Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D2318

Id-Deċiżjoni Nru 2318/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 li tadotta programm multiannwali (2004 sa 2006) għall-integrazzjoni effettiva ta’ teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (TIK) f’sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ fl-Ewropa (eProgrammi ta’ Tagħlim)

ĠU L 345, 31.12.2003, p. 9–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/2318/oj

32003D2318



Official Journal L 345 , 31/12/2003 P. 0009 - 0016


Id-Deċiżjoni Nru 2318/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-5 ta’ Diċembru 2003

li tadotta programm multiannwali (2004 sa 2006) għall-integrazzjoni effettiva ta’ teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (TIK) f’sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ fl-Ewropa (eProgrammi ta’ Tagħlim)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitaja Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 149(4) u l-Artikolu 150(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [2],

Fil-waqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) L-għanijiet tal-programmi ta’ edukazzjoni Socrates u Leonardo da Vinci stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE [4] u d-Deċiżjoni 1999/382/KE [5] rispettivament jinkludu l-iżvilupp ta’ tagħlim miftuħ u distanti, u l-użu ta’ teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.

(2) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew fil-laqgħa li saret f’Lisbona fit-23 u 24 ta’ Marzu 2000 (il-Kunsill ta’ Lisbona), enfasizza l-ħtieġa għall-adattament ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ Ewropej għall-ħtiġiet ta’ l-ekonomija ta’ l-għarfien, u ddikjara l-promozzjoni ta’ abbiltajiet bażiċi ġodda, b’mod partikolari f’teknoloġiji ta’ informazzjoni, bħala waħda mit-tliet komponenti prinċipali ta’ dan l-avviċinament ġdid.

(3) L-inizjattiva "eTagħlim: iddisinnjar ta’ l-edukazzjoni ta’ għada", illanċjat f’Mejju 2000 mill-Kummissjoni fi tweġiba (f’reazzjoni) għall-Kunsill ta’ Lisbona kien endorsjat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu f’Feira f’Ġunju 2000. Fil-laqgħa tiegħu fi Stokkolma f’Marzu ta’ l-2001, il-Kunsill Ewropew innota r-riżultati pożittivi ta’ l-inizjattiva.

(4) Il-"Pjan ta’ Azzjoni eTagħlim" żviluppa l-erba’ linji ta’ azzjoni ta’ l-inizjattiva eTagħlim (infrastruttura u tagħmir, taħriġ, kontenut ta’ kwalità Ewropea u servizzi u koperazzjoni fil-livelli kollha) f’10 azzjonijiet importanti, li jġibu flimkien il-programmi u strumenti Komunitarji diversi, għal koerenza u sinerġija ikbar bejniethom u għal aċċessibilta aħjar għall-utenti.

(5) Fil-15 ta’ Mejju 2001 il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni [6] dwar iż-żewġ Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni fuq is-suġġett li tirrikonoxxi li l-inzjattiva eTagħlim qiegħda tgħin biex issaħħaħ l-idea ta’ "żona unika ta’ edukazzjoni Ewropea", li tikkomplimenta ż-żona ta’ riċerka Ewropea u s-suq uniku Ewropew, u għamlet sejħa biex (din l-inizjattiva) tkun żviluppata b’mod indipendenti taħt programm speċifiku ġdid, b’bażi legali ċara, li jevita duplikazzjoni ma’ programmi eżistenti u jipprovdi iktar viżibilita u valur miżjud lill-azzjoni Komunitarja.

(6) Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2001 dwar l-eTagħlim [7] tendorsja din l-inizjattiva, u titlob lill-Kummissjoni biex tissokta u tintensifika l-azzjonijiet tagħha f’dan il-qasam.

(7) Il-Kummissjoni adottat, fil-21 ta’ Novembru 2001, il-Komuinkazzjoni "Tagħmel realta żona Ewropea ta’ tagħlim kontinwu matul il-ħajja għall-ħajja kollha", li tindika l-potenzal ta’ e-tagħlim biex isiru disponibbli u jkunu mmaniġġati opportunitajiet ġodda ta’ edukazzjoni għal dan il-għan.

(8) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew fil-laqgħa ta’ Barċellona f’Marzu March 2002 għamlu sejħa għal azzjoni ta’ ġemellaġġ ta’ skejjel ma’ l-Ewropa kollha u kienu segwiti mir-Rapport tal-Kummissjoni dwar ġemellaġġ ta’ skejjel via l-Internet, ippreżentat lill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu f’Sivilja, kif ukoll ċertifikat ta’ utent ta’ l-Internet u kompjuter għal studenti ta’ skejjel sekondarji.

(9) Hemm il-ħtieġa li tkun indirizzata l-problema ta’ l-esklużjoni soċjali li tirriżulta min-nuqqas ta’ abbilta ta’ xi individwi li jieħdu vantaġġ sħiħ tal-benefiċċji offruti minn teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (TIK) u l-Internet fis-soċjeta ta’ għarfien, l-hekk imsejħa "firda diġitali", li sikwit tolqot lil żgħażagħ, lill-persuni b’diżabilita u l-anzjani, u kategoriji soċjali li huma diġa vittmi ta’ għamliet oħra ta’ esklużjoni.

(10) Attenzjoni mill-qrib jeħtieġ li tintgħamel għall-edukazzjoni u taħriġ in-service ta’ għalliema biex ikunu kapaċi jużaw l-Internet u TIK fil-klassi f’manjiera kritika u edukazzjonalment responsabbli.

(11) Attenzoni mill-qrib għandha tintgħamel għad-differenzi ta’ sess fl-użu ta’ l-e-tagħlim u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet ugwali f’dan il-qasam.

(12) L-e-tagħlim għandu l-potenzal jgħin l-Unjoni twieġeb (tirreaġixxi) għall-isfidi tas-soċjeta ta’ għarfien, ittejjeb il-kwalità tat-tagħlim, tiffaċilita l-aċċess għal riżorsi ta’ tagħlim, tindirizza ħtiġiet speċjali, u ġġiegħel li t-tagħlim u t-taħriġ ikunu iktar effikaċi u effiċjenti fil-post tax-xogħol, b’mod partikolari f’impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(13) Il-ħtieġa għal dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni għolja kienet identifikata fid-Dikjarazzjoni ta’ Bolonja, iffirmata minn 29 Ministri ta’ l-Edukazzjoni Ewropej fid-19 ta’ Ġunju 1999, flimkien ma’ l-importanza li tkun żviluppata dimensjoni ta’ e-tagħlim f’dan il-kuntest.

(14) L-Unjoni Ewropea għandha tagħmel attenzjoni mill-qrib għall-promozzjoni effettiva ta’ campuses li jikkomplimentaw attivitajiet fi programmi ta’ mobilita ġewwa l-Unjoni Ewropea u ma’ pajjiżi terzi.

(15) Hemm il-ħtieġa li jkunu rrinforzati u kkomplimentati strumenti eżistenti u jkun ikkunsidrat ir-rwol ta’ l-e-Tagħlim ukoll fil-kuntest tal-preparazzjoni ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ strumenti fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u taħriġ.

(16) Biex ikun irrinfurzat il-valur miżjud ta’ l-azzjoni Komunitarja huwa meħtieġ li jkunu żgurati l-koerenza u komplimentarita bejn l-azzjonijiet implimentati fil-qafas ta’ din id-Deċiżjoni u politiki, strumenti u azzjonijiet Komunitarji relevanti oħra, b’mod partikolari l-prijorita tematika tat-Teknoloġiji tas-Soċjeta ta’ Informazzjoni tas-sitt programm qafas għar-riċerka stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE [8].

(17) Il-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea u l-Istati ŻEE-ŻEKL għandhom ikunu kapaċi jipparteċipaw fil-programm ta’ e-Tagħlim. Esperti u istituzzjonijiet edukattivi minn pajjiżi terzi oħra għandhom ikunu kapaċi jipparteċipaw fl-iskambju ta’ esperjenza fil-qafas tal-koperazzjoni eżistenti ma’ dawn il-pajjiżi terzi.

(18) Il-programm eTagħlim għandu jkun immonitorjat u vvalutat regolarment f’koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex ikun jippermetti riaġġustamenti, b’mod partikolari fil-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tal-miżuri. Il-valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni esterna li għandha titmexxa minn korpi indipendenti, imparzjali.

(19) Ladarba l-għan ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri l-promozzjoni ta’ koperazzjoni Ewropea biex titjieb il-kwalità u l-aċċessibilita ta’ edukazzjoni u taħriġ b’użu effettiv ta’ e-tagħlim, ma jistax jintlaħaq b’mod effettiv mill-Istati Membri u jista’ għalhekk minħabba d-dimensjoni trasnazzjonali ta’ l-azzjonijiet u miżuri meħtieġa jintlaħaq aħjar f’livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarita kif miġjub fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond dan il-prinċipju ta’ proporzjonalita, kif miġjub f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan.

(20) Din id-Deċiżjoni tippreskrivi għat-tul taż-żmien kollu tal-programm eTagħlim qafas finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-budget u titjib tal-proċedura tal-budget [9], għall-awtorita tal-budget matul il-proċedura annwali tal-budget.

(21) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [10],

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Stabbiliment tal-programm

1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-Programm eTagħlim, programm multiannwali għat-titjib tal-kwalità u aċċessibilita tas-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ Ewropej permezz ta’ l-użu effettiv ta’ teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (TIK), hawn iżjed "il quddiem issir referenza għalih bħala" il-programm.

2. Il-programm għandu jkun implimentat fuq perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2004 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2006.

Artikolu 2

Għanijiet tal-programm

1. L-għan ġenerali tal-programm huwa li jappoġġa u jiżviluppa iktar l-użu effettiv tat-TIK fis-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ, bħala kontribuzzjoni għal edukazzjoni ta’ kwalità u element essenzali għall-adattament tagħhom għall-ħtiġiet tas-soċjeta ta’ tagħrif f’kuntest ta’ tagħlim kontinwu matul il-ħajja kollha.

2. L-għanijiet speċifiċi tal-programm huma:

(a) li jidentifikaw l-atturi kkonċernati u jgħarrfuhom bil-manjieri u mezzi kif jużaw l-e-tagħlim biex jippromwovu l-ħila diġitali u b’hekk jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u żvilupp personali u jinkoraġġixxu djalogu interkulturali;

(b) li jisfruttaw il-potenzal ta’ l-e-tagħlim biex itejbu d-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni;

(ċ) li jipprovdu mekkaniżmi biex jappoġġaw l-iżvlupp ta’ prodotti u servizzi ta’ kwalità Ewropea, u għal skambju u trasferiment ta’ prassi tajba;

(d) li jisfruttaw il-potenzal ta’ l-e-tagħlim fil-kuntest ta’ innovazzjoni fil-metodi tat-tagħlim bil-ħsieb li titjieb il-kwalità tal-proċess tat-tagħlim u titrabba l-awtonomija ta’ min jitgħallem.

Artikolu 3

Żoni ta’ interventi tal-programm

1. L-għanijiet tal-programm għandhom ikunu insegwiti fiż-żoni ta’ intervent li ġejjin, skond il-linji ta’ azzjoni deskritti fl-Anness:

(a) li jippromwovu ħila diġitali:

azzjonijiet f’din iż-żona għandhom jindirizzaw il-kontribuzzjoni tat-TIK fl-iskola u b’mod iktar wiesa’ fil-kuntest ta tagħlim kontinwu matul il-ħajja kollha, b’mod partikolari għal dawk li, minħabba l-lokalita ġeografika, sitwazzjoni soċjali jew ħtiġiet speċjali tagħhom, m’għandhomx aċċess faċili għal dawk it-teknoloġiji. il-għan huwa li jkunu identifikati eżempji tajba u jinbnew sinerġiji bejn il-ħafna attivitajiet nazzjonali u Ewropej, li jindirizzaw dawn il-gruppi fil-mira;

(b) Campuses virtwali Ewropej:

azzjonijiet f’din iż-żona għandhom isegwu integrazzjoni aħjar tad-dimensjoni virtwali fl-edukazzjoni ogħla. L-għan huwa li jkun inkoraġġit l-iżvilupp ta’ mudelli ġodda ta’ organizzazzjoni għall-provvediment ta’ edukazzjoni ogħla fl-Ewropa (campuses virtwali) u għal skemi ta’ skambju u sharing Ewropej (mobilita virtwali), bini fuq oqfsa ta’ koperazzjoni Ewropea eżistenti (programm Erasmus, proċess ta’ Bolonja), u provvediment ta’ "dimensjoni ta’ e-tagħlim" lill-għodda operazzjonali tagħhom (sistema Ewropea ta’ trasferiment ta’ kredtu (SETK), European Masters, assigurazzjoni ta’ kwalità, mobilita);

(ċ) e-ġemellaġġ ta’ skejjel fl-Ewropa u promozzjoni ta’ taħriġ ta’ l-għalliema:

azzjonijiet f’din iż-żona għandhom jappoġġaw u jiżviluppaw iktar xbieki (networkings) fi skejjel, biex jagħmluha possibbli għall-iskejjel kollha fl-Ewropa li jibnu partenarjati pedagoġiċi ma’ skejjel band’oħra fl-Ewropa, jippromwovu metodi innovattivi ta’ koperazzjoni u jittrasferixxu avviċinamenti edukattivi ta’ kwalità u jirrafforzaw it-tagħlim tal-lingwi u djalogu interkulturali; azzjonijiet f’din iż-żona għandhom ukoll jindirizzaw l-aġġornament ta’ l-abbiltajiet professjonali ta’ l-għalliema u trainers fl-użu pedagoġiku u kollaborattiv tat-TIK permezz ta’ skambju u tixrid ta’ prassijiet tajba u t-twaqqif ta’ proġetti trasnazzjonali u multidixxiplinarji ta’ koperazzjoni;

(d) azzjonijiet trasversi:

azzjonijiet f’din iż-żona għandhom jindirizzaw il-promozzjoni ta’ l-e-tagħlim fl-Ewropa, billi jibnu fuq l-immonitorjar tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-eTagħlim. L-għanijiet huma t-tixrid, promozzjoni u trasferiment ta’ prassijiet tajba u innovattivi u ta’ riżultati mill-proġetti u programmi u jirrinforzaw il-koperazzjoni bejn l-atturi diversi involuti, b’mod partikolari bl-inkoraġġiment ta’ partenarjati pubbliċi-privati.

2. Dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu implimentati skond il-proċeduri miġjuba fl-Anness, u permezz l-avviċinamenti li ġejjin, li jistgħu jingħaqdu flimkien fejn xieraq:

(a) appoġġ għal proġetti pilota, bil-potenzal għal impatt strateġiku fl-edukazzjoni u l-prattika ta’ taħriġ, u prospetti ċari għal sostenibilita fit-tul;

(b) appoġġ għall-iżvilup ta’ metodi, għodda u prassi għall-analiżi ta’ tendenzi fid-disinn u użu ta’ mudelli ta’ "e-tagħlim" għall-edukazzjoni u taħriġ;

(ċ) appoġġ għal azzjonijiet innovattivi minn xbieki (networks) u partenarjati Ewropej iddisinjati biex jinkoraġġixxu innovazzjoni u kwalità fid-disinn u użu ta’ prodotti u servizzi, ibbażati fuq l-użu relevanti tat-TIK għall-edukazzjoni u taħriġ;

(d) appoġġ lix-xbieki (networks) u partenarjati Ewropej li jippromwovu u jsaħħu l-użu pedagoġiku u edukattiv ta’ l-Internet u TIK u lill-iskambju ta’ prassi ġdida. Dawn l-attivitajiet huma ddisinjati biex jiżguraw li għalliema u studenti jkunu mhux biss teknikament profiċjenti fl-użu ta’ l-Internet u TIK imma jkunu wkoll profiċjenti f’sens pedagoġiku, kritiku u responsabbli;

(e) appoġġ lill-koperazzjoni Ewropea, trasferiment ta’ prodotti ta’ e-tagħlim, u tixrid u skambju ta’ prassi tajba;

(f) assistenza teknika u amministrattiva.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-programm u koperazzjoni ma’ l-Istati Membri

1. Il-Kummissjoni għandha:

(a) tiżgura l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet Komunitarji koperti mill-programm skond l-Anness;

(b) tiżgura sinerġiji ma’ programmi u azzjonijiet Komunitarji oħra fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, riċerka, politika soċjali u żvilupp reġjonali;

(ċ) u tiffaċilita l-koperazzjoni ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali li qed jiżviluppaw attivitajiet fil-qasam ta’ l-e-tagħlim.

2. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw korrispondenti adatti li għandhom jikkoperaw mill-qrib mal-Kummissjoni rigward l-informazzjoni relevanti dwar l-użu u l-prassi ta’ l-e-tagħlim.

Artikolu 5

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1. Il-miżuri li ġejjin meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond il-proċedura ta’ mmaniġġar li jirreferi għaliha l-Artikolu 6(2):

(a) il-pjan tax-xogħol annwali, inklużi l-prijoritajiet, u l-kriterji u proċeduri ta’ għażla u riżultati;

(b) il-budget annwali u t-tqassim tal-fondi fost l-azzjonijiet differenti tal-programm, skond l-Artikoli 9 u 10;

(ċ) il-miżuri għall-immonitorjar u vvalutar tal-programm u għat-tixrid u trasferiment tar-riżultati.

2. Il-miżuri kollha l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond il-proċedura konsultattiva li jirreferi għaliha l-Artikolu 6(3).

Artikolu 6

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li tingħata konsiderazzjoni lid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahrejn.

3. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li tingħata konsiderazzjoni lid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli interni tiegħu.

Artikolu 7

Konsistenza u komplimentarjeta

1. Il-Kummissjoni għandha, f’koperazzjni ma’ l-Istati Membri, tiżgura konsistenza u komplimentarita ġenerali tal-programm ma’ politiki, strumenti u azzjonijiet relevanti oħra Komunitarji, b’mod partikolari mal-programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ Socrates, Leonardo da Vinci u programmi għaż-Żgħażagħ.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura tagħqid effiċjenti u, fejn xieraq, azzjonijiet ikkordinati, bejn dan il-programm u l-programmi u azzjonijiet fiż-żona ta’ teknoloġiji ġodda għal edukazzjoni u taħriġ, b’mod partikolari ma’ l-azzjonijiet relevanti għal riċerka, żvilupp teknoloġiku u azzjonijiet dimostrattivi taħt is-sitt programm qafas.

Artikolu 8

Finanzjament

1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1 huwa b’dan stabbilit (iffissat) għal EUR 44 miljun.

2. Approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorita tal-budget fil-limitu tal-perspettiva finanzjarja.

Artikolu 9

Distribuzzjoni tal-budget

Id-distribuzzjoni tal-budget bejn l-azzjonijiet għandha tkun kif ġej:

(a) e-tagħlim għall-promozzjoni ta’ ħila diġitali: madwar 10 % tal-budget totali;

(b) campuses virtwali Ewropej: Madwar 30 % tal-budget totali;

(ċ) e-ġemellaġġ ta’ skejjel fl-Ewropa u promozzjoni tat-taħriġ ta’ għalliema: madwar 45 % tal-budget totali;

(d) azzjonijiet trasversi u mmonitorjar tal-pjan ta’ azzjoni ta’ l-eTagħlim: massimu ta’ 7,5 % tal-budget totali;

(e) assistenza teknika u amministrattiva: massimu ta’ 7,5 % tal-budget totali.

Artikolu 10

Parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea u Stati taż-ŻEE-ŻEKL

Il-kondizzjonijiet u r-regoli ddettaljati għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea u Stati taż-ŻEE-ŻEKL fil-programm għandhom ikunu stabbiliti skond id-disposizzjonijiet relevanti ta’ l-istrumenti li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità u dawn il-pajjiżi.

Artikolu 11

Koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, esperti minn pajjiżi terzi barra dawk li jirreferi għalihom l-Artikolu 10 jistgħu jkunu mistiedna jipparteċipaw f’konferenzi u laqgħat bl-eċċezzjoni tal-laqgħat tal-Kumitat li jirreferi għalihom l-Artikolu 6.

Il-fondi allokati għar-rifużjoni ta’ spejjeż ta’ vjaġġi u sussistenza, taħt ir-regolamenti applikabbli tal-Kummissjoni, m’għandhomx jeċċedu ż-0,5 % tal-budget totali tal-programm.

Artikolu 12

Immonitorjar u valutazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja b’mod regolari l-programm f’koperazzjoni ta’ l-Istati Membri. Dan l-immonitorjar għandu jinkludi r-rapport li jirreferi għalih il-paragrafu 2 u attivitajiet speċifiċi.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-valutazzjoni esterna tal-programm fil-mument ta’ l-ikkompletar tiegħu. Din il-valutazzjoni hija intiża biex tagħmel stima tar-relevanza, effikaċita u impatt ta’ l-azzjonijiet differenti, u għandha wkoll tikkunsidra l-impatt ġenerali tal-programm. Attenzjoni speċjali għandha tingħata lill-kwistjonijiet ta’ koeżjoni soċjali u kwistjonijiet ta’ opportuniatjiet ugwali.

Il-valutazzjoni għandha wkoll teżamina l-komplimentarita bejn azzjoni taħt il-programm u dik segwita taħt politiki, strumenti u azzjonijiet relevanti oħra Komunitarji.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ valutazzjoni ex post sa l-aħħar ta’ l-2007.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Diċembru 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

P. Lunardi

[1] ĠU C 133, 06.06.03, p. 33.

[2] ĠU C 244, 10.10.03, p. 42.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ April 2003 (għandha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 (ĠU C 233 E, tat-30.9.2003, p. 24) u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] Deċiżjoni Nru 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Jannar 2000 li tistabbilixxi t-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarju fil-qasam ta’ l-edukazzjoni "Socrates" (ĠU L 28, tat-3.2.2000, p. 1). Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 451/2003/KE (ĠU L 69, tat-13.3.2003, p. 6).

[5] Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/382/KE tas-26 ta’ April 1999 li tistabbilixxi t-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarju għal taħriġ professjonali (vokazzjonali) "Leonardo da Vinci" (ĠU L 146, tal-11.6.1999, p. 33).

[6] ĠU C 34 E, 07.02.02, p. 153.

[7] ĠU C 204, 20.07.01, p. 3.

[8] Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 dwar is-sitt programm qafas tal-Komunità Ewropea għal riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet dimostrattivi, kontribuzzjoni għall-ħolqien taż-Żona ta’ Riċerka Ewropea u għal innovazzjoni (2002 sa 2006), (ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1).

[9] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1. Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2003/429/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 147, ta’ l-14.6.2003, p. 25).

[10] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. LINJI TA' AZZJONI

Il-linji ta' azzjoni huma mezz biex ikunu implimentati l-għanijiet ġenerali tal-programm: biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp u l-użu xieraq ta' l-e-tagħlim fl-Ewropa, u biex jakkompanjaw l-isforzi ta' Stati Membri f'dan il-qasam. Huma strutturati f'erba' żoni ta' intervent tal-programm.

Linja ta' azzjoni 1: "Promozzjoni ta' ħila diġitali"

Azzjoni f'dan il-qasam għandha tkopri kemm kwistjonijiet konċettwali kemm prattiċi, mill-fehim tal-ħila diġitali għall-identifkazzjoni ta' azzjonijiet rimedjali għal gruppi speċifiċi fil-mira. Ħila diġitali hija waħda mill-abbiltajiet u kompetenzi essenzali meħtieġa biex jittieħed sehem attiv fis-soċjeta ta' għarfien u l-kultura ġdida tal-media. Il-ħila diġitali għandha x'taqsam ukoll mal-ħila fil-media u kompetenza soċjali, billi għandhom komuni għanijiet bħal ċittadinanza attiva u l-użu responsabbli tat-TIKi.

(a) Identifikazzjoni u tixrid ta' prassi tajba fil-promozzjoni ta' ħila diġitali. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lit-tijib ta' aċċess għal riżorsi ta' tagħlim għal dawk li m'għandhomx aċċess faċili għal TIK, lill-indirizzar avviċinamenti konoxxittivi u didattiċi differenti, u stili ta' tagħlim differenti, lill-indirizzar ħtiġiet speċjali, per eżempju, dawk ta' immigranti, tfal fi sptarijiet u utenti b'diżabilita; u lill-esplorazzjoni ta' l-użu ta' avviċinamenti ta' ingranaġġ u motivazzjoni.

(b) Azzjonijiet ta' għarfien via xbieki (networks) Ewropej f'dan il-qasam. Il-programm għandu jappoġġa azzjonijiet imwettqa minn xbieki (networks) Ewropej, assoċjazzjonjiet, awtoritajiet pubbliċi, partenarjati pubbliċi-privati, eċċ; li jappoġġaw kuntatti u skambju ta' prassi tajba bejniethom.

Linja ta' azzjoni 2: "Campuses virtwali Ewropej"

Din il-linja ta' azzjoni timmira li tipprovdi "dimensjoni ta' e-tagħlim" lill-inizjattivi Ewropej fil-qasam ta' edukazzjoni ogħla, li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' żona Ewropea ta' edukazzjoni ogħla.

(a) Żvilupp ta' strumenti eżistenti b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-mobilita virtwali bħala komplement u rafforzar għall-mobilita fiżika (Erasmus virtwali); skemi ta' rikonoxximent u tisħiħ (ibbażati fuq ECTS); servizzi ta' informazzjoni u gwida, u kull sinerġiji oħra bejn mudelli virtwali u tradizzjonali. Dawn il-proġetti għandhom ikunu bbażati fuq ftehim istituzzjonali, kull meta possibbli jestendu jew jikkomplimentaw ftehim ta' koperazzjoni eżistenti fil-kuntest tal-programmi ta' mobilita Komunitarji.

(b) Campuses virtwali trasnazzjonali. Il-programm għandu jappoġġa proġetti strateġiċi li għandhom ikunu proposti minn stabbilimenti ta' edukazzjoni ogħla minn għall-inqas tliet Stati Membri. Mudelli ta' koperazzjoni għal e-tagħlim għandhom ikunu żviluppati rigward: disinn ta' żvilupp konġunt ta' curricula minn universitajiet diversi, inklużi ftehim għall-valutazzjoni, tisħiħ u rikonoxximent ta' kompetenzi miksuba, suġġetti għall-proċeduri nazzjonali; esperimenti fuq skala kbira ta' mobilita virtwali; u żvilupp ta' curricula dual mode innovattivi, ibbażati fuq kemm metodi tradizzjonali kif ukoll tagħlim on-line.

(ċ) Mudelli ta' e-tagħlim Ewropej għal edukazzjoni ogħla. Dawn il-proġetti għandhom jiżviluppaw mudelli ġodda għal koperazzjoni bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla Ewropej, b'mod partikolari li jindirizzaw il-provvediment ta' taħriġ kontinwu u żvilupp professjonali, u fl-iżvilupp ta' servizzi ta' appoġġ lit-tagħlim kif ukoll taħriġ għal għalliema, trainers u persunal edukattiv ieħor fl-użu pedagoġiku ta' l-e-tagħlim; li jeżaminaw metodi li jiżguraw il-kwalità; żvilupp ta' fehim aħjar tal-bdil organizzattiv u riskji possibbli assoċjati ma' l-implimentar ta' e-tagħlim fl-edukazzjoni ogħla; u l-iżvilupp ta' mudelli Ewropej għal partenarjati pubbliċi-privati fil-qasam ta' e-tagħlim fl-edukazzjoni ogħla, kif ukoll li jiżviluppaw l-opportunitajiet li nfetħu bil-mudelli ta' partenarjati ġodda u finanzjament.

Linja ta' azzjoni 3: "E-ġemellaġġ għal skejjel primarji u sekondarji fl-Ewropa u promozzjoni ta' taħriġ għall-għalliema"

Din il-linja ta' azzjoni għandha tiffaċilita l-ġemellaġġ ta' skejjel via l-Internet, u tippromwovi taħriġ għall-għalliema, filwaqt li tistimula l-iskejjel Ewropej biex jibnu partenarjati pedagoġiċi ma' skejjel band'oħra fl-Ewropa, tinkuraġġixxi tagħlim tal-lingwi u djalogu interkulturali. L-azzjoni għandha tindirizza skejjel primarji u sekondarji.

(a) Identifikazzjoni u analiżi ta' inizjattivi eżistenti. Din l-azzjoni għandha tanalizza prattiċi eżistenti. Hija għandha tidentifika proġetti tajba ta' dimostrazzjoni dwar il-kontribuzzjoni tal-multimedia edukattivi u x-xbieki (networks) ta' komunikazzjoni għall-appoġġ ta' ġemellaġġ ta' skejjel, b'mod speċjali fiż-żona ta' proġetti multilingwi u multikulturali. Hija għandha tipprovdi studji ta' każijiet, materjali ta' valutazzjoni u metodi bil-ħsieb li jgħinu lill-għalliema biex jisfruttaw il-potenzal ta' TIK għal metodi ta' koperazzjoni innovattivi, bħal, per eżempju, klassijiet virtwali, żviluppi konġunti ta' curricula għat-taħriġ in-servizzi ta' għalliema, avviċinamenti multidixxiplinarji jew l-użu ta' għodda u riżorsi komuni ta' tagħlim.

(b) Xibka (networks) ta' appoġġ għall-e-ġemellaġġ. Din ix-xibka (network) għandha tkun iffurmata minn għalliema u edukaturi b'esperjenza fiż-żona ta' koperazzjoni Ewropea. Hija għandha tipprovdi appoġġ u gwida pedagoġiċi; għodda u servizzi għat-tfittxija ta' sieħeb (partner); metodi għal skambju ta' esperjenza kif ukoll Internet hub, ibbażat fuq websites eżistenti, għall-azzjoni ta' ġemellaġġ.

(ċ) appoġġ għal xbieki (networks) ta' koperazzjoni fil-qasam ta' taħriġ in-service għal għalliema u persunal edukattiv ieħor. Dawn ix-xbieki (networks) għandhom ikunu bbażati fuq istituzzjonijiet responsabbli mill-użu pedagoġiku ta' teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni. Dawn ix-xbieki (networks) għandhom jiffokaw fuq żoni prijoritarji ta' koperazzjoni kif deskritti fil-qasir fil-kuntest tar-Rapport dwar l-għanijiet konkreti u futuri tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ. Attenzjoni partikolari għandha tingħata għat-twaqqif ta' kondizzjonijiet favorevoli għall-isfruttar tal-potenzal tat-TIK għal metodi innovattivi ta' koperazzjoni, għall-iskambju ta' riżorsi u avviċinamenti edukattivi, u għall-iżvilupp konġunt ta' materjali ta' taħriġ.

(d) Azzjonijiet ta' promozzjoni u komunikazzjoni. Is-suċċess ta' l-inizjattiva jiddependi fuq azzjoni dinamika ta' komunikazzjoni, ankrata ġo website, u tinkludi, inter alia, disinn ta' xbieha viżwali li tiġbdek, pubblikazzjonijiet, komunikati għall-istampa, preparazzjoni ta' fuljetti bil-fatti dwar proġetti ta' skejjel, bidu u tmiem ta' avvenimenti, kompetizzjonijiet u premji.

Linja ta' azzjoni 4: Azzjonijiet trasversi u mmonitorjar tal-Pjan ta' Azzjoni ta' eTagħlim

Barramninhekk, finanzjament għandu jingħata lill-azzjonijiet trasversi, bħal:

(a) appoġġ għal immonitorjar attiv tal-Pjan ta' Azzjoni ta' eTagħlim. Din l-azzjoni għandha tipprovdi koerenza u viżibilita ikbar lill-azzjonijiet Ewropej dwar l-e-tagħlim, via t-tixrid ta' materjal relevanti, bħal rapporti u studji, il-ġabra flimkien ta' proġetti li jindirizzaw għanijiet simili jew jużaw metodoloġiji simili; u appoġġ għal skambju ta' esperjenza, xbieki (networking) u kull sinerġiji oħra possibbli fl-attivitajiet tal-Pjan ta' Azzjoni;

(b) manutenzjoni ta' portal ta' eTagħlim, li tipprovdi aċċess faċili, one-stop għall-attivitajiet Ewropej fl-oqsma ta' l-e-tagħlim u għas-sorsi ta' informazzjoni, direttorji, databases, jew repositories ta' għarfien eżistenti; u tiffaċilita aċċess utent-bonarju ta' programmi tal-UE, proġetti, studji, rapporti u gruppi ta' ħidma (tax-xogħol);

(ċ) azzjonijiet ta' għarfien u informazzjoni via xbieki (networks) Ewropej. Din l-azzjoni għandha tappoġġa xbieki (networks) Ewropej fil-qasam ta' l-e-tagħlim, u attivajiet relevanti bħal konferenzi ffokati, seminari, jew ħwienet tax-xogħol (workshops) dwar temi importanti ta' l-e-tagħlim bħal assigurazzjoni ta' kwalità; u dibattitu Ewropew u skambju ta' prassi tajba f'dan il-qasam;

(d) disinn u żvilupp ta' għodda ta' mmonitorjar, analiżi u tbassir għall-e-tagħlim fl-Ewropa, f'koperazzjoni ma' Eurostat u l-Bank Ewropew ta' l-Investiment.

Dan il-programm jista' wkoll jikkontribwixxi għal azzjonijiet traversi ma' proġetti internazzjonali li għandhom x'jaqsmu ma' l-użu tajjeb u effettiv ta' TIK għall-edukazzjoni u taħriġ, bħal, per eżempju, dawk li qed isiru mill-OKEŻ jew Unesco.

Azzjonijiet ta' appoġġ tekniku

Barraminhekk, l-eżekuzzjoni tal-programm għandha tkun appoġġata b'azzjonijiet li jimmiraw għat-tixrid ta' riżultati (e.g. pubblikazzjonijiet, referenzi ta' l-Internet, vetrina ta' proġetti u avvenimenti), u trasferiment, jekk meħtieġ, bi studji strateġiċi li jindirizzaw problemi u opportunitajiet li jkunu għadhom jinbtu, jew kwistjonijiet importanti oħra għall-evoluzzjoni ta' l-e-tagħlim fl-Ewropa. Il-programm għandu wkoll jappoġġa reazzjoni kontinwa minn utenti u parteċipanti, u valutazzjoni esterna finali.

2. METODI TA' IMPLIMENTAZZJONI U ARRANĠAMENTI GĦAL INTERVENT FIL-BUDGET

Finanzjament għandu jingħata wara sejħiet għal offerti u sejħiet għal proposti.

Għandu jkun hemm finanzjament ta' 100 % għax-xiri ta' servizzi (bħal studji ta' każi, jew esperti) u possibilment għall-kontribuzzjoni lil Aġenzija Eżekuttiva futura, li hija taħt konsiderazzjoni.

Azzjonijiet għandhom ikunu ffinanzjati permezz ta':

- sussidji li jkopru massimu ta' 80 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ma' sorsi oħra fis-settur pubbliku u/jew privat għal proġetti ta' koperazzjoni, per eżempju, proġetti innovattivi ta' natura ta' struttura (il-linji kollha ta' azzjoni),

- sussidji li jkopru massimu ta' 80 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal partenarjati ta' eTagħlim immexxijin minn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla, li jimmiraw biex jipprovdu "dimenzjoni e-tagħlim" u mudelli ġodda għal edukazzjoni ogħla Ewropea (linja ta' azzjoni 2),

- finanzjament ta' 100 % ta' struttura ta' appoġġ għal ġemellaġġ ta' skejjel, inkluża internet hub; xibka (nerwork) Ewropea ta' appoġġ pedagoġiku, f'koperazzjoni ma' Stati Membri; azzjonijiet ta' promozzjoni u disseminazzjoni (tixrid); u kull azzjoni ta' appoġġ meħtieġa oħra bħal, per eżempju, reviżjoni ta' skemi ta' ġemellaġġ eżistenti jew produzzjoni ta' għodda ta' tiftix sħab ad hoc. Sussidji ta' bejn il-50 u 80 % huma pprovduti għall-appoġġ ta' l-azzjonijiet ta' promozzjoni u disseminazzjoni li jidħlu għalihom Stati Membri (linja ta' azzjoni 3),

- sussidji ta' bejn il-50 u 80 % ta' l-ispejjeż marbuta ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, bħal seminari, żjarat, rapporti konġunti, reviżjoni peer u tixrid simili u azzjonijiet fejn l-għarfien jinqasam flimkien (linji kollha ta' azzjoni).

Il-mekkaniżmi ta' provvista li tipprovdi għalihom il-porposta jsegwu ġeneralment l-avviċinament tas-soltu tal-Komunità għal għotjiet u ko-finanzjament fuq il-bażi ta' talba finanzjarja ddettaljata. Għandu wkoll ikun hemm partijiet li jkunu ffinanzjati b'mod komplet mill-Komunità, bħax-xibka (network) ta' appoġġ u l-web site ċentrali għall-azzjoni ta' ġemellaġġ ta' skejjel. Finanzjament għandu jingħata wara sejħiet għal proposti u offerti.

Il-programm għandu jkun immaniġġat mill-Kummissjoni, b'assistenza possibli minn Aġenzija Eżekuttiva futura, li l-ħolqien tagħha huwa bħalissa taħt studju L-approprjazzjoni hija intiża tkopri l-ispiża ta' studji, laqgħat ta' esperti, informazzjoni, konferenzi u pubblikazzjonijiet direttament marbuta ma' l-għan tal-programm, b'żieda ta' kull spiża oħra fuq assistenza teknika u amministrattiva li ma tkunx tinvolvi xogħlijiet ta' awtorita pubblika.

--------------------------------------------------

Top