

"klijenti bl-ingrossa" tfisser persuna naturali jew legali li tixtri l-elettriku għall-għan li dan jerġa' jinbiegħ ġewwa jew barra mis-sistema fejn din tkun stabbilita;

"klijenti finali" tfisser klijenti li jixtru l-elettriku għall-użu tagħhom;

"klijenti domestiċi" tfisser klijenti li jixtru l-elettriku għall-konsum tagħhom fid-dar, bl-esklużjoni ta' attivitajiet kummerċjali jew professjonali;

"klijenti non-domestiċi" tfisser persuna naturali jew legali li tixtri l-elettriku li ma jkunx għall-użu domestiku tagħha u għandu jinkludi kemm produtturi kif ukoll klijenti bl-ingrossa;

"klijenti eliġibbli" tfisser klijenti li jkunu ħielsa li jixtru elettriku minn fornitur ta' l-għażla tagħhom fis-sens ta' l-Artikolu 21 ta' din id-Direttiva;

"inter-konnetturi" tfisser l-apparat użat biex jgħaqqad sistemi ta' l-elettriku;

"sistemi mgħaqqda" tfisser numru ta' sistemi ta' trasmissjoni u distribuzzjoni mgħaqqda flimkien permezz ta' inter-konnettur wieħed jew aktar;

"linja diretta" tfisser jew linja ta' l-elettriku li tgħaqqad sit iżolat ta' produzzjoni ma' klijent iżolat jew inkella linja ta' l-elettriku li tgħaqqad produttur ta' l-elettriku u impriża tal-provvista ta' l-elettriku biex dawn ifornu direttament lil bini tagħhom stess, lil dawk sussidjarji u lill-klijenti eliġibbli;

"preċedenza ekonomika" tfisser il-gradazzjoni tas-sorsi tal-provvista ta' l-elettriku f'konformità ma' kriterji ekonomiċi;

"servizzi anċillari" tfisser is-servizzi kollha meħtieġa għat-tħaddim ta' sistema ta' trasmissjoni jew distribuzzjoni;

"utenti tas-sistema" tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li tforni lil, jew li tkun fornuta minn, sistema ta' trasmissjoni jew distribuzzjoni;

"provvista" tfisser il-bejgħ, inkluż il-bejgħ mill-ġdid, ta' elettriku lill-klijenti;

"impriża integrata ta' l-elettriku" tfisser impriża integrata vertikalment jew orizzontalment;

"impriża integrata vertikalment" tfisser impriża jew grupp ta' impriżi li r-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom huma definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi [8] u fejn l-impriża/il-grupp konċernat tkun qed twettaq minn ta' l-anqas waħda mill-funzjonijiet ta' trasmissjoni jew distribuzzjoni u minn ta' l-anqas waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista ta' elettriku;

"impriża relatata" tfisser impriżi affiljati, fis-sens ta' l-Artikolu 41 tas-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażat fuq l-Artikolu 44(2)(ġ) [9] tat-Trattat fuq il-kontijiet konsolidati [10], u/jew impriżi assoċjati, fis-sens ta' l-Artikolu 33(1) miġjub fih, u/jew impriżi li jkunu ta' l-istess azzjonisti;

"impriża integrata orizzontalment" tfisser impriża li twettaq minn ta' l-anqas waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni għall-bejgħ, jew trasmissjoni, jew distribuzzjoni, jew provvista ta' elettriku, u attività oħra li ma tkun marbuta ma' l-elettriku;

"proċedura ta' kif issir offerta" tfisser il-proċedura li minnha l-kriterji addizzjonali maħsuba u l-kapaċità ta' rimpjazzament ikunu koperti bi provvisti minn kapaċitajiet ġodda jew inkella eżistenti;

"ippjanar għal tul ta' żmien" tfisser l-ippjanar tal-bżonn għall-investiment fil-ġenerazzjoni u fil-kapaċità tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni fuq bażi ta' tul ta' żmien, bil-ħsieb li tintlaħaq id-domanda tas-sistema għall-elettriku u lijkunu assikurati l-provvisti lill-klijenti;

"sistemi żgħar iżolati" tfisser kwalunkwe sistema b'konsum ta' inqas minn 3000 GWh fis-sena 1996, fejn inqas minn 5 % tal-konsum annwali jkun inkiseb permezz ta' interkonnettività ma' sistemi oħra;

"sistemi iżolati żgħar ħafna" tfisser kwalunkwe sistema b'konsum ta' inqas minn 500 GWh fis-sena 1996, fejn ma jkun hemm l-ebda interkonnettività ma' sistemi oħra;

"sigurà" tfisser kemm sigurtà ta' provvista u disposizzjoni ta' l-elettriku, u sigurtà teknika;

"effiċjenza ta' l-enerġija/amministrazzjoni ta' xiri u bejgħ" tfisser approċċ globali jew integrat li jkollu l-ħsieb jinfluwenza l-ammont u l-ittajmjar tal-kosum ta' l-elettriku biex jitnaqqas il-konsum ta' l-enerġija primarja u domandi għoljin billi tingħata preċedenza għall-investimenti f'miżuri ta' effiċjenza ta' l-enerġija, jew miżuri oħra, bħal ma huma kuntratti ta' provvista mingħajr interruzzjoni, investimenti żejda biex tiżdied il-kapaċità tal-ġenerazzjoni, jekk ta' l-ewwel ikunu l-iktar għażla ekonomika u effettiva, waqt li jkun kunsidrat l-impatt ambjentali pożittiv ta' konsum imnaqqas ta' l-enerġija u s-sigurtà tal-provvista, kif ukoll l-aspetti tan-nefqa tad-distribuzzjoni relatata magħha;

"sorsi ta' enerġija mġedda" tfisser sorsi ta' enerġija non-fossili (riħ, xemx, ġeotermali, mewġ, tifrigħ tal-baħar, qawwa mill-ilma, biomassa, gassijiet minn miżbliet, gass minn impjanti tat-trattament tad-drenaġġ u bio-gassijiet);

"ġenerazzjoni distribwita" tfisser impjanti ta' ġenerazzjoni mgħaqqda mas-sistema tad-distribuzzjoni.

KAPITOLU II

REGOLI ĠENERALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONI TAS-SETTUR

Artikolu 3

L-Obbligi tas-servizz pubbliku u l-protezzjoni tal-klijent

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fuq il-bażi ta' l-organizzazzjoni istituzzjonali tagħhom u b'rabta mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, li, mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2, l-impriżi ta' l-elettriku jiħaddmu f'konfomità mal-prinċipji ta' din id-Direttiva bil-ħsieb li jintlaħaq suq kompetittiv, assikurat, u sostenibbli ambjentalment fil-qasam ta' l-elettriku, u dawn m'għandhomx joħolqu diskriminazzjoni bejn dawn l-impriżi fejn jikkonċerna d-drittijiet jew l-obbligi tagħhom.

2. F'kunsiderazzjoni sħiħa lejn id-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikolu 86 miġjub fih, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi li jkunu qed jaħdmu fis-settur ta' l-elettriku, u fl-interess ekonomiku ġenerali, l-obbligi tas-servizz pubbliku li jistgħu jkunu marbuta mas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-provvista, ir-regolarità, il-kwalità u l-prezz tal-provvisti u l-protezzjoni ta' l-ambjent, inklużi l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-protezzjoni tal-klima. Obbligi bħal dawn għandhom ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, non-diskriminatorji, li jistgħu jiġu verifikati, u għandhom jiggarantixxu l-ugwaljanza ta' l-aċċess li l-kumpaniji ta' l-elettriku ta' l-UE ikollhom għall-klijenti nazzjonali. B'rabta mas-sigurtà tal-provvista, l-effiċjenza ta' l-enerġija/amministrazzjoni ta' xiri u bejgħ u għat-twettiq ta' l-għanijiet ambjentali, kif hemm imfisser f'dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-implimentazzjoni ta' ppjanar għal żmien twil, waqt li tkun kunsidrata l-possibilità li terzi partijiet jistgħu jitolbu li jkollhom aċċess għas-sistema.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti domestiċi kollha, u, fejn l-Istati Membri jaraw bħala xieraq, l-impriżi ż-żgħar, (speċjalment impriżi b'inqas minn 50 persuna impjegata u b'turnover annwali jew karta bilanċjanti li ma tkunx taqbeż l-10 miljun Ewro), ikunu jgawdu servizzi universali, jiġifieri d-dritt li jkunu fornuti b'elettriku ta' kwalità speċifikata fit-territorju tagħhom bi prezzijiet li jkunu raġonevoli, kumparabbli b'mod ħafif u ċar u trasparenti. Biex tkun żgurata d-disposizzjoni ta' servizz universali, l-Istati Membri jistgħu jaħtru fornitur bħala l-aħħar għażla tagħhom. L-Istati Membri għandhom jimponu fuq il-kumpaniji tad-distribuzzjoni l-obbligu li jgħaqqdu lill-klijenti mal-grid tagħhom taħt termini, kondizzjonijiet u tariffi li jkunu stabbiliti f'konformità mal-proċedura li hemm fl-Artikolu 23(2). Xejn f'din id-Direttiva m'għandu jħalli lill-Istati Membri milli jsaħħu l-pożizzjoni tas-suq tal-konsumaturi domestiċi, żgħar u medji billi jmexxu 'l quddiem il-possibilitajiet ta' aggregazzjoni volontarja tar-rappreżentanza għal din il-klassi ta' konsumaturi.

L-ewwel sotto-paragarfu għandu jiġi implimentat f'manjiera trasparenti u non-diskriminatorja u m'għandux jimpedixxi l-ftuħ tas-suq li hemm provdut fl-Artikolu 21.

4. Meta jkun hemm kumpens finanzjarju, forom oħra ta' kumpens u drittijiet esklussivi li Stat Membru jagħti għat-twettiq ta' l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, dan għandu jsir f'manjiera non-diskriminatorja u trasparenti.

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu lill-klijenti finali, u għandhom jiżguraw b'mod partikolari li jkun hemm salvagwardji adegwati biex jipproteġu lill-klijenti vulnerabbli, inklużi miżuri biex jgħinuhom jevitaw il-qtugħ tal-konnettività. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jipproteġu lill-klijenti finali f'żoni remoti. Dawn għandhom jiżguraw livelli għolja ta' protezzjoni tal-konsumatur, partikolarment fejn jikkonċerna t-trasparenza dwar termini u kondizzjonijiet kuntrattwali, informazzjoni ġenerali, u mekkaniżmi ta' soluzzjoni ta' kwistjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijent eliġibbli jkun fil-fatt jista' imur ma' fornitur ġdid. B'rabta minn ta' l-anqas mal-klijenti domestiċi, dawn il-miżuri għandhom jinkludu dawk stabbiliti fl-Anness A.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' l-elettriku jispeċifikaw fil- jew mal-kontijiet u f'materjal ta' pubbliċità li jkun disponibbli għall-klijent finali:

(a) il-kontribuzzjoni ta' kull sors ta' enerġija lejn it-taħlita ġenerali tal-karburant li jkun għamel il-fornitur matul is-sena ta' qabel;

(b) minn ta' l-anqas referenza lejn is-sorsi ta' referenza eżistenti, bħalma huma paġni ta' l-internet, fejn tkun disponibbli b'mod pubbliku l-informazzjoni fuq l-impatt ambjentali, f'termini ta' emissjonijiet ta' CO2 u skart radjoattiv li jkun ġej mill-elettriku prodott mit-taħlita ġenerali tal-karburant li l-fornitur ikun għamel matul is-sena ta' qabel.

B'rabta ma' l-elettriku miksub permezz ta' elettriku skambjat jew importat minn impriża li tkun tinsab barra l-Komunità, jistgħu jintużaw figuri aggregati miksuba mill-iskambju jew mill-impriża in kwistjoni matul is-sena ta' qabel.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta mill-fornituri lill-klijenti tagħhom f'konformità ma' dan l-Artikolu tkun waħda ta' min jorbot fuqha.

7. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri xierqa biex jinkisbu l-għanijiet tal- koeżjoni ekonomika u soċjali, il-protezzjoni ta' l-ambjent, li tista' tinkludi miżuri ta' effiċjenza ta' l-enerġija/amministrazzjoni ta' xiri u bejgħ u mezzi biex jiġi miġġieled il-bdil klimatiku, u s-sigurtà tal-provvista. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, id-disposizzjoni ta' inċentivi ekonomiċi adekwati, bl-użu, meta jkun xieraq, tal-mezzi nazzjonali u tal-Komunità eżistenti kollha, għaż-żamma u l-bini ta' l-infrastruttura meħtieġa ta' netwerks, inkluża l-kapaċità ta' l-interkonnettività.

8. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 6, 7, 20 u 22 kemm-il darba l-applikazzjoni tagħhom tkun tista' xxekkel il-prestazzjoni, fil-liġi jew fil-verità, ta' l-obbligi imposti fuq l-impriżi ta' l-elettriku fl-interess ekonomiku ġenerali, u kemm-il darba l-iżvilupp tas-sengħa ma jkunx affettwat b'tali mod li jkun imur kontra l-interessi tal-Komunità. L-interessi tal-Komunità jinkludu, fost oħrajn, il-kompetizzjoni dwar il-konsumaturi eliġibbli f'konformità ma' din id-Direttiva u l-Artikolu 86 tat-Trattat.

9. L-Istati Membri għandhom, meta tiġi implimentata din id-Direttiva, jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kollha adottati biex ikunu aderiti l-obbligi tas-servizz universali u dak pubbliku, inkluż il-protezzjoni tal-konsumatur u dik ambjentali, u l-effett possibbli tagħhom fuq il-kompetizzjoni nazzjonali u internazzjonali, kemm jekk miżuri bħal dawn ikunu jeħtieġu deroga minn din id-Direttiva jew le. Minn hemm 'il quddiem huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar kwalunkwe tibdil f'miżuri bħal dawn, kemm jekk dawn ikunu jeħtieġu xi deroga minn din id-Direttiva jew le.

Artikolu 4

Is-Sorveljanza tas-sigurtà tal-provvista

L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sorveljanza tas-sigurtà fi kwistjonijiet ta' provvista. Fejn l-Istati Membri jkunu jikkunsidraw bħala xieraq, huma jistgħu jiddelegaw dan il-kompitu lill-awtoritajiet regolatorji li hemm imsemmija fl-Artikolu 23(1). Din is-sorveljanza għandha, b'mod partikolari, tkopri l-bilanċ tal-provvista/domanda fuq is-suq nazzjonali, il-livell ta' domanda mistennija fil-futur u l-kapaċità addizzjonali kontemplata li tkun qed tiġi ppjanata f'fażi ta' kostruzzjoni, u l-kwalità u l-livell ta' żamma tan-netwerks, kif ukoll miżuri li jkopru domanda għolja biex dawn ikunu jistgħu jlaħħqu man-nuqqas ta' wieħed mill-fornituri jew aktar. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw kull sentejn, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju, rapport li jkun juri fil-qosor it-tisjib li jkun ġej mis-sorveljanza ta' dawn il-kwistjonijiet, kif ukoll kwalunkwe miżuri meħuda jew kontemplati li jkunu indirizzati; dawn għandhom jgħaddu dan ir-rapport lill-Kummissjoni minnufih.

Artikolu 5

Regoli tekniċi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji ta' sigurtà teknika jkunu definiti u li r-regoli tekniċi li jistabbilixxu d-disinn tekniku minimu u l-kriterji minimi tat-tħaddim għall-konnettività mas-sistema ta' l-istallazzjonijiet ta' ġenerazzjoni, sistemi ta' distribuzzjoni, tagħmir tal-konsumatur imqabbad direttament, ċirkwiti interkonnettivi u l-linji diretti jkunu żviluppati u magħrufa pubblikament. Dawn ir-regoli tekniċi għandhom jiżguraw it-tħaddim bejn is-sistemi u għandhom ikunu oġġettivi u non-diskriminatorji. Dawn għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni f'konformità ma' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li jistabbilixxi proċedura għad-disposizzjoni ta' informazzjoni fil-qasam ta' standards u regolamenti tekniċi u ta' regolamenti fuq l-Informazzjoni dwar is-Servizzi lejn is-Soċjetà [11].

KAPITOLU III

IL-ĠENERAZZJONI

Artikolu 6

Proċedura ta' awtorizzazzjoni għal kapaċità ġdida

1. Għall-bini ta' kapaċità ġdida ta' ġenerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw proċedura ta' awtorizzazzjoni, li għandha ssir f'konformità ma' kriterji oġġettivi, trasparenti u non-diskriminatorji.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għall-bini ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni fil-konfini tagħhom. Dawn il-kriterji jistgħu jkun marbuta ma':

(a) is-sigurtà tas-sistema ta' l-elettriku, stallazzjonijiet u tagħmir assoċjat;

(b) protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà pubblika;

(ċ) protezzjoni ta' l-ambjent;

(d) l-użu ta' l-art u l-lokalità;

(e) l-użu ta' art pubblika;

(f) l-effiċjenza ta' l-enerġija;

(g) in-natura ta' għejun primarji;

(g) karatteristiċi partikolari għall-applikant, bħal kapaċitajiet tekniċi, ekonomiċi u finanzjarji;

(ħ) konformità ma' miżuri adottati skond l-Artikolu 3.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta' l-awtorizzazzjoni għal ġenerazzjoni żgħira u/jew distribwita jkunu jikkunsidraw il-qies limitat u l-impatt potenzjali tagħhom.

4. Il-proċeduri u l-kriterji ta' l-awtorizzazzjoni għandhom isiru pubbliċi. L-applikanti għandhom ikunu infurmati dwar ir-raġunijiet għal kwalunkwe rifjut biex dawn jingħataw l-awtorizzazzjoni. Ir-raġunijiet għandhom ikunu oġġettivi, non-diskriminatorji, raġunati u sostanzjati kif suppost. Proċeduri ta' appell għandhom ikunu disponibbli għal kull applikant.

Artikolu 7

It-Tfigħ ta' offerti għal kapaċità ġdida

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-possibilità, fl-interessi tas-sigurtà tal-provvista, li jipprovdu kapaċità ġdida jew effiċjenza fl-enerġija/miżuri ta' amministrazzjoni ta' xiri u bejgħ permezz ta' proċedura ta' tfigħ ta' offerti jew kwalunkwe proċedura oħra f'termini ta' trasparenza u non-diskriminazzjoni, fuq il-bażi ta' kriterji ppubblikati. Il-proċeduri jistgħu, madankollu, jkunu introdotti jekk fuq il-bażi tal-proċedura ta' l-awtorizzazzjoni, il-kapaċità tal-ġenerazzjoni li tkun qed tinbena jew il-miżuri li jkunu qed jittieħdu f'rabta ma' l-effiċjenza fl-enerġija/amministrazzjoni ta' xiri u bejgħ ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista.

2. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw il-possibilità, fl-interessi tal-protezzjoni ta' l-ambjent u l-promozzjoni ta' teknoloġiji ġodda, li joħorġu offerti għal kapaċitajiet ġodda fuq il-bażi ta' kriterji ppubblikati. Din l-offerta tista' tkun f'rabta ma' kapaċità ġdida jew effiċjenza fl-enerġija/miżuri ta' amministazzjoni ta' xiri u bejgħ. Il-proċedura ta' ħruġ ta' offerti tista', madankollu, tkun introdotta biss jekk fuq il-bażi tal-proċedura ta' l-awtorizzazzjoni, il-kapaċità ġeneranti li tkun qed tinbena jew il-miżuri li jkunu qed jittieħdu ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

3. Dettalji dwar il-proċedura ta' l-offerti biex tiġi ġġenerata l-kapaċità u għal miżuri ta' l-effiċjenza fl-enerġija/amministrazzjoni ta' xiri u bejgħ għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea minn ta' l-anqas sitt xhur qabel id-data ta' l-għeluq għall-offerti.

L-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerti għandhom ikunu disponibbli lil kwalunkwe impriża interessata li tkun stabbilita fit-territorju ta' Stat Membru sabiex din ikollha żmien biżżejjed li fih tkun tista' tintefa' l-offerta.

Bil-ħsieb li tkun żgurata t-trasparenza u n-non-diskriminazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta għandu jkollhom deskrizzjoni dettaljata ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u tal-proċedura li għandha tiġi segwita minn dawk kollha li jitfgħu l-offerta tagħhom, kif ukoll lista dettaljata tal-kriterji li jirregolaw l-għażla ta' dawk li jitfgħu l-offerti u kif jingħata l-kuntratt, inklużi l-inċentivi, bħal sussidji, li jkunu koperti mill-offerta. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jkunu marbuta wkoll ma' l-oqsma li hemm imsemmija fl-Artikolu 6(2).

4. Fis-sejħat għall-offerti għall-kapaċità rekwiżita ta' ġenerazzjoni, għandhom ikunu kunsidrati wkoll offerti għall-provvista ta' l-elettriku b'garanziji ta' tul ta' żmien minn units eżistenti ta' ġenerazzjoni, sakemm kriterji addizzjonali jkunu jistgħu jintlaħqu b'dan il-mod.

5. L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità jew entità pubblika jew entità privata li tkun indipendenti mill-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista ta' l-elettriku, li tista' tkun awtorità regolatorja kif hemm imfisser fl-Artikolu 23(1), biex tkun responsabbli mill-organizzazzjoni, is-sorveljanza u l-kontroll tal-proċedura għall-offerti imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4. Fejn operatur ta' sistema ta' trasmissjoni ikun awtonomu b'mod sħiħ minn attivitajiet oħra li mhumiex marbuta mas-sistema ta' trasmissjoni f'termini ta' pussess, l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni jista' jinħatar bħala entità responsabbli mill-organizzazzjoni, is-sorveljanza u l-ikkontrollar tal-proċedura ta' l-offerti. Din l-awtorità jew entità għandha tieħu l-miżuri neċessarji kollha biex tiżgura l-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni li jkun hemm fl-offerti.

KAPITOLU IV

IT-TĦADDIM TAS-SISTEMA TAT-TRASMISSJONI

Artikolu 8

Il-Ħatra ta' l-operaturi ta' sistema tat-trasmissjoni

L-Istati Membri għandhom jinnominaw, jew jitolbu lill-impriżi li jkollhom sistemi ta' trasmissjoni biex jinnomimaw, għal perjodu ta' żmien li għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-effiċjenza u l-bilanċ ekonomiku, operatur - jew aktar minn wieħed - ta' sistema ta' trasmissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta' sistema tat-trasmissjoni jkunu f'konformità ma' l-Artikoli 9 sa 12.

Artikolu 9

Il-Kompiti ta' l-operaturi ta' sistema ta' trasmissjoni

Kull operatur ta' sistema ta' trasmissjoni għandu jkun responsabbli biex:

(a) jiżgura l-abilità, għal perjodu twil ta' żmien, tas-sistema li din tkun tista' tilħaq domandi raġonevoli għat-trasmissjoni ta' l-elettriku;

(b) jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista permezz ta' kapaċità ta' trasmissjoni adegwata u sistema ta' min jafdaha;

(ċ) jikkontrolla ċ-ċirkulazzjoni ta' l-enerġija fuq is-sistema, waqt li jikkunsidra skambji ma' sistemi interkonnessi oħra. Għal dak il-għan, l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni għandu jkun responsabbli biex jiżgura sistema ta' l-elettriku tajba, ta' min jorbot fuqha u effiċjenti u, f'dak il-kuntest, biex jiżgura d-disponibilità tas-servizzi anċillari kollha neċessarji, kemm-il darba din id-disponibilità tkun waħda indipendenti minn kwalunkwe sistema ta' trasmissjoni oħra li magħha s-sistema tiegħu tkun mgħaqqda;

(d) jipprovdi lill-operatur ta' kwalunkwe sistema oħra li magħha s-sistema tiegħu tkun mgħaqqda, informazzjoni biżżejjed biex jiżgura t-tħaddim tajjeb u effiċjenti, l-iżvilupp kordinat u l-interoperabilità tas-sistema mgħaqqda;

(e) jiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn l-utenti tas-sistema jew bejn klassijiet ta' utenti tas-sistema, speċjalment favur l-impriżi relatati tiegħu;

(f) jipprovdi lill-utenti tas-sistema bl-informazzjoni li jkunu jeħtieġu għall-aċċess effiċjenti għas-sistema.

Artikolu 10

Il-Qsim ta' l-operaturi ta' sistemi ta' trasmissjoni

1. Fejn l-operatur ta' sistema ta' trasmissjoni ikun parti minn impriża integrata vertikalment, dan għandu jkun indipendenti minn ta' l-anqas f'termini tal-forma legali tiegħu, fl-organizzazzjoni, kif ukoll fit-teħid ta' deċiżjonijiet, minn attivitajiet oħra li ma jkollhomx x'jaqsmu mat-trasmissjoni. Dawn ir-regoli m'għandhomx joħolqu obbligu biex jiġi sseparat il-pussess ta' l-assi tas-sistema ta' trasmissjoni minn impriża integrata vertikalment.

2. Biex tkun żgurata l-indipendenza ta' l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni li hemm imsemmija fil-paragrafu 1, dawn il-kriterji minimi li ġejjin għandhom ikunu japplikaw:

(a) dawk il-persuni responsabbli mill-amministrazzjoni ta' l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni jistgħu ma jipparteċipawx fl-istrutturi tal-kumpanija ta' l-impriża ta' l-elettriku integrata vertikalment li tkun resposnabbli, direttament jew indirettament, mit-tħaddim ta' kuljum tal-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista ta' l-elettriku;

(b) għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex ikun żgurat li l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli mill-amministrazzjoni ta' l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni ikunu qed jiġu kunsidrati tabilħaqq f'manjiera li tiżgura li dawn ikunu jistgħu jaħdmu tassew b'mod indipendenti;

(ċ) l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni għandu jkollu d-drittijiet tat-teħid ta' deċiżjonijiet, indipendenti mill-impriża ta' l-elettriku integrata vertikalment, fejn għandhom x'jaqsmu l-assi meħtieġa biex iħaddem, iżomm jew jiżviluppa n-netwerks. Dan m'għandux jeskludi l-eżistenza ta' mekkaniżmi xierqa ta' kordinazzjoni, biex ikun żgurat li d-drittijiet ekonomiċi u ta' sorveljanza ta' l-amministrazzjoni li l-kumpanija-omm ikollha f'waħda sussidjarja fejn għandu x'jaqsam id-dħul fuq l-assi, regolati indirettament f'konformità ma' l-Artikolu 23(2), ikunu tabilħaqq protetti. B'mod partikolari, dan għandu jwassal lill-kumpanija-omm biex tapprova l-pjan finanzjarju annwali, jew kwalunkwe strument ekwivalenti, ta' l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni u biex tistabbilixxi limiti globali fuq il-livelli ta' dejn li s-sussidjarja tagħha jista' jkollha. Dan m'għandux jippermetti li l-kumpanija-omm tagħti struzzjonijiet dwar it-tħaddim ta' kuljum, U lanqas fejn għandu x'jaqsam deċiżjonijiet individwali li jikkoċernaw il-bini jew l-immodernizzar tal-linji ta' trasmissjoni, li ma jkunux jeċċedu t-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti;

(d) l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni għandu jwaqqaf programm ta' konformità, li jkun jistabbilixxi l-miżuri meħuda biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda mġieba diskriminatorja, u biex ikun żgurat li l-ħarsien tiegħu ikun issorveljat tajjeb. Il-programm għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi tal-ħaddiema biex jintlaħaq dan l-għan. Ta' kull sena għandu jkun sottomess rapport li fih ikun hemm stabbilit il-miżuri li jkunu ttieħdu; dan għandu jkun sottomess mill-persuna jew l-entità responsabbli mis-sorveljanza tal-programm ta' konformità lill-awtorità regolatorja, li hemm imsemmija fl-Artikolu 23(1), u għandu jiġi wkoll ippubblikat.

Artikolu 11

Id-dispaċċ u l-ibbilanċjar

1. Mingħajr preġudizzju għall-provvista ta' l-elettriku fuq il-bażi ta' l-obbligi kuntrattwali, inklużi dawk li jkunu ġejjin mill-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerti, l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni għandu, fejn dan ikollu din il-funzjoni, jkun responsabbli mid-dispaċċ ta' stallazzjonijiet ta' ġenerazzjoni fiż-żona tiegħu u biex jistabbilixxi l-użu ta' interkonnetturi ma' sistemi oħra.

2. Id-dispaċċ ta' stallazzjonijiet ta' ġenerazzjoni u l-użu ta' interkonnetturi għandhom jiġu determinati fuq il-bażi ta' kriterji li jistgħu jiġu approvati mill-Istat Membru u li dawn iridu jkunu oġġettivi, ippubblikati u applikati f'manjiera li ma tkunx diskriminatorja u li tkun tiżgura it-tħaddim proprju tas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku. Dawn għandhom jikkunsidraw il-preċedenza ekonomika ta' l-elettriku minn stallazzjonijiet ta' ġenerazzjoni disponibbli jew trasferimenti ta' interkonnetturi kif ukoll ir-restrizzjonijiet tekniċi fuq is-sistema.

3. Stat Membru jista' jitlob lill-operatur tas-sistema, meta jkun qed jittrassmetti stallazzjonijiet ta' ġenerazzjoni, biex jagħti prijorità lill-istallazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jkunu qed jużaw għejun ta' enerġija mġedda jew skart jew inkella li jkunu jipproduċu sħana u qawwa kkumbinata.

4. Stat Membru jista', għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista, jitlob li tingħata prijorità għad-dispaċċ ta' stallazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jkunu jużaw egħjun ta' karburant ta' enerġija primarja indiġena, sa livell li ma jkunx jeċċedi f'sena kalendarja aktar minn 15 % ta' l-enerġija primarja ġenerali meħtieġa biex tipproduċi l-elettriku li jkun ikkunsmat fl-Istat Membru konċernat.

5. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni biex dawn ikunu konformi ma' l-istandards minimi għaż-żamma u l-iżvilupp tas-sistema tat-trasmissjoni, inkluża l-kapaċità ta' l-interkonnettività.

6. L-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni għandhom jiksbu l-enerġija li jużaw biex ikopru t-telf fl-enerġija u jirriżervaw il-kapaċità fis-sistema tagħhom skond proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u li jkunu bbażati fuq is-suq, kulmeta dawn ikollhom dik il-funzjoni.

7. Ir-regoli adottati mill-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni għall-ibbilanċjar tas-sistema ta' l-elettriku għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, inklużi r-regoli biex l-utenti tas-sistema tan-netwerks tagħhom jiġu ċċarġjati għal skwilibrju ta' l-enerġija. Termini u kondizzjonijiet, inklużi regoli u tariffi, għad-disposizzjoni ta' servizzi bħal dawn minn operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni għandhom ikunu stabbiliti skond metodoloġija kompatibbli ma' l-Artikolu 23(2) u f'manjiera li ma tkunx diskriminatorju u li tkun tirrifletti n-nefqa, waqt li għandhom jiġu wkoll pubblikati.

Artikolu 12

Il-kunfidenzjalità mill-operaturi tas-sistem ta' trasmissjoni

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 jew kwalunkwe obbligu legali ieħor biex tkun żvelata l-informazzjoni, l-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni għandhom jikkonservaw il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva kummerċjalment li tkun inkisbet matul it-twettiq tal-kummerċ tiegħu. L-informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu proprja li tkun ġiet żvelata, li tista' tkun kummerċjalment vantaġġuża, għandha tkun disponibbli f'manjiera li ma tkunx diskriminatorja.

KAPITOLU V

IT-TĦADDIM TAS-SISTEMA TAD-DISTRIBUZZJONI

Artikolu 13

Il-ħatra ta' l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni

L-Istati Membri għandhom jaħtru jew jitolbu lill-impriżi li jkollhom jew li jkunu responsabbli minn sistemi ta' distribuzzjoni biex jinnominaw, għal perjodu ta' żmien li għandu jkun determinat mill-Istati Membri wara li dawn ikunu kkunsidraw l-effiċjenza u l-bilanċ ekonomiku, operatur jew aktar minn wieħed ta' sistema ta' distribuzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni jkunu qed jaħdmu f'konformità ma' l-Artikoli 14 sa 16.

Artikolu 14

Il-kompiti ta' l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni

1. L-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jżomm fiż-żona tiegħu sistema ta' distribuzzjoni ta' l-elettriku li tkun tajba, ta' min jafdaha u effiċjenti, partikolarment fejn għandu x'jaqsam l-ambjent.

2. Fi kwalunkwe ħaġa li tiġri, dan m'għandux jiddiskrimina bejn l-utenti tas-sistema jew inkella bejn klassijiet ta' utenti tas-sistema, partikolarment favur l-impriżi relatati tiegħu.

3. L-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jipprovdi lill-utenti tas-sistema bl-informazzjoni li dawn ikunu jeħtieġu biex ikollhom aċċess effiċjenti għas-sistema.

4. Stat Membru jista' jitlob lill-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni, meta jkun qed jittrassmetti stallazzjonijiet ta' ġenerazzjoni, biex jagħti prijorità lil stallazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jkunu qed jużaw għejun ta' enerġija mġedda jew skart jew inkella dawk li jkunu qed jipproduċu sħana u qawwa kumbinata.

5. L-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni għandhom jiksbu l-enerġija li jużaw biex ikopru t-telf fl-enerġija u biex jirriżervaw il-kapaċità fis-sistema tagħhom f'konformità ma' proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq, kulmeta dawn ikollhom din il-funzjoni. Dan il-kriterju għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu ta' l-elettriku li jkun inkiseb taħt kuntratti konklużi qabel l-1 ta' Jannar 2002.

6. Fejn l-operaturi jkunu responsabbli biex jibbilanċjaw is-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku, ir-regoli li dawn jadottaw għal dak il-għan għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, inklużi regoli biex l-utenti tas-sistema tan-netwerks tagħhom jkunu jistgħu jiġu ċċarġjati għal skwilibrju fl-enerġija. It-termini u l-kondizzjonijiet, inklużi r-regoli u t-tariffi, għad-disposizzjoni ta' servizzi bħal dawn mill-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni għandhom ikunu stabbiliti f'konformità ma' l-Artikolu 23(2) f'manjiera li ma tkunx diskriminatorja u li tkun tirrifletti tabilħaqq in-nefqa, filwaqt li għandhom jiġu wkoll pubblikati.

7. Fl-ippjanar u l-iżvilupp tan-netwerks tad-distribuzzjoni, l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jikkunsidra sew miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija/ta' amministrazzjoni fix-xiri u l-bejgħ u/jew ġenerazzjoni distribwita li jistgħu iwasslu biex il-kapaċità ta' l-elettriku la tiġi modernizzata u lanqas mibdula.

Artikolu 15

Id-diviżjoni tal-pussess ta' l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni

1. Fejn l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni ikun parti minn impriża integrata vertikalment, dan għandu jkun indipendenti minn ta' l-anqas f'termini tal-forma legali tiegħu, organizzazzjoni u teħid ta' deċiżjonijiet minn attivitajiet oħra li ma jkunux jikkonċernaw id-distribuzzjoni. Dawn ir-regoli m'għandhomx joħoloqu l-obbligu biex il-pusses ta' l-assi ta' l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni jiġi separat minn impriża integrata vertikalment.

2. F'żjieda mal-kriterji tal-paragrafu 1, fejn l-operatur tas-sistema tad-distrbuzzjoni ikun parti minn impriża integrata vertikalment, dan għandu jkun indipendenti, f'termini ta' l-organizzazzjoni tegħu u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, minn attivitajiet oħra la ma jkunux marbuta mad-distribuzzjoni. Biex jinkiseb dan, dawn il-kriterji minimi li ġejjin għandhom jgħoddu:

(a) Dawk il-persuni responsabbli mill-amministrazzjoni ta' l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni jistgħu ma jipparteċipawx fl-istrutturi tal-kumpanija ta' l-impriża integrata vertikalment li tkun responsabbli, direttament jew indirettament, mit-tħaddim ta' kuljum tal-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni u l-provvista ta' l-elettriku;

(b) għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex ikun żgurat li l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli mill-amministrazzjoni ta' l-operaturi tas-sistema tad-distrbuzzjoni jkunu ġew tabilħaqq kunsidrati, f'manjiera li jkun żgurat li dawn ikunu verament kapaċi li jaħdmu b'mod indipendenti;

(ċ) l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jkollu drittijiet effettivi dwar it-teħid ta' deċiżjonijiet, li jkunu indipendenti mill-impriża integrata vertikalment, dwar l-assi meħtieġa biex iħaddem, iżomm jew jiżviluppa n-netwerks. Dan m'għandux jeskludi l-eżistenza ta' mekkaniżmi xierqa ta' kordinazzjoni biex ikun żgurat li d-drittijiet tas-sorveljanza ekonomika u ta' l-amministrazzjoni tal-kumpanija-omm dwar id-dħul fuq l-assi, regolati indirettament f'konformità ma' l-Artikolu 23(2), ikunu verament żgurati f'waħda sussidjarja. B'mod partikolari, dan għandu jwassal biex il-kumpanija-omm tapprova l-pjan finanzjarju annwali, jew kwalunkwe strument ekwivalenti ieħor, ta' l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni, u biex tistabbilixxi limiti globali fuq il-livelli ta' dejn li kumpanija sussidjaraja tagħha jista' jkollha. Dan m'għandux iwassal biex il-kumpanija-omm tagħti xi struzzjonijiet dwar it-tħaddim ta' kuljum, u lanqas dwar deċiżjonijiet individwali marbuta mal-bini jew l-immodernizzar tal-linji ta' distribuzzjoni, li ma jkunux jeċċedu t-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti ieħor.

(d) l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jistabbilixxi programm ta' konformità, li jwaqqaf miżuri meħuda biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda mġieba diskriminatorja, u biex ikun żgurat ukoll li l-ħarsien ta' dan ikun sorveljat tajjeb. Il-programm għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi tal-ħaddiema biex jilħqu dan il-għan. Għandu jiġi sottomess rapport annwali li fih ikun stabbiliti l-miżuri li jkunu ttieħdu. Dan għandu jkun sottomess mill-persuna jew l-entità responsabbli mis-sorveljanza tal-programm ta' konformità lill-awtorità regolatorja li hemm imsemmija fl-Artikolu 23(1), u għandu jiġi wkoll pubblikat.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1 u 2 għall-impriżi integrati ta' l-elettriku, li jkunu jservu inqas minn 100000 abbonat, jew li jkunu jservu sistemi żgħar u iżolati.

Artikolu 16

Il-Kunfidenzjalità għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 jew kwalunkwe obbligu legali ieħor biex tiġi żvelata l-informazzjoni, l-opertaur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jikkonserva il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva kummerċjalment li tkun inkisbet matul it-twettiq tal-kummerċ tiegħu, u għandu jipprevjeni informazzjoni fuq l-attivitajiet tiegħu li tista' tkun kummerċjalment vantaġġuża jekk din tiġi żvelata f'manjiera diskriminatorja.

Artikolu 17

Operatur kumbinat

Ir-regoli li hemm fl-Artikoli 10(1) u 15(1) ma jipprevjienux it-tħaddim ta' operatur ta' sistema kumbinata ta' trasmissjoni u distribuzzjoni, li jkun indipendenti f'termini tal-forma legali tiegħu, l-organizzazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet minn attivitajiet oħra li ma jkunux jikkonċernaw it-tħaddim ta' sistema ta' trasmissjoni jew distribuzzjoni, u li jkun jilħaq il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) sa (d). Dawn ir-regoli m'għandhomx joħolqu l-obbligu biex il-pussess ta' l-assi tas-sistema kumbinata jiġi sseparat mill-impriża integrata vertikalment:

(a) dawk il-persuni responsabbli mill-amministrazzjoni ta' l-operatur tas-sistema kumbinata jistgħu ma jipparteċipawx fl-istrutturi tal-kumpanija ta' l-impriża integrata vertikalment li tkun responsabbli, direttament jew indirettament, mit-tħaddim ta' kuljum tal-ġenerazzjoni, jew il-provvista ta' l-elettriku;

(b) għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex ikun żgurat li l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli mill-amministrazzjoni ta' l-operatur tas-sistema kumbinata jiġu verament kunsidrati f'manjiera li tkun tiżgura li dawn ikunu tabilħaqq jistgħu jaħdmu b'mod indipendenti;

(ċ) l-operatur tas-sistema kumbinata għandu jkollu drittijiet effettivi dwar it-teħid ta' deċiżjonijiet, independentement mill-impriża ta' l-elettriku integrata, dwar l-assi meħtieġa biex iħaddem, iżomm u jiżviluppa n-netwerks. Dan m'għandux jipprevjeni l-eżistenza ta' mekkaniżmi xierqa ta' kordinazzjoni biex ikun żgurat li d-drittijiet tas-sorveljanza ekonomika u ta' l-amministrazzjoni tal-kumpanija-omm fejn għandu x'jaqsam id-dħul fuq l-assi, regolati indirettament f'konformità ma' l-Artikolu 23(2), ikunu tabilħaqq protetti f'waħda sussidjarja. B'mod partikolari, dan għandu jwassal lill-kumpanija-omm biex tapprova l-pjan finanzjarju annwali, jew kwalunkwe strument ekwivalenti ieħor, ta' l-operatur tas-sistema kumbinata u biex din tistabbilixxi wkoll limiti globali fuq il-livelli ta' dejn li jkollha dik sussidjarja. Dan m'għandux iħalli lill-kumpanija-omm biex tagħti struzzjonijiet dwar it-tħaddim ta' kuljum, lanqas dwar deċiżjonijiet individwali li jkunu jikkonċernaw il-bini jew l-immodernizzar ta' linji ta' trasmissjoni jew distribuzzjoni, li ma jkunux jeċċedu t-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti ieħor;

(d) l-operatur tas-sistema kumbinata għandu jistabbilixxi programm ta' konformità li jwaqqaf miżuri meħuda biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda mġieba diskriminatorja, u li jkunu jiżguraw li l-ħarsien ta' dan ikun sorveljat tajjeb. Il-programm għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi tal-ħaddiema biex jintlaħaq dan il-għan. Ta' kull sena il-persuna jew l-entità responsabbli mis-sorveljanza tal-programm ta' konformità għandha tissottometti rapport li fih ikun hemm il-miżuri meħuda; dan għandu jkun sottomess lill-awtorità regolatorja li hemm imsemmija fl-Artikolu 23(1) u għandu jiġi wkoll ippubblikat.

KAPITOLU VI

ID-DIVIŻJONI TAL-PUSSESS U T-TRASPARENZA TAL-KONTIJIET

Artikolu 18

Id-Dritt ta' l-aċċess għall-kontijiet

1. L-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li dawn jinnominaw, inklużi l-awtoritajiet regolatorji li hemm imsemmija fl-Artikolu 23, għandhom, kemm-il darba jkun meħtieġ li dawn iwettqu d-dmiritjiet tagħhom, ikollhom id-dritt ta' l-aċċess għall-kontijiet ta' l-impriżi ta' l-elettriku kif stabbilit fl-Artikolu 19.

2. L-Istati Membri u kwalunkwe awtorità kompetenti nominata, inklużi l-awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 23, għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni li tkun sensittiva kummerċjalment. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-isvelar ta' tali informazzjoni fejn dan ikun meħtieġ biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

Artikolu 19

Id-Diviżjoni tal-pusses tal-kontijiet

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-kontijiet ta' l-impriżi ta' l-elettriku jinżammu f'konformità mal-paragrafi 2 sa 3.

2. L-impriżi ta' l-elettriku, minkejja s-sistema tal-pussess tagħhom jew il-forma legali li jkollhom, għandhom jagħmlu, jissottomettu għall-verifika u jippubblikaw il-kontijiet annwali tagħhom f'konformità mar-regoli tal-liġi nazzjonali dwar il-kontijiet annwali ta' kumpaniji b'lijabilità limitata adottata skond ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KE tal-25 ta' Lulju 1978 bbażata fuq l-Artikolu 44(2)(ġ) [12] tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji [13].

Impriżi li ma jkunux obbligati legalment biex jippubblikaw il-kontijiet annwali tagħhom għandhom iżommu kopja ta' dawn għad-disposizzjoni tal-pubbliku fil-kwartieri ġenerali tagħhom.

3. L-impriżi ta' l-elettriku għandhom, fis-sistema interna tagħhom ta' kif jinżammu l-kontijiet, iżommu kontijiet separati għal kull waħda mill-attivitajiet ta' trasmissjoni u distribuzzjoni li huma jwettqu daqs li kieku kellhom jagħmlu hekk jekk l-attivitajiet in kwistjoni kellhom jitwettqu minn impriżi separati, bil-ħsieb li jkunu evitati d-diskriminazzjoni, l-inter-sussidjarjetà u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dawn għandhom iżommu wkoll il-kontijiet, li jistgħu jkunu konsolidati, għal attivitajiet oħra ta' l-elettriku li ma jkunux marbuta mat-trasmissjoni jew id-distribuzzjoni. Sa l-1 ta' Lulju 2007, dawn għandhom iżommu kontijiet separati dwar attivitajiet ta' provvista għall-klijenti eleiġibbli u dwar attivitajiet ta' provvista għall-klijenti li ma jkunux eliġibbli. L-introjtu mill-pusses tas-sistema tat-trasmissjoni/distribuzzjoni għandu jkun speċifikat fil-kontijiet. Fejn ikun xieraq, dawn għandhom iżommu kontijiet konsolidati għal attivitajiet oħra li ma jkunux ta' l-elettriku. Il-kontijiet interni għandhom jinkludu karta bilanċjanti u kont tal-qligħ u t-telf għal kull attività.

4. Il-verifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha, b'mod partikolari, tivverifika li l-obbligu biex ikunu evitati d-diskriminazzjoni u l-inter-sussidjarjetà li hemm imsemmija fil-paragrafu 3, tkun rispettata.

KAPITOLU VII

L-ORGANIZZAZZJONI TA' L-AĊĊESS GĦAS-SISTEMA

Artikolu 20

L-Aċċess ta' terzi partijiet

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta' sistema ta' aċċess għal terzi partijiet lejn is-sistemi ta' trasmissjoni u distribuzzjoni bbażati fuq tariffi ppubblikati, li jkunu japplikaw għall-klijenti kollha eliġibbli u applikati b'mod oġġettiv u mingħajr diskriminazzjoni bejn l-utenti tas-sistema. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn it-tariffi, jew il-metodoloġiji li jkunu moħbija fil-kalkoli tagħhom, ikunu approvati qabel id-dħul tagħhom fis-seħħ f'konformità ma' l-Artikolu 23 u li dawn it-tariffi, u il-metodoloġiji - fejn il-metodoloġiji jkunu approvati - jiġu ppubblikati qabel id-dħul tagħhom fis-seħħ.

2. L-operatur ta' sistema ta' trasmissjoni jew distribuzzjoni jista' jirrifjuta l-aċċess fejn dan tkun tonqsu l-kapaċità neċessarja. Għal rifjut bħal dan għandhom jingħataw raġunijiet sostanzjati, b'mod partikolari wara li jkun ġie kkunsidrat l-Artikolu 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fejn ikun xieraq u meta jseħħ dan ir-rifjut ta' l-aċċess, li l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni jew distribuzzjoni jipprovdi l-informazzjoni relevanti fuq miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-infurzar tan-netwerks. Il-parti li tagħmel talba għal tali informazzjoni tista' tiġi ċċarġjata miżata raġonevoli li tkun tirrifletti n-nefqa biex tkun ipprovduta din l-informazzjoni.

Artikolu 21

Il-ftuħ tas-suq u r-reċiproċità

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti eliġibbli jkunu:

(a) sa' l-1 ta' Lulju 2004, il-klijenti eliġibbli kif speċifikat fl-Artikolu 19(1) sa (3) tad-Direttiva 96/92/KE. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw sal-31 ta' Jannar ta' kull sena l-kriterji għad-definizzjoni ta' dawn il-klijenti eliġibbli;

(b) sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2004, il-klijenti non-domestiċi kollha;

(ċ) mill-1 ta' Lulju 2007, il-klijenti kollha.

2. Biex ma jkunx hemm skwilibrju fil-ftuħ tas-suq ta' l-elettriku:

(a) il-kuntratti għall-provvista ta' l-elettriku ma' klijent eliġibbli fis-sistema ta' Stat Membru ieħor m'għandhomx ikunu pprojbiti, jekk il-klijent ikun kunsidrat bħala eliġibbli fiż-żewġ sistemi involuti;

(b) fil-każijiet fejn it-transazzjonijiet deskritti fil-punt (a) ikunu rifjutati għaliex il-klijent ikun eliġibbli biss f'waħda miż-żewġ sistemi, il-Kummissjoni tista' tobbliga, waqt li tikkunsidra s-sitwazzjoni li jkun hemm fis-suq u l-interess komuni, lill-parti li qed tirrifjuta biex din twettaq il-provvista meħtieġa fuq it-talba ta' l-Istat Membru fejn ikun joqgħod il-klijent eliġibbli.

Artikolu 22

Linji diretti

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex:

(a) il-produtturi kollha ta' l-elettriku u l-impriżi kollha tal-provvista ta' l-elettriku stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu l-elettriku lill-bini tagħhom proprja, lis-sussidjarji tagħhom, kif ukoll lill-klijenti eliġibbli permezz ta' linja diretta;

(b) kwalunkwe klijent eliġibbli fit-territorju tagħhom ikun ipprovdut permezz ta' linja diretta minn produttur jew minn impriża ta' provvista.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għall-bini ta' linji diretti fit-territorju tagħhom. Dawn il-kriterji għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji.

3. Il-possibilità li l-elettriku ikun ipprovdut permezz ta' linja diretta li hemm imsemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex taffettwa l-possibilità li l-elettriku jkun kuntrattat f'konformità ma' l-Artikolu 20.

4. L-Istati Membri jistgħu jieħdu awtorizzazzjoni biex jibnu linja diretta soġġett jew għar-rifjut ta' l-aċċess għas-sistema fuq il-bażi, kif inhu xieraq, ta' l-Artikolu 20, jew inkella għall-bidu ta' proċedura li twassal għal soluzzjoni ta' kwistjoni taħt l-Artikolu 23.

5. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jawtorizzaw linja diretta jekk l-għoti ta' tali awtorizzazzjoni tkun tista' xxekkel id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3. Għal rifjut bħal dan għandhom jingħataw raġunijiet sostanzjati.

Artikolu 23

L-Awtoritajiet regolatorji

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw entità jew entitajiet kompetenti bħala awtoritajiet regolatorji. Dawn l-awtoritajiet għandhom ikunu indipendenti b'mod sħiħ mill-interessi ta' l-industrija ta' l-elettriku. Dawn għandhom, permezz ta' l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, ikunu minn ta' l-anqas responsabbli biex jiżguraw in-non-diskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u t-tħaddim effiċjenti tas-suq, waqt li tissorvelja b'mod partikolari:

(a) ir-regoli fuq l-amministrazzjoni u l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' l-interkonnettività, f'rabta ma' l-awtorità jew awtoritajiet regolatorja/i ta' dawk l-Istati Membri li magħhom ikun hemm tali interkonnettività;

(b) kwalunkwe mekkaniżmi li jkollhom x'jaqsmu mal-konġestjoni fil-kapaċità fi ħdan is-sistema nazzjonali ta' l-elettriku;

(ċ) iż-żmien meħud mill-impriżi tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni biex isiru l-konnessjonijiet u t-tiswijiet;

(d) il-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni xieraqa mill-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni dwar l-interkonnetturi, l-użu tal-grid u l-allokazzjoni tal-kapaċità lill-partijiet interessati, waqt li tkun kunsidrata wkoll il-ħtieġa li l-informazzjoni li ma tkunx aggregata tiġi trattata bħala kummerċjalment kunfidenzjali;

(e) id-diviżjoni effettiva tal-pussess tal-kontijiet, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 19, biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda inter-sussidji bejn attivitajiet ta' ġenerazzjoni, trasmissjoni, distribuzzjoni u provvista;

(f) it-termini, il-kondizzjonijiet u t-tariffi għal biex jitqabbdu produtturi ġodda ta' l-elettriku biex ikun iggarantit li dawn ikunu tabilħaqq oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, waqt li jikkunsidraw b'mod partikolari l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' diversi tekonoloġiji ta' egħjun ta' enerġija mġedda, il-ġenerazzjoni distribwita u l-qawwa u s-sħana kumbinati;

(g) il-limitu li għalih l-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni jaderixxu l-kompiti tagħhom f'konformità ma' l-Artikoli 9 u 14;

(h) il-livell ta' trasparenza u kompetizzjoni.

L-awtoritajiet stabbiliti f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom jippubblikaw rapport annwali fuq il-mod kif dawn ikunu wettqu s-sorveljanza li hemm imsemmija fil-punti (a) sa (g).

2. L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu reponsabbli minn ta' l-anqas għall-iffissar u l-approvazzjoni, qabel id-dħul tagħhom fis-seħħ, tal-metodoloġiji użati biex ikunu kkalkulati u stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet għal:

(a) il-konnessjoni u l-aċċess għal netwerks nazzjonali, inklużi tariffi ta' trasmissjoni u distribuzzjoni. Dawn it-tariffi, jew metodoloġiji, għandhom jippermettu l-investmenti meħtieġa fin-netwerks biex dawn jitwettqu f'manjiera li tkun tippermetti li dawn l-investimenti jkunu jiżguraw tabilħaqq il-vijabilità tan-netwerks;

(b) id-disposizzjoni ta' servizzi bilanċjanti.

3. Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet regolatorji jissottomettu, għal deċiżjoni formali, lill-entità relevanti fl-Istat Membru t-tariffi jew minn ta' l-anqas il-metodoloġiji msemmija f'dak il-paragrafu, kif ukoll il-modifikazzjonijiet fil-paragrafu 4. L-entità relevanti għandha, f'każ bħal dan, ikollha s-setgħa li jew tapprova jew inkella tirrifjuta abbozz ta' deċiżjoni sottomess mill-awtorità regolatorja. Dawn it-tariffi jew il-metodoloġiji jew modifikazzjonijiet għal dan għandhom ikunu ppubblikati flimkien mad-deċiżjoni fuq adozzjoni formali. Kwalunkwe rifjut formali ta' l-abbozz tad-deċiżjoni għandu jkun pubblikat bir-raġuni għaliex.

4. L-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni jew distribuzzjoni, jekk ikun meħtieġ, biex jimmodifikaw it-termini u l-kondizzjonijiet, it-tariffi, ir-regoli, il-mekkaniżmi u l-metodoloġiji msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, biex ikun żgurat li dawn ikunu verament proporzjonati u applikati f'manjiera li ma tkunx diskriminatorja.

5. Kwalunkwe parti li jkollha lment kontra operatur tas-sistema tat-trasmissjoni jew distribuzzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 jistgħu jirreferu l-ilment lill-awtorità regolatorja li, waqt li tkun qed taġixxi bħala awtorità li ssolvi l-kwistjoni, għandha tagħti deċiżjoni fi żmien xahrejn minn wara li din tkun irċeviet l-ilment. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn oħra fejn tkun qed tintalab informazzjoni addizzjonali mill-awtorità regolatorja. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż għal darb'oħra bi ftehim ma' dak li jkun għamel l-ilment. Deċiżjoni bħal din għandu jkollha effett vinkolanti kemm-il darba u sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni differenti b'appell.

Fejn ilment ikun jikkonċerna tariffi għal faċilitajiet ta' ġenerazzjoni ġodda u akbar, il-perjodu ta' xahrejn jista' jiġi estiż mill-awtorità regolatorja.

6. Kwalunkwe parti li tkun affettwata u li jkollha d-dritt li tressaq ilment dwar deċiżjoni fuq metodoloġiji meħuda skond il-paragrafi 2, 3 jew 4 jew, fejn l-awtorità regolatorja jkollha l-obbligu li tikkonsulta ruħha dwar il-metodoloġiji proposti, din tista', minn ta' l-anqas fi żmien xahrejn, jew f'perjodu iqsar kif deċiż mill-Istati Membri, wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew il-proposta għad-deċiżjoni, tissottometti l-ilment għar-reviżjoni. Tali ilment m'għandux iwassal għal xi sospensjoni.

7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jkunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom li hemm imsemmija fil-paragrafi 1 sa 5 b'mod effiċjenti u mħaffef.

8. L-Istati Membri għandhom joħolqu l-mekkaniżmi xierqa u effiċjenti għar-regolamentazzjoni, il-kontroll u t-trasparenza biex ikun evitat kwalunkwe abbuż ta' pożizzjoni dominanti, b'mod partikolari għad-detriment tal-konsumaturi, u kwalunkwe mġieba predatorja. Dawn il-mekkaniżmi għandhom jikkunsidraw id-disposizzjonijiet tat-Trattat, u b'mod partikolari l-Artikolu 82 miġjub fih.

Sa l-2010, l-awtoritajiet relevanti ta' l-Istati Membri għandhom jipprovdu, sal-31 ta' Lulju ta' kull sena, u f'konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni, lill-Kummissjoni b'rapport fuq id-dominanza fis-suq u fuq mġieba predatorja u antikompetittiva. Dan ir-rapport għandu, barra minn hekk, jirrevedi x-xejriet fit-tibdil tal-pussess u kwalunkwe miżuri prattiċi meħuda fuq livell nazzjonali biex tkun żgurata varjetà suffiċjenti ta' atturi tas-suq jew miżuri prattici meħuda biex jittejbu l-interkonnettività u l-kompetizzjoni. Mill-2010 'il quddiem, l-awtoritajiet relevanti għandhom jipprovdu rapport bħal dan kull sentejn.

9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu ttieħdu l-miżuri xierqa, inklużi azzjoni amministrattiva u proċeduri kriminali f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, kontra persuni naturali jew legali li jkunu responsabbli li jkunu kisru r-regoli tal-kunfidenzjalità li hemm imposti f'din id-Direttiva.

10. Fil-każ ta' kwistjonijiet inter-konfinanti, l-awtorità regolatorja li tieħu d-deċiżjoni għandha tkun l-awtorità regolatorja li jkollha ġurisdizzjoni fejn għandu x'jaqsam l-opertaur tas-sistema li jirrifjuta l-użu ta' jew l-aċċess għas-sistema.

11. L-ilmenti msemmija fil-paragrafi 5 u 6 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta' l-appell li hemm taħt il-liġi tal-Komunità jew dik nazzjonali.

12. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jgħinu fl-iżvilupp tas-suq intern u ta' pjattaforma livellata billi dawn jikkoperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni b'mod trasparenti.

KAPITOLU VIII

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 24

Miżuri ta' salvagwardja

Fil-każ li jkun hemm kriżi f'daqqa waħda fis-suq ta' l-enerġija u fejn is-sigurtà fiżika jew is-sigurtà tal-persuni, tat-tagħmir jew ta' l-istallazzjonijiet jew inkella ta' l-integrità tas-sistema tkun mhedda, Stat Membru jista' jieħu temporanjament il-miżuri meħtieġa ta' salvagwardja.

Miżuri bħal dawn għandhom jikkawżaw l-inqas tħarbit possibbli fit-tħaddim tas-suq intern u m'għandhomx ikunu aktar wiesa' fl-għan milli jkunu strettament meħtieġa biex joħolqu rimedju għad-diffikultajiet li jkunu qamu f'daqqa waħda.

L-Istat Membru konċernat għandu mingħajr dewmien javża dawn il-miżuri lill-Istati Membri l-oħra, u lill-Kummissjoni, li din tista' tiddeċiedi liema Stat Membru konċernat għandu jemenda jew jabolixxi tali miżuri, kemm-il darba dawn ikunu jħassru l-kompetizzjoni u jaffettwaw ħażin il-kummerċ b'mod li ma jkunx konformi ma' l-interess komuni.

Artikolu 25

Is-Sorveljanza ta' l-importazzjoni ta' l-elettriku

Kull tliet xhur l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar importazzjonijiet ta' elettriku, f'termini ta' ċirkolazzjonijiet fiżiċi, li jkunu saru matul it-tliet xhur ta' qabel minn terzi pajjiżi.

Artikolu 26

Derogi

1. L-Istati Membri li jistgħu juru, wara li d-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ, li hemm problemi sostanzjali fit-tħaddim tas-sistemi iżolati u żgħar tagħhom, jistgħu japplikaw għal deroga mid-disposizzjonijiet relevanti tal-Kapitoli IV, V, VI, VII, kif ukoll il-Kapitolu III, fil-każ ta' sistemi iżolati żgħar ħafna, sa fejn huma kkonċernati it-tiġdid, l-immodernizzar u l-espansjoni tal-kapaċità eżistenti, liema deroga tista' tingħatalhom mill-Kummissjoni. Din ta' l-aħħar għandha tinforma lill-Istati Membri dwar dawk l-applikazzjonijiet qabel ma tittieħed xi deċiżjoni, waqt li jkun ikkunsidrat ir-rispett lejn il-kunfidenzjalità. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan l-Artikolu għandu jkun japplika wkoll għal-Lussemburgu.

2. Stat Membri li, wara li d-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ, għal raġunijiet ta' natura teknika jkollu problemi sostanzjali biex jiftaħ is-suq tiegħu għal ċerti gruppi limitati ta' klijenti li ma jkunux domestiċi li hemm imsemmija fl-Artikolu 21(1)(b), jista' japplika għal deroga minn din id-disposizzjoni, li tista' tingħatalu mill-Kummissjoni għal perjodu li ma jkunx jeċċedi aktar minn 18-il xahar minn wara d-data msemmija fl-Artikolu 30(1). Fi kwalunkwe każ, deroga bħal din għandha tintemm fid-data msemmija fl-Artikolu 21(1)(ċ).

Artikolu 27

Il-proċedura tar-reviżjoni

Fil-każ li r-rapport imsemmi fl-Artikolu 28(3) jilħaq il-konklużjoni li biha, meta wieħed jikkunsidra l-mod effettiv li fih l-aċċess għan-netwerk ikun twettaq minn Stat Membru - li jwassal għal aċċess ta' netwerk effettiv b'mod sħiħ, mhux diskriminatorju u mhux imfixkel - il-Kummissjoni tikkonkludi li ċerti derogi imposti b'din id-Direttiva fuq l-impriżi (inklużi dawk dwar id-diviżjoni legali tal-pussess għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni) ma jkunux proporzjonati għall-għan segwit, l-Istat Membru in kwistjoni jista' jissottometti talba lill-Kummissjoni għall-eżenzjoni mill-kriterju in kwistjoni.

It-talba għandha tiġi nnotifikata, mingħajr dewmien, mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, flimkien ma' l-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa biex juri li l-konklużjoni milħuqa fir-rapport dwar l-aċċess effettiv għan-netwerk li jkun qed jiġi żgurat ikun se jinżamm tabilħaqq.

Fi żmien tliet xhur minn meta l-avviż ikun ġie riċevut, il-Kummissjoni għandha tadotta opinjoni dwar it-talba mill-Istat Membru konċernat, u fejn ikun xieraq, tissottometti proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex dawn jemendaw id-disposizzjonijiet relevanti tad-Direttiva. Il-Kummissjoni tista' tipproponi, fil-proposti biex tkun emendata d-Direttiva, li teżenta lill-Istat Membru konċernat minn kriterji speċifiċi, soġġett li dak l-Istat Membru jimplimenta miżuri ugwalment effettivi skond kif ikun xieraq.

Artikolu 28

Ir-Rappurtar

1. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tissottometti rapport ta' progress ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel it-tmiem ta' l-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, u minn hemm 'il quddiem fuq bażi annwali. Ir-rapport għandu minn ta' l-anqas ikopri:

(a) l-esperjenza miksuba u l-progress li jkun sar fil-ħolqien ta' suq intern komplut u operattiv fil-qasam ta' l-elettriku, kif ukoll l-ostakli li jibqgħu jeżistu hemm, inklużi aspetti ta' dominanza tas-suq, konċentrazzjoni fis-suq, imġieba predatorja jew anti-kompetittiva, u l-effett ta' dan f'termini ta' tgħawwiġ fis-suq;

(b) il-limitu li għalih il-kriterji tad-diviżjoni tal-pussess u tat-tarifikazzjoni li jkunu f'din id-Direttiva jkunu wasslu biex jiżguraw aċċess imparzjali u mhux diskriminatorju għas-sistema ta' l-elettriku tal-Komunità u livelli ekwivalenti ta' kompetizzjoni, kif ukoll il-konsegwenzi ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-ftuħ tas-suq ta' l-elettriku għall-klijenti;

(ċ) eżami fuq kwistjonijiet marbuta mal-livelli tal-kapaċità tas-sistema u mas-sigurtà tal-provvista ta' l-elettriku fil-Komunità, u b'mod partikolari l-bilanċ eżistenti u proġettat bejn id-domanda u l-provvista, waqt li tkun ikkunsidrata l-kapaċità fiżika għal skambji bejn iż-żoni;

(d) għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-miżuri meħuda fl-Istati Membri biex dawn ikopru d-domanda għolja u biex ilaħħqu man-nuqqasijiet ta' fornitur wieħed jew aktar;

(e) l-implimentazzjoni tad-deroga li hemm taħt l-Artikolu 15(2) bil-ħsieb ta' reviżjoni possibbli tat-threshold;

(f) stima ġenerali tal-progress miksub b'rabta ma' relazzjonijiet bilaterali ma' terzi pajjiżi li jipproduċu u jesportaw jew iġorru l-elettriku, inkluż il-progress fl-integrazzjoni tas-suq, il-konsegwenzi soċjali u ambjentali tal-kummerċ fil-qasam ta' l-elettriku, u l-aċċess għan-netwerks ta' tali terzi pajjiżi;

(g) il-bżonn għall-possibilità ta' kriterji ta' armonizzazzjoni li ma jkunux marbuta mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva;

(h) il-mod li fih l-Istati Membri jkunu implimentaw fil-prattika l-kriterji dwar l-ittikkettjar ta' l-enerġija li jinsabu fl-Artikolu 3(6), u l-mod li fih kwalunkwe Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni fuq din il-kwistjoni jkunu ġew kunsidrati.

Fejn ikun xieraq, dan ir-rapport jista' jinkludi rakkomandazzjonijiet speċjalment dwar l-iskop u l-modalitajiet tad-disposizzjonijiet ta' l-ittikkettjar inklużi p.eż. il-mod kif issir referenza għall-egħjun ta' referenza eżistenti u l-kontenut ta' dawn l-għejun, u speċjalment fuq il-mod li fih l-informazzjoni fuq l-impatt ambjentali, minn ta' l-anqas f'termini ta' emissjonijiet ta' CO2 u skart radjoattiv li jkun ġej mill-produzzjoni ta' l-elettriku minn għejun differenti ta' enerġija, tkun tista' ssir disponibbli f'manjiera trasparenti, b'aċċess ħafif u kumparabbli fl-Unjoni Ewropea kollha u fuq il-mod li fih il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex dawn jikkontrollaw l-eżattezza ta' l-informazzjoni li tingħata mill-fornituri jkunu jistgħu jiġu organizzati b'mod effettiv, kif ukoll il-miżuri biex jirreaġixxu għall-effetti negattivi li jġibu magħom id-dominanza u l-konċentrazzjoni fis-suq.

2. Kull sentejn, ir-rapport msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri analiżi tal-miżuri differenti meħuda fl-Istati Membri biex jilħqu l-obbligi tas-servizz pubbliku, flimkien ma' eżami fuq l-effettività ta' dawk il-miżuri u, b'mod partikolari, l-effetti tagħhom fuq il-kompetizzjoni fis-suq ta' l-elettriku. Fejn ikun xieraq, dan ir-rapport jista' jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri meħuda fuq livell nazzjonali biex jintlaħqu standards għoljin tas-servizz pubbliku, jew miżuri maħsuba biex jevitaw li ma jkunx hemm xi foreclosure fis-suq.

3. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2006, tgħaddi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dettaljat li jispjega l-progress fil-ħolqien tas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari, jikkunsidra:

- l-eżistenza ta' aċċess għan-netwerk li ma jkunx diskriminatorju;

- ir-regolamentazzjoni effettiva;

- l-iżvilupp ta' l-infrastruttura ta' l-interkonnettività u s-sigurtà tas-sitwazzjoni tal-provvista fil-Komunità;

- sa liema limitu l-benefiċċji sħaħ tal-ftuħ tas-swieq ikunu qed jiżdiedu għall-impriżi ż-żgħar u d-djar, speċjalment fejn għandhom x'jaqsmu standards ta' servizz pubbliku u servizz universali;

- sa liema limitu s-swieq ikunu miftuħa fil-prattika għall-kompetizzjoni effettiva, inklużi aspetti ta' dominanza fis-suq, konċentrazzjoni fis-suq u mġiba predatorja jew anti-kompetittiva;

- sa liema limitu l-klijenti jkunu attwalment qed jibdlu l-fornituri u jinnegozjaw mill-ġdid it-tariffi;

- l-iżvilupp fil-prezzijiet, inklużi l-prezzijiet tal-provvista, f'rabta mal-grad tal-ftuħ tas-swieq;

- l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-Direttiva sakemm l-independenza effettiva ta' l-operaturi tas-sistema f'impriżi integrati vertikalment tkun konċernata u jekk miżuri oħra f'żjieda ma' l-independenza funzjonali u s-separazzjoni tal-kontijiet ikunux ġew żviluppati u li allura jista' jkollhom effett ekwivalenti għal diviżjoni legali ta' pussess.

Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b'mod partikolari biex din tiggarantixxi standards għolja ta' servizz pubbliku.

Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b'mod partikolari biex din tiżgura l-independenza sħiħa u effettiva ta' l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni qabel l-1 ta' Lulju 2007. Fejn ikun meħtieġ, dawn il-proposti għandhom, f'konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni, ukoll jikkonċernaw miżuri biex ikunu indirizzati kwistjonijiet ta' dominanza fis-suq, konċentrazzjoni fis-suq u mġieba predatorja u anti-kompetittiva.

Artikolu 29

Tħassir

Id-Direttiva 90/547/KEE għandha titħassar b'effett mill-1 ta' Lulju 2004.

Id-Direttiva 96/92/KE għandha titħassar mill-1 ta' Lulju 2004 mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw it-terminu perentorju għat-trasposizzjoni u l-applikazzjoni ta' l-imsemmija Direttiva. Ir-referenzi li jsiru għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħallikieku qed isiru għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw f'konformità ma' l-iskeda ta' korrelazzjoni li hemm fl-Anness B.

Artikolu 30

L-Implimentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2004. Dawn għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar dan.

2. L-Istati Membri jistgħu jippostponu l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 15(1) sa l-1 ta' Lulju 2007. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kriterji li jkunu jinsabu fl-Artikolu 15(2).

3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 31

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-.

Artikolu 2

Lil min indirizzata

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Ġunju 2003.

Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

A. Tsochatzopoulos

[1] ĠU C 240 E, tat-28.8.2001, pġ. 60, u ĠU C 227 E, ta' l-24.9.2002, pġ. 393.

[2] ĠU C 36, tat-8.2.2002, pġ. 10.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2002 (ĠU C 47 E, tas-27.2.2003, pġ. 350), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-3 ta' Frar 2003 (ĠU C 50 E, ta' l-4.3.2003, pġ. 15) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Ġunju 2003 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 27, tat-30.1.1997, pġ. 20.

[5] Ara p. 57 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] Ara p. 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[7] ĠU L 313, tat-13.11.1990, pġ. 30. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/75/KE (ĠU L 276, tat-13.10.1998, pġ. 9).

[8] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1310/97 (ĠU L 180, tad-9.7.1997, pġ. 1).

[9] It-Titolu tad-Direttiva 83/349/KEE ġie aġġustat biex jikkunsidra n-numerazzjoni mill-ġdid ta' l-Artikoli tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea f'konformità ma' l-Artikolu 12 tat-Trattat ta' Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet għall-Artikolu 54(3)(ġ).

[10] ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 283, tas-27.10.2001, pġ. 28).

[11] ĠU L 204, tal-21.7.1998, pġ. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, pġ. 18).

[12] It-Titolu tad-Direttiva 78/660/KEE ġie aġġustat biex jikkunsidra n-numerazzjoni mill-ġdid ta' l-Artikoli tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea f'konformità ma' l-Artikolu 12 tat-Trattat ta' Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet għall-Artikolu 54(3)(ġ).

[13] ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, pġ. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 283, tas-27.10.2001, pġ. 28).

--------------------------------------------------

ANNESS I

Mizuri għall-protezzjoni tal-konsumatur

Mingħajr preġudizzju għar-regolamenti tal-Komunità rigward il-protezzjoni tal-konsumaturi, partikolarment id-direttivi 97/7/KE tal-parlament Ewropew u tal-Kunkill [1],u d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE [2], il mizuri riferiti f'Artiklu 3 jizguraw li l-Konsumaturi:

(a) ikollhom id-dritt ta' kuntratt ma' l-aġent ta' l-elettriku tagħhom li jispeċifika:

- l-identità u l-indirizz ta' l-aġent

- is-servizz provdut, il-kwalità u l-bidu tas-servizz

- Jekk possibbli, it-tipi ta' manutenzjoni li joffru

- Il-metodu kif l-ahhar teknoloġoja tista' tiġi adattata għas-servizz tal klijent

- id- dewmien tal-kuntratt, it-tiġdid u t-terminazzjoni tas-servizz, kif ukoll kull dritt biex xi parti tinhall mill-kuntratt

- kull kumpens jew radd lura ta' flus li jistgħu japplikaw jekk tonqos il-kwalità tas-servizz; kif ukoll

- il-metodu uzat f' kaz ta' dizgwid (ara punt f).

Il-kondizzjonijjiet għandhom ikunu gudti u magħrufa miz-zewg partijiet qabel il-firma tal-kuntratt. Meta xi kuntratti ikunu mdahhla fihom xi intermdjarji, dawni l-kondizzjonijiet irydu jkunu magħrufa qabel isir il-ftehim.

(b) iridu jingħataw informazzjoni neċessarja dwar it-titjib fil-prodotti u l-mod ta' kif iridu jagħmlu biex itejbu s-servizz. L-agenti għandhom jagħrfu lill-klijenti Mekk ikun se jogħala xi prodott. L-Istati Membri għamdhom jagħmlu minn kollox biex jagevolaw lill-klijenti li jridu jinhallu mill-kuntratti meta dawn jogħlilhom id-dawl.

(ċ) Jirċievu informazzjoni trasparenti fuq prezijiet ohara u l-kondizzjonijeit għandha terrifletti l-hlasijiet differenti. Il-konsumaturi għandom ikunu protetti minn reklami filoz. U kliem qarrieqi. Kollox għandu jkun ċar.

(d) Jindhaw diversi metodi ta' pagament. Kull differenza fil-kondizzjonijiet għandha tirrifletti l-hlasijiet differenti. Il-konsumaturi għandhom ikunu protetti minn reklami filoz. U kliem qarrieqi. Kollox għandu jkun ċar.

(e) Ma għandhomx ihallsu izjed meta jibdlu l-agent

(f) Jibbenefikaw minn proċeduri trasparenti u effettivi rigward l-ilmenti. dawn għandhom ikunu kemm jsita' jkun osra u mingħajr dewmien zejjed speċjament fejn jidhlu l-kumpersi je wir-rifuzjonijiet. dawn għandhom jimxu mar-Rakkimandazzjoni tal-Kummisjoni 98/257/KEE [3]

(g) Meta ikunu qed jirċievu servizz universali għandhom id-dritt li jkunu jafu id-differenzi bejniethom.

[1] ĠU L 144, ta' l-4.6.1997, p. 19.

[2] ĠU L 95, tal-21.4.1993, p. 29.

[3] ĠU L 115, tas-17.4.1998, p.31.

--------------------------------------------------

Anness B

Dijagramm ta' korrelazzjoni

Id-Direttiva 96/92/KE | Din id- Direttiva |

| |

Artiklu 1 | Artiklu 1 | L-Għan |

Artiklu 2 | Artiklu 2 | Id-Definizzjonijiet |

Artiklu 3 u 10 (1) | Artiklu 3 | PSOs u l-Protezzjoni tal-konsumaturi |

— | Artiklu 4 | L-immonitorjar tas-sigurtà |

Artiklu 7(2) | Artiklu 5 | Regoli teknici |

Artiklu 4 u 5 | Artiklu 6 | Proceduri għal kapacitajiet godda |

Artiklu 4 u 6 | Artiklu 7 | L-appalt |

Artiklu 7(1) | Artiklu 8 | Il-kariga ta' TSOs |

Artiklu 7 (3)-(5) | Artiklu 9 | Id-dmirijiet tat-TSOs |

Artiklu 7(6) | Artiklu 10 | TSOs |

Artiklu 8 | Artiklu 11 | L-ibbilancjar |

Artiklu 9 | Artiklu 12 | Il-Kunfidenzjalità |

Artiklu 10(2) u(3) | Artiklu 13 | il-kariga tad-DSOs |

Artiklu 11 | Artiklu 14 | Id-dmirijiet tad-DSOs |

— | Artiklu 15 | DSOs |

Artiklu 12 | Artiklu 16 | Il-Kunfidenzjalità |

— | Artiklu 17 | L-operat |

Artiklu 13 | Artiklu 18 | Id-dritt għall-barranin |

Artiklu 14 | Artiklu 19 | Il-kotba |

Artiklu 15–18 | Artiklu 20 | L-access għall-barranin |

Artiklu 19 | Artiklu 21 | Is-Suq reciproku |

Artiklu 21 | Artiklu 22 | Linji Diretti |

Artiklu 20(3)-(4) u 22 | Artiklu 23 | L-awtoritajiet regolatorji |

Artiklu 23 | Artiklu 24 | Il-mizuri ta' salvagwardja |

— | Artiklu 25 | L-immonitorjar ta' l-elettriku |

Artiklu 24 | Artiklu 26 | Id-derogi |

— | Artiklu 27 | Il-proceduri ta' revizjoni |

Artiklu 25 u 26 | Artiklu 28 | Ir-rapporti |

— | Artiklu 29 | L-Inaccettati |

Artiklu 27 | Artiklu 30 | L-implimentazzjoni |

Artiklu 28 | Artiklu 31 | Id-dħul fis seħħ |

Artiklu 29 | Artiklu 32 | L-indirizzati |

| Anness A | Mizuri fuq il-protezzjoni tal-konsumatur |

--------------------------------------------------

Top