Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0422

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni of 26 May 2003 approvazzjoni ta’ manwal għad-dijanjosi ta’ African swine fever (notifikata bid-dokument numru K(2003) 1696)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 143, 11.6.2003, p. 35–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32020R0689

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/422/oj

32003D0422



Official Journal L 143 , 11/06/2003 P. 0035 - 0049


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

of 26 May 2003

approvazzjoni ta’ manwal għad-dijanjosi ta’ African swine fever

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 1696)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2003/422/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tniżżel dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontroll ta’ l-African swine fever u li temenda id-Direttiva 92/119/KEE dwar il-marda Teschen u African swine fever [1], partikolarment l-Artikolu 18(3) tiegħu,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 2002/60/KE huwa neċessarju illi jiġu stabbiliti proċeduri ta’ dijanjosi, metodi li bihom jinġabbru il-kampjuni u kriterji għall-evalwazzjoni tar-riżultati laboratorji għall-konfermazzjoni ta’ African swine fever li huma uniformi.

(2) Skond dik id-Direttiva, il-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità għall-African swine fever wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tikkoordina il-metodi użati fl-Istati Membri għad-dijanjosi tal-marda, billi regolarment jiġu organizzati testijiet komparattivi u il-provvista ta’ sustanzi reattivi li huma standardizzati fuq livell Komunitarju.

(3) Il mikrobu ta’ l-African swine fever m’huwiex kunsidrat li huwa ta’ perikolu għas-saħħa tal-bniedem.

(4) Testijiet laboratorji ġew svilupati sabiex il-konferma ta’ African swine fever tkun tista ssir malajr.

(5) L-esperjenza mkisba fil-kontroll ta’ African swine fever fl-aħħar snin irrizultat fl-identifikazzjoni tal-proceduri li bihom jinġabbru il-kampjuni u kriterji għall-evalwazzjoni tar-riżultati laboratorji għal dijanjosi tajba ta’ din il-marda f’sitwazzjonijiet differenti.

(6) Għalhekk huwa xieraq illi l-manwal li jniżżel dawn il-kriterji u proċeduri jiġi approvat.

(7) Il-laboratorji nazzjonali ta’ dijanjosi għandhom jiġu awtorizzati jbiddlu it-testijiet laboratorji jew jużaw testijiet differenti, sakemm sensittivita u speċifiċita ekwivalenti huma użati.

(8) Il-miżuri previsti f’din id-deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u is-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Il-manwal għad-dijanjosi ta’ l-African swine fever fl-Anness huwa approvat.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-konferma ta’ African swine fever issir skond il-proċeduri, metodi li bihom jinġabbru il-kampjuni u kriterji għall-evalwazzjoni tar-riżultati laboratorji stabbiliti fil-manwal u bbażati fuq:

(a) is-sejba ta’ sinjali kliniċi u xi ħsara li tirriżulta wara l-mewt u li huma relatati mal-marda;

(b) is-sejba tal-mikrobu, tal-antigen jew ġenomu f’kampjun ta’ ċelluli, organi, demm, ħmieġ jew awrina tal-ħnieżer;

(ċ) is-sejba ta’ reazzjoni speċifika ta’ antibody fil-kampjun tad-demm.

3. Bħala deroga mit-2 paragrafu, il-laboratorji nazzjonali ta’ dijanjosi msemmija fl-Anness IV tad-Direttiva 2002/60/KE jistgħu jbiddlu it-testijiet laboratorji msemmija fil-manwal, sakemm sensittivita u speċifiċita ekwivalenti huma użati.

Jekk jbiddlu it-testijiet laboratorji jew jużaw testijiet differenti, is-sensittivita u speċifiċita tagħhom għandhom jiġu evalwati fil-qafas ta’ testijiet komparattivi regolari organizzati mill-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità għall-African swine fever.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Lulju 2003.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Mejju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 192, 20.7.2, p. 27.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

MANWAL GĦAD-DIJANJOSI TA’ L-AFRICAN SWINE FEVER

Il-Kapitolu I Introduzzjoni, għanijiet u Definizzjonijiet

1. Sabiex jiġu żgurati proċeduri uniformi għad-dijanjosi ta’ African swine fever (hawnhekk iżjed ‘il quddiem "ASF"), dan il-manwal:

(a) jistabbilixxi linji gwida u kondizzjonijiet minimi għal proċeduri ta’ dijanjosi, metodi li bihom jinġabbru il-kampjuni u kriterji għall-evalwazzjoni tar-riżultati ta’ ezamijiet kliniċi u awtopsji u testijiet laboratorji għal dijanjosi tajba ta’ ASF [1];

(b) jistabbilixxi kondizzjonijiet minimi għas-sigurta bijoloġika u standards ta’ kwalità li għandhom jiġu osservati mill-laboratorji għad-dijanjosi ta’ l-ASF u għat-trasport ta’ kampjuni;

(ċ) jistabbilixxi it-testijiet laboratorji li għandhom jintużaw għad-dijanjosi ta’ l-ASF u il-metodi ta’ teknika laboratorji li għandhom jintużaw għat-typing ġenetiku ta’ mikrobi ta’ l-ASF li jiġu iżolati.

2. L-objettiv prinċipali ta’ dan il-manwal huwa li jiġu indirizzati l-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll ta’ l-ASF. Għalhekk l-emfasi huwa fuq il-prinċipji u l-applikazzjoni ta’ testijiet laboratorji u l-evalwazzjoni tar-riżultati tagħhom u mhux fuq il-metodi ta’ teknika laboratorji dettaljati.

3. Għall-iskop ta’ dan il-manwal, minn barra id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/60/KE, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

(a) "post suspett" huwa kull post fejn jinżammu l-ħnieżer li jkun jinsab fih ħanżir wieħed jew aktar li huma suspettati li huma infettati bil-mikrobu ta’ l-ASF jew post suspett ieħor kif iddefinit fl-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2002/60/KE;

(b) "subunit epidemjoloġiku" jew "subunit" huwa l-istruttura, post jew art viċin ta’ fejn jinżammu ħniezer ġo post u li huma miżmuma b’ tali mod illi għandhom aċċess dirett jew indirett regolari wieħed ma’ l-ieħor, iżda fl-istess ħin jinżammu separati mill-ħnieżer l-oħra ta’ l-istess post;

(ċ) "ħniezer li jiġu f’kuntatt" huma ħnieżer li għexu fil-post f’kuntatt dirett ma’ ħanżir wieħed jew aktar li huma suspettati li huma infettati bil-mikrobu ASF fil-21 ġurnata preċedenti.

Il-Kapitolu II Deskrizzjoni ta’ l-ASF b’emfażi fuq dijanjożi differenti

A. DAĦLA

1. ASF huwa kawżat minn mikrobu mgħotti fid-DNA li huwa tat-tip Asfivirus tal-familja Asfarviridae. It-tipi differenti tal-mikrobu ta’ l-ASF għandhom kwalitajiet velenużi differenti, madankollu is-serotypes differenti ma jistgħux jintgħarfu.

2. Il-mikrobu ta’ l-ASF huwa stabbli ħafna fil-ħmieġ ta’ ħnieżer infettati, il-karkassi tal-ħnieżer u laħam frisk tal-majjal u ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal. Diżinfettanti appożiti għandhom jintużaw sabiex jiġi żgurat l-inattivazzjoni tiegħu fl-ambjent.

3. Fl-Ewropa l-iktar mod komuni li bih tinxterred il-marda naturalment huwa mill-ħalq u mill-imnieħer minħabba kuntatt dirett jew indirett ma ħanżir infettat jew billi jitiekel ikel infettat bil-mikrobu. madankollu, f’dawk il-postijiet fejn hemm insetti eċċ li jxerdu l-marda [2], trasmissjoni permezz ta’ dawn l-insetti eċċ jikkontribwixxu ħafna għall-persistenza u tixrid tal-marda. L-ASF tista tinxtered ukoll minħabba kuntatt indirett ma materjali kontaminati u minn insetti li jigdmu u li jġorru l-mikrobu ta’ l-ASF. Il-marda tista tinxtered ukoll permezz tal-liba ta’ ħnieżer infettati.

4. Il-perijodu ta’ inkubazzjoni għal annimal individwali huwa ta’ bejn ħamsa u 15-il ġurnata, pero f’ċerti kondizzjonijiet naturali is-sintomi kliniċi joħorġu fil-beraħ biss wara ħafna ġimghat minn meta il-mikrobu jiġi introdott, jew iktar jekk ikun mikrobu ta’ tip li mhux aħrax.

5. L-ASF tista tkun akuta, subakuta u kronika, id-differenza tiddependi mill-biċċa l-kbira mill-kwalitajiet velenużi tal-mikrobu.

6. Fil-ħnieżer li jirkupraw klinikament mill-infezzjoni, viraemia tippersisti għal 40 sa 60 ġurnata u dawn il-ħnieżer għalkemm huma jkunu irkupraw, xorta waħda jistgħu jinfettaw ħnieżer oħra bl-ASF. Il-mikrobu ta’ l-ASF ġie identifikat f’dawn il-ħnieżer li jkunu irkupraw sa sitt xhur wara l-infezzjoni.

B. FORMA AKUTA

1. Ġeneralment l-ewwel indikazzjoni klinika tal-marda huwa deni għoli (aktar minn 40 °C), li jkun akkumpanjat minn depressjoni, nuqqas ta’ aptit, diffikulta biex jieħdu in-nifs u nifs mgħaġġel, u tifsija mill-imnieħer u l-għajnejn. Ħnieżer juru nuqqas ta’ koordinazzjoni fil-movimenti tagħhom u jitgeddsu ma xulxin. Ħanżira tista tkorri f’kull stadju tat-tqala. Xi ħnieżer jistgħu jirremettu u jbagħtu mill-istitikezza, oħrajn jistgħu jizvillupaw dijarrea mdemmi. Jistgħu jizvillupaw żoni ta’ taħt il-ġilda li jkunu mimlija iz-zejjed bid-demm jew li nfarġu, partikolarment fl-idejn, fir-riġlejn u fil-widnejn. Koma tista tiżviluppa qabel il-mewt, u din tiġri bejn ġurnata u seba’ ġranet wara l-isvillup tas-sintomi kliniċi. Ir-rata ta’ morbidita u mortalita f’post fejn jinżammu il-ħnieżer jista jkun ta’ 100 %.

Is-sejbiet ta’ l-awtopsji jindikaw sindromu ta’ emoraġija tipiku, il-karkass ikun ġeneralment mimli bid-demm, fluwidi tal-ġisem fil-kaxxa tas-sider u fiż-żaqq, marrara skura u minfuħa, lymph nodes mimlija demm u li jixbħu demm magħqud, speċjalment lymph nodes tal-kliewi, taz-zaqq u tal-fwied, emoraġiji zgħar fil-kliewi (fil-parti ta’ barra u il-mudullun u pelvi renali), serosae abdominali, mħat taż-żaqq u tal-intestin u il-qalb (epicardium u endocardium), hydrothorax u emoraġiji zgħar tal-plewra.

2. Ġeneralment il-forma akuta tal-Classical Swine Fever tirriżulta f’sintomi kliniċi u patoloġiċi li jixbħu ħafna l-African swine fever. Meta jkunu preżenti l-emoraġiji fuq il-ġilda u l-widnejn jinstabu faċilment u jirriżultaw f’suspett ta’ dijanjosi tal-forma akuta tad-denni klassika jew African swine fever. Ftit huma il-mard li jikkawzaw grieħi ta’ natura simili.

African swine fever akuta trid tiġi ikkunsidrata ukoll f’każijiet fejn huwa issuspettat erysipelas, is-sindromi riproduttiva u tan-nifs tal-ħnieżer, avvelenament ta’ coumarin, purpura haemorragica, is-sindromi tal-multisystemic wasting ta’ wara l-fatma, id-dermatitis tal-ħnieżer u nephropathy syndrome, l-infezzjonijiet tas-salmonella jew il-Pasteurella jew kull sindromu ieħor ta’ l-intestini jew tan-nifs bid-denni li ma jirrispondix għat-trattament bl-antibijotiċi.

C. FORMA SUBAKUTA

Il-forom subakuti tal-marda huma iktar komuni fil-postijiet fejn il-marda hija endemika. Infezzjoni subakuta hija karaterizzata minn deni li jitla u jinżel, dipressjoni u pulmonija. Il-mewt tista tirriżulta minħabba li l-qalb ma tkomplix taħdem sewwa. Il-ġrieħi fil-forma subakuta huma simili għal dawk tal-forma akuta imma dawk tal-forma subakuta ikunu inqas serji. Il-ġrieħi tipiċi huma emoraġiji kbar fil-lymph nodes, il-kliewi u il-marrara, il-pulmuni ikunu mimlija bid-demm u oedema u f’xi każijiet pulmonija.

D. IL-FORMA KRONIKA

Il-forma kronika tal-marda hija rara. Fil-forma kronika jistgħu jiġu osservati infezzjonijiet batterjoloġiċi jistgħu jiġu indentifikati. Peress illi is-sintomi kliniċi ta’ l-ASF m’humiex speċifiċi ħafna, hemm ħafna mard ieħor illi jrid jiġi ikkunsidrat għal dijanjosi sabiex din tingħaraf minn mard ieħor. Temperatura tal-ġisem għolja m’hiex neċessarjament preżenti f’kull annimal, imma f’post infettat id-denni jirriżulta għall-inqas f’xi uħud mill-ħnieżer.

Is-sintomi kliniċi ta’ l-ASF kroniku jistgħu jinkludu problemi bin-nifs, korrimenti, artrite, ulċeri tal-ġilda kroniċi jew necrosis, li m’humiex simili għas-sintomi kliniċi tipiċi tal-infezzjoni tal-mikrobu tal-ASF. Il-ġrieħi jistgħu jkunu ftit ħafna jew ineżistenti. Is-sejbiet ħistopatoloġiċi huma karatteriżati minn lymph nodes u marrara minfuħin, pleuritis u fibrinous pericarditis u pulmonija. Ġew identifikati ukoll focal caseous necrosis u mineraliżazzjoni tal-pulmun.

Il-Kapitolu III Linji gwida fuq il-kriterji li għandhom jiġu ikkunsidrati għall-identifikazzjoni ta’ post bħala post suspett għall-ASF

1. Id-deċiżjoni sabiex post jiġi identifikat bħala post suspett għandu jittieħed a bażi tas-sejbiet, kriterji u raġunijiet li ġejjin:

(a) is-sejbiet kliniċi u patoloġiċi tal-ħnieżer. Is-sejbiet kliniċi u patoloġiċi ewlenin li għandhom jiġu ikkunsidrati huma:

- denni li jirriżulta f’morbidita jew mewt fi ħnieżer ta’ kull eta,

- sindromu ta’ emoraġija akkumpanjat mid-denni, emorraġiji żgħar u ecchymotic, speċjalment fil-lymph nodes, fil-fwied u fil-marrara (li speċjalment fil-forma akuta tkun skura u minfuħa) fil-bużżieqa ta’ l-awrina u ulċeri fil-bużżieqa tal-marrara;

(b) sejbiet epidemjoloġiċi. Is-sejbiet epidemjoloġiċi ewlenin li għandhom jiġu ikkunsidrati huma:

- fejn il-ħnieżer kellhom kuntatt dirett jew indirett ma post fejn jinżammu il-ħnieżer u li ġie ippruvat illi huwa infettat bil-mikrobu ta’ l-ASF,

- fejn post issuplixxa ħnieżer illi wara irriżulta illi kienu infettati bil-mikrobu ta’ l-ASF,

- fejn ħanżira teħbel permezz ta’ insiminazzjoni artifiċjali b’ liba li joriġina minn post suspett,

- fejn ikun hemm kuntatt dirett jew indirett ma ħnieżer selvaġġi f’popolazzjoni fejn hemm inċidenza ta’ l-ASF,

- fejn ħnieżer jinżammu barra f’reġjun fejn hemm il-ħnieżer selvaġġi li huma infettati bil-mikrobu ta’ l-ASF,

- fejn ħnieżer jingħataw bħala ikel fdal ta’ likwidu u ta’ ikel u fejn hemm is-suspett illi dan l-ikel ma ġiex ipprocessat sabiex jitneħħa il-mikrobu ta’ l-ASF,

- fejn huwa possibli illi ġew esposti, per eżempju minn nies deħlin fil-post fejn jinżammu, trasport, eċċ. ġejjin minn postijiet li huma issuspettati li huma infettati jew li huma fil-fatt infettati bil-mikrobu ta’ l-ASF,

- fejn hemm insetti eċċ li jxerrdu l-marda fil-post fejn jinżammu l-annimali.

2. F’kull post fejn jinżammu l-annimali huwa ikkunsidrat bħala post suspett jekk tqajjem suspett ta’ classical swine fever fil-post minħabba sejbiet kliniċi jew patoliġiċi imma investigazzjonijiet kliniċi, epidemjoloġiċi u laboratorji ma wasslux għal konferma ta’ din il-marda jew għall-identifikazzjoni ta’ marda oħra fil-post.

Il-Kapitolu IV Proċeduri ta’ Kontroll u metodi li bihom jinġabbru il-kampjuni

A. LINJI GWIDA U PROĊEDURI GĦALL-EZAMINAZZJONIJIET KLINIĊI U METODI LI BIHOM JINĠABBRU IL-KAMPJUNI MILL-ĦNIEŻER F’POSTIJIET SUSPETTI

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi testijiet kliniċi xierqa, metodi li bihom jinġabbru il-kampjuni u investigazzjonijiet laboratorji jsiru fil-postijiet suspetti sabiex l-ASF jiġi ikkonfermat jew eskluz, skond il-linji gwida u il-proċedura stabiliti fil-punti 2 sa 6.

Minbarra l-adozzjoni tal-miżuri imsemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2002/60/KE fil-post in kwistjoni, dawn il-linji gwida u proċeduri għandhom japplikaw ukoll kull meta f’kaz ta’ mard, l-ASF jiġi ikkunsidrat fid-dijanjosi. Dawn jinkludu okkasjonijiet fejn is-sintomi kliniċi u l-epidemjoloġija tal-marda li ġew osservati fil-ħnieżer jissuġerixxu probabilita baxxa ħafna ta’ okkorenza tal-ASF.

Fil-każijiet kollha l’oħra fejn hanzir wiehed jew iktar huma issuspettati li huma infettati bil-mikrobu ta’ l-ASF, il-mizuri imsemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2002/60/KE ghandhom jiġu addottati fil-post suspett in kwistjoni.

Fejn hemm suspett ta’ ASF fil-ħnieżer ġo biċċerija jew li qed jkunu trasportati, il-linji gwida u il-proċeduri stabbiliti fil-punti 2 sa 6 għandom japplikaw ukoll.

2. Meta veterinarju jmur f’post suspett biex jikkonferma jew jeskludi l-ASF:

- jrid jsir kontroll fuq il-prodotti u, jekk jeżistu, fuq ir-rekords tas-saħħa tal-post; jrid isir spezzjoni f’kull subunit tal-post sabiex jintgħażlu l-ħnieżer li fuqgħom ser jsiru it-testijiet kliniċi.

It-testijiet kliniċi jridu jinkludu it-teħid tat-temperatura tal-ġisem u primarjament tikkonċerna il-ħnieżer jew gruppi ta’ ħnieżer li ġejjin:

- ħnieżer morda jew anoressiċi,

- ħnieżer reċentement introdotti minn postijiet fejn kien hemm, jew kien hemm suspett tal-marda,

- ħnieżer miżmuma f’subunits reċentement viżitati minn viżitaturi esterni li reċentement kellhom kuntatt mill-qrib ma ħnieżer li kienu infettati jew suspettati li huma infettati bil-ASF jew li kellhom xi kuntatt partikolarment riskjuż ma fond potenzali tal-mikrobu ta’ l-ASF,

- ħnieżer li minnhom diġa ittieħdu kampjuni u li ġew testjati seroloġikament għal ASF, fil-kaz illi dawn it-testijiet ma jeskludux l-ASF, u ħniezer li jiġu f’kuntatt,

- ħnieżer li irkupraw mil-marda reċentement.

Jekk l-ispezzjoni fil-post suspett ma jindikax il-preżenza tal-ħnieżer jew il-gruppi ta’ ħnieżer imsemmija fis-subparagrafu preċedenti, mingħajr preġudizzju għal miżuri oħra li jistgħu jittieħdu fl-azjenda skond id-Direttiva 2002/60/KE u wara li jittieħed in konsiderazzjoni is-sitwazzjoni epidemjologika, l-awtorita kompetenti jrid:

- jagħmel testijiet ulterjuri fil-post in kwistjoni skond il-punt 3, jew

- jiżgura illi kampjuni tad-demm għat-testijiet tal-laboratorju jittieħdu minn ħnieżer tal-post in kwistjoni (f’dal kaz il-proċeduri skond liema jittieħdu il-kampjuni stabbiliti fil-punt 5, u fit-taqsima F(2) għandhom jiġu użati bħala gwida), jew

- jadotta jew jżomm il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2002/60/KE, sakemm isiru investigazzjonijiet ulterjuri fil-post in kwistjoni, jew

- jeskludi is-suspett ta’ l-ASF.

3. Meta jsir referenza għal dan il-paragrafu, it-testijiet kliniċi fil-post in kwistjoni jridu jsiru fuq ħnieżer magħżula bla regola f’subunits fejn ir-riskju ta’ introduzzjoni tal-mikrobu ta’ l-ASF ġie identifikat jew huwa suspettat.

In-numru minimu ta’ ħnieżer li għandhom jiġu eżaminati trid tkun tali illi l-iskoperta tal-marda tkun possibli jekk din isseħħ b’ prevalenza ta’ 10 % b’ ċertezza ta’ 95 % f’dawn is-subunits.

4. Jekk ħnieżer mejta jew li qed jmutu jinstabu f’post suspett, jridu jsiru awtopsji fuqgħom, preferibbilment fuq mill-inqas ħamsa minn dawn il-ħnieżer partikolarment fuq ħnieżer li:

- urew sintomi ċari tal-marda qabel il-mewt,

- kellhom deni għoli,

- mietu reċentement.

Jekk f’dawn it-testijiet ma instabux ġrieħi li jissuġerixxu l-ASF imma, minħabba is-sitwazzjoni epidemjologika, testijiet ulterjuri huma meqjusa neċessarji:

- għandhom isiru testijiet kliniċi kif stabbilit fil-punt 3, u għandhom jittieħdu kampjuni tad-demm kif stabbilit fil-punt 5 fis-subunit fejn kienu jinżammu il-ħnieżer mejta jew li qed jmutu, u

- tista ssir awtopsja fuq tlieta jew erba mill-ħnieżer li jiġu f’kuntatt, partikolarment jekk dawn il-ħnieżer għandhom is-sintomi kliniċi.

Irrispettivament mill-preżenza jew l-assenza ta’ ġrieħi li jissuġerixxu l-ASF, għandhom jittieħdu kampjuni ta’ l-organi jew iċ-ċelloli ta’ ħnieżer li fuqgħom saret awtopsja sabiex isiru testijiet viroloġiċi skond il-Kapitolu V(B)(1). Preferibbilment dawn il-kampjuni għandhom jinġabru minn annimali li mietu reċentement.

Meta jsiru awtopsji l-awtorita kompetenti għandha tiżgura illi:

- qegħdin jittieħdu il-prekawzjonijiet u l-miżuri ta’ iġene neċessarji biex il-firxa tal-marda tkun prevenuta, u,

- l-annimali li qed jmutu jinqattlu bil-ħniena skond id-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1993 fuq il-protezzjoni ta’ l-Annimali fiż-żmien tal-qatla [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 806/2003 [4].

5. Jekk sintomi kliniċi jew ġrieħi ulterjuri li jistgħu jissuġerixxu l-ASF jiġu identifikati f’post suspett, imma l-awtorita kompetenti tikkunsidra illi dawn is-sejbiet m’ humiex suffiċjenti biex jikkonfermaw tifqigħa ta’ l-ASF u li għalhekk testijiet laboratorji huma neċessarji, għandhom jittieħdu kampjuni tad-demm għal testijiet tal-laboratorju mill-ħnieżer li huma suspettati u minn ħnieżer oħra f’kull subunit fejn jinżammu ħnieżer suspettati, u dan skond il-proċeduri li ġejjin:

(a) In-numru minimu ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu għal testijiet seroloġiċi jrid jkun tali illi l-iskoperta tal-marda tkun possibli jekk din isseħħ b’ seroprevalenza ta’ 10 % b’ ċertezza ta’ 95 % f’dawn is-subunits;

(b) in-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu għal testijiet viroloġiċi jrid jkun skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorita kompetenti, li għandha tieħu in konsiderazzjoni il-firxa ta’ testijiet li jistgħu jsiru, is-sensitivita tat-testijiet laboratorji li ser jintużaw u is-sitwazzjoni epidemjoloġika.

6. Jekk wara li jsiru testijiet f’post suspett, ma jinstabux sintomi kliniċi jew ġrieħi li jissuġerixxu l-ASF, imma sabiex jiġi eskluż l-ASF awtorita kompetenti jqis li huma neċessarji testijiet ulterjuri, il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-punt 5 għandhom jintużaw bħala gwida.

B. PROĊEDURI GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI F’POSTIJIET FEJN JINQATTLU IL-ĦNIEZER WARA LI TKUN KONFERMATA IL-MARDA

1. Sabiex jiġi stabbilit kif il-mikrobu ta’ l-ASF ġie introdott f’post infettat u il-perijodu ta’ żmien li għadda mill-introduzzjoni tiegħu, meta ħnieżer jinqattlu f’azjenda wara l-konferma ta’ tifqigħa skond l-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 2002/60/KE, għandhom jittieħdu kampjuni tad-demm bla regola mill-ħnieżer meta jinqattlu sabiex jsiru testijiet serologiċi.

2. In-numru minimu ta’ ħnieżer li minnhom għandhom jittieħdu il-kampjuni jrid jkun tali illi l-iskoperta tal-marda tkun possibli jekk din isseħħ b’ seroprevalenza ta’ 10 % b’ ċertezza ta’ 95 % f’dawn is-subunits tal-post [5].

kampjuni għal testijiet viroloġiċi ukoll għandhom jittieħdu skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorita kompetenti, li għandha tieħu in konsiderazzjoni il-firxa ta’ testijiet li jistgħu jsiru, is-sensitivita tat-testijiet laboratorji li ser jintużaw u is-sitwazzjoni epidemjologika.

F’dawk il-postijiet fejn diġa ġiet ippruvata il-preżenza ta’ insetti eċċ li jxerrdu l-marda li huma infettati bil-mikrobu ta’ l-ASF, għandha ssir ukoll ġabra xierqa ta’ qurdiena għal testijiet viroloġiċi skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorita kompetenti u l-Anness III tad-Direttiva 2002/60/KE.

3. madankollu, f’każijiet ta’ tifqigħa sekondarja, l-awtorita kompetenti tista tiddeċiedi li tidderoga mill-punti 1 u 2 u tistabbilixxi proċeduri oħra għat-teħid tal-kampjuni, wara li jittieħed in konsiderazzjoni l-informazzjoni epidemjologika li diġa qiegħed għad-dispożizzjoni dwar is-sorsi u l-metodi li bihom il-mikrobu jiġi introdott fil-post u il-possibilita li l-marda tinfirex mil-post.

C. PROCEDURI LI BIHOM JITTIEĦDU IL-KAMPJUNI META IL-ĦNIEŻER JINQATTLU MINĦABBA MIŻURI TA’ PREVENZJONI F’POST SUSPETT

1. Sabiex l-ASF jiġi ikkonfermat jew eskluż u tinġabar informazzjoni epidemjologika addizjonali, meta jinqattlu l-ħnieżer bħala miżura ta’ prevenzjoni f’post suspett skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(3)(a) jew 7 (2) tad-Direttiva 2002/60/KE, għandhom jinġabbru kampjun tad-demm għal testijiet seroloġiċi kif ukoll kampjuni tad-demm għal testijiet viroloġiċi skond il-proċedura stabbilita fil-punt 2.

2. Il-Kampjuni għandhom jinġabru prinċipalment fir-rigward ta’:

- ħnieżer li juru is-sintomi jew ġrieħi li jiriżultaw wara l-mewt li jissugerixxu l-ASF u il-ħnieżer li jiġu f’kuntatt,

- ħnieżer oħra li setgħu ġew f’kuntatt riskjuż ma ħnieżer li huma infettati jew li huma suspettati li huma infettati jew li hemm suspett li huma kontaminati bil-mikrobu ta’ l-ASF. Il-kampjuni għandhom jittieħdu minn dawn il-ħnieżer skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorita kompetenti, li għandha tieħu in konsiderazzjoni is-sitwazzjoni epidemjoloġika.

il-kampjuni għandhom jinġabru bla regola mill-ħnieżer li joriġinaw mis-subunits differenti fil-post [6]. F’dan il-kaz in-numru minimu ta’ kampjuni li jridu jinġabru għal testijiet seroloġiċi jrid jkun tali illi l-iskoperta tal-marda tkun possibli jekk din isseħħ b’ seroprevalenza ta’ 10 % b’ ċertezza ta’ 95 % f’dawn is-subunits.

It-tip ta’ kampjun li għandu jinġabar għal testijiet viroloġiċi u it-test li għandu jintuża jrid ikun skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorit kompetenti, li għandha tieħu in konsiderazzjoni il-firxa ta’ testijiet li jistgħu jsiru, is-sensitivita tat-testijiet laboratorji li ser jintużaw u is-sitwazzjoni epidemjoloġika.

D. KONTROLL U PROĊEDURI GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI QABEL TINGĦATA L-AWTORIŻAZZJONI SABIEX ĦNIEŻER JIĠU TRASPORTATI MINN POST F’ŻONA PROTETTA JEW TAĦT SORVELJANZA U FIL-KAŻ LI DAWN IL-ĦNIEŻER JINQATTLU (l-ARTIKOLI 10 U 11 TAD-DIRETTIVA 2002/60/KE)

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(1)(f), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2002/60/KE, sabiex tingħata awtorizzazzjoni sabiex jiġu traportati ħnieżer minn post f’żona protetta jew taħt sorveljanza skond l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva, għandhom jsiru testijiet kliniċi minn veterinarju uffiċjali u dawn jridu:

- fil-perijodu ta’ 24 siegħa qabel ma jiġu trasportati il-ħnieżer,

- jsiru skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-A(2).

2. Fil-każ ta’ ħnieżer li għandhom jittieħdu f’post ieħor, minbarra l-investigazzjonijiet li għandhom jsiru skond il-punt 1, f’kull subunit tal-post fejn jinżammu il-ħnieżer li ser jiġu trasportati għandhom isiru testijiet kliniċi tal-ħnieżer, li jinkludu it-teħid tad-denni ta’ numru tal-ħnieżer.

In-numru minimu ta’ ħnieżer li għandhom jiġu testjati jrid jkun tali illi l-iskoperta tad-denni jkun possibli jekk dan isseħħ b’ prevalenza ta’ 10 % b’ ċertezza ta’ 95 % f’dawn is-subunits.

3. Fil-każ ta’ ħnieżer li għandhom jittieħdu f’biċerija, f’impjant ta’ l-iproċessar jew f’postijiet oħra fejn ser jinqattlu, minbarra l-investigazzjonijiet li għandhom jsiru skond il-punt 1, f’kull subunit tal-post fejn jinżammu il-ħnieżer li ser jiġu trasportati għandhom isiru testijiet kliniċi tal-ħnieżer. Fil-każ ta’ ħnieżer li għandhom iktar minn tlieta jew erba xhur, din l-eżaminazzjoni għandha tinkludi unkoll it-teħid tat-temperatura ta’ numru mill-ħnieżer.

In-numru minimu ta’ ħnieżer li għandhom jiġu testjati jrid jkun tali illi l-iskoperta tad-denni tkun possibli jekk din isseħħ b’ prevalenza ta’ 20 % b’ ċertezza ta’ 95 % f’dawn is-subunits.

4. Meta l-ħnieżer imsemmija fil-punt 3 jinqattlu, għandhom jittieħdu kampjuni tad-demm għal testijiet seroloġiċi jew kampjuni tad-demm jew kampjuni ta’ organi bħal tat-tunislli, tal-marrara jew tal-lymph nodes għal testijiet viroloġiċi minn ħnieżer ġejjin mis-subunits differenti minn fejn ġew il-ħnieżer.

In-numru minimu ta’ ħnieżer li għandhom jiġu testjati jrid jkun tali illi l-iskoperta seroprevalenza jew prevalenza tal-mikrobu ta’ 10 % b’ ċertezza ta’ 95 % f’dawn is-subunits.

It-tip ta’ kampjun li għandu jittieħed u it-test li għandu jintuża jridu jkunu skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorita kompetenti, li għandha tieħu in konsiderazzjoni il-firxa ta’ testijiet li jistgħu jsiru, is-sensitivita tat-testijiet laboratorji li ser jintużaw u is-sitwazzjoni epidemjologika.

5. madankollu, jekk testijiet kliniċi jew ġrieħi li jirrizultaw wara l-mewt li jissuġerixxu l-ASF, jinstabu meta jinqattlu l-ħnieżer, b’ deroga mill-punt 4, id-dispożizzjonijiet għat-teħid ta’ kampjuni stabbiliti fit-taqsima C għandhom jgħoddu.

6. Id-deroga prevista fl-Artikolu 10(5) u fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2002/60/KE jistgħu jingħataw jekk l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li tiġi applikata ukoll skema ta’ teħid ta’ kampjuni u testjar intensiv fuq il-gruppi ta’ ħnieżer li għandhom jkunu iċċekjati jew li minnhom għandhom jittieħdu il-kampjuni fil-punti 2, 3 u 4. Fil-kuntest ta’ din is-skema, in-numru minimu ta’ kampjuni tad-demm li għandhom jittieħdu jrid jkun tali illi l-iskoperta seroprevalenza ta’ 5 % b’ ċertezza ta’ 95 % fil-grupp ta’ ħnieżer in kwistjoni.

E. PROĊEDURI KONTROLL U GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI F’POST FIR-RIGWARD TAR-REPOPOLAZZJONI

1. Meta ħnieżer jiġu introdotti f’ażjenda skond l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2002/60/KE, għandhom jiġu applikati il-proċeduri għat-teħid ta’ kampjuni li ġejjin:

- kampjuni tad-demm għandhom jinġabbru mill-inqas 45 ġurnata wara ir-reintroduzzjoni tal-ħnieżer,

- fil-każ li jiġu reintrodotti ħnieżer sentinelli, il-kampjuni tad-demm għat-testijiet seroloġiċi għandhom jinġabbru bla regola minn numru ta’ ħnieżer li jrid jkun tali illi l-iskoperta seroprevalenza ta’ 10 % tkun possibli b’ ċertezza ta’ 95 % f’kull subunit tal-post,

- Fil-kaz ta’ repopolazzjoni totali, il-kampjuni tad-demm għat-testijiet serologici għandhom jinġabbru bla regola minn numru ta’ ħnieżer li jrid jkun tali illi l-iskoperta seroprevalenza ta’ 20 % tkun possibli b’ ċertezza ta’ 95 % f’kull subunit tal-post.

2. Meta ħnieżer jiġu reintrodotti f’post skond l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2002/60/KE, għandhom jiġu applikati il-proċeduri għat-teħid ta’ kampjuni li ġejjin:

- kampjuni tad-demm għandhom jinġabbru mill-inqas 45 ġurnata wara ir-reintroduzzjoni tal-ħnieżer,

- fil-każ li jiġu reintrodotti ħnieżer sentinelli, il-kampjuni tad-demm għat-testijiet seroloġiċi għandhom jinġabbru bla regola minn numru ta’ ħnieżer li jrid jkun tali illi l-iskoperta seroprevalenza ta’ 5 % tkun possibli b’ ċertezza ta’ 95 % f’kull subunit tal-post,

- Fil-każ ta’ repopolazzjoni totali, il-kampjuni tad-demm għat-testijiet seroloġiċi għandhom jinġabru bla regola minn numru ta’ ħnieżer li jrid jkun tali illi l-iskoperta seroprevalenza ta’ 10 % tkun possibli b’ ċertezza ta’ 95 % f’kull subunit tal-post.

Il-proċedura stabbilita fit-tielet paragrafu hawn fuq trid tiġi ripetuta wara li jgħaddu mill-inqas 60 mir-ripopolazzjoni totali.

3. Wara ir-reintroduzzjoni tal-ħnieżer, l-awtorita kompetenti għandha tiżgura li fil-kaz ta’ mard jew ta’ mewt tal-ħnieżer fil-post minħabba raġunijiet mhux magħrufa, il-ħnieżer affettwati jridu jiġu testjati għall-ASF immedjatament.

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jgħoddu sakemm ir-restrizzjonijiet għat-trasport tal-ħnieżer imsemmija fl-Artikolu 13(3)(a), (b) u (4) tad-Direttiva 2002/60/KE jitneħħew fil-post in kwistjoni.

F. IL-PROĊEDURA GĦALL-ĠBIR TA’ KAMPJUNI F’POSTIJIET F’ŻONI PROTETTI QABEL MA JITNEĦĦEW IR-RESTRIZZJONIJIET

1. Sabiex jitneħħew il-miżuri imsemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/60/KE f’żona protetta, fil-postijiet kollha fiż-żona:

- jridu jsiru testijiet kliniċi skond il-proċeduri stabbilti fit-taqsima A(2) u (3),

- għandhom jittieħdu kampjuni tad-demm għall-testijiet seroloġiċi kif stabbilit fil-punt 2.

2. In-numru minimu ta’ kampjuni tad-demm li ser jittieħdu jrid jkun tali illi l-iskoperta seroprevalenza ta’ 10 % tkun possibli b’ ċertezza ta’ 95 % fil-ħnieżer f’kull subunit tal-post.

Madankollu, id-deroga prevista fl-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2002/60/KE tista tingħata biss jekk l-awtorita komepetenti tiżgura illi in-numru ta’ kampjuni tad-demm li jittieħdu jkun tali illi l-iskoperta seroprevalenza ta’ 5 % tkun possibli b’ ċertezza ta’ 95 % f’kull subunit tal-post.

G. IL-PROĊEDURA GĦALL-ĠBIR TA’ KAMPJUNI F’POSTIJIET F’ŻONI TAĦT SORVELJANZA QABEL MA JITNEĦĦEW IR-RESTRIZZJONIJIET

1. Sabiex jitneħħew il-miżuri imsemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/60/KE f’żona taħt sorveljanza, jridu jsiru testijiet kliniċi fil-postijiet kollha fiż-żona skond il-proċeduri stabbiliti fit-taqsima A(2).

għandhom jittieħdu kampjuni tad-demm għall-testijiet mill-ħnieżer:

- f’kull post ieħor fejn huwa meqjus neċessarju mill-awtorita kompetenti,

- fiċ-ċentri kollha tal-ġbir tal-liba.

2. Kull meta jittieħdu kampjuni tad-demm għal testijiet seroloġiċi f’post f’żona sorveljata, in-numru ta’ kampjuni tad-demm li għandhom jittieħdu f’dawn il-postijiet jrid ikun skond l-ewwel sentenza tat-taqsima F(2).

Madankollu, id-deroga prevista fl-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2002/60/KE tista tingħata biss jekk l-awtorita komepetenti tiżgura illi f’kull post fiż-żona jittieħdu kampjuni għal testijiet seroloġici. In-numru minimu ta’ kampjuni tad-demm li jridu jittieħdu għandu jkun tali illi l-iskoperta seroprevalenza ta’ 5 % tkun possibli b’ ċertezza ta’ 95 % f’kull subunit tal-post.

H. KONTROLLI SEROLOĠIĊI U PROĊEDURI GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI F’POSTIJIET FEJN L-ASF HUWA SUSPETTAT JEW HUWA KONFERMAT F’ĦNIEŻER SELVAĠĠI

1. Fil-każ ta’ kontrolli seroloġiċi ta’ ħnieżer selvaġġi f’postijiet fejn l-ASF ġie ikkonfermat jew huwa suspettat, id-daqs u iż-żona ġeografrika tal-popolazzjoni li minnu sejrin jittieħdu il-kampjuni jrid ikun magħruf sabiex ikun stabilit in-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu. Id-daqs tal-kampjun jrid jkun stabbilit skond in-numru ta’ annimali ħajjin u mhux skond in-numru ta’ annimali li ġew maqtula.

2. Jekk m’hemmx għad-dispożizzjoni data fuq id-daqs tal-popolazzjoni, iż-żona ġeografika minn fejn għandhom jinġabbru il-kampjuni jrid ikun identifikat wara li jittieħed in konsiderazzjoni il-presenza kontinwa ta’ ħnieżer selvaġġi u il-presenza ta’ barikati naturali jew artifiċjali li għandhom l’effett illi jwaqqfu iċ-ċaqliq kontinwu ta’ numru kbir ta’ annimali. Meta dawn iċ-ċirkostanzi ma jeżistux, jew fil-każ ta’ żoni kbar, huwa rakkomandat li jiġu identifikati żoni għat-teħid tal-kampjuni ta’ 200 km2, fejn popolazzjoni ta’ bejn 400 u 1000 ħnieżer selvaġġi jistgħu jgħixu.

3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 15(2)(c) tad-Direttiva 2002/60/KE, in-numru minimu ta’ ħnieżer li minnhom għandhom jittieħdu il-kampjuni għandu jkun tali illi l-iskoperta seroprevalenza ta’ 5 % tkun possibli b’ ċertezza ta’ 95 %. Għal dan il-għan għandhom jittieħdu il-kampjuni minn mill-inqas 56 annimali f’kull żona li tkun ġiet identifikata.

4. Il-kampjuni għat-testijiet viroloġiċi ta’ ħnieżer selvaġġi li jkunu ġew maqtula jew li jinsabu mejtin jridu jinġabru skond kif stabbilit fil-Kapitolu V(B)(1).

Meta testjar viroloġiku ta’ ħnieżer selvaġġi li jkunu ġew maqtula jkun meqjus neċessarju, dan irid jsir fuq annimali li jkollohom inqas minn sena.

5. Il-kampjuni kollha li ser jintbagħtu fil-laboratorju għandhom jkollhom magħhom il-questionnaire imsemmija fl-Artikolu 16(3)(h) tad-Direttiva 2002/60/KE.

Il-Kapitolu V Proċeduri Ġenerali u Kriterji għall-Ġbir u it-Trasport tal-Kampjuni

A. PROĊEDURI ĠENERALI U KRITERJI

1. Qabel ma jinġabbru il-kampjuni f’post suspett, għandu jkun hemm ippreparat mappa tal-post u għandhom jkunu identifikati is-subunits epidemjoloġiċi.

2. Kull darba li tinħass il-ħtiega li jerġgħu jittieħdu il-kampjuni mill-ħnieżer, il-ħnieżer kollha li minnhom jkunu ittieħdu il-kampjuni għandhom ikunu immarkati b’ mod partikolari b’tali mod illi jkun faċli illi jerġgħu jittieħdu il-kampjuni minnhom.

3. Il-kampjuni kollha għandhom jintbagħtu fil-laboratorju flimkien mal-formoli appositi, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorita kompetenti. Dawn il-formoli għandhom jinkludu dettalji tal-ħnieżer li minnhom jkunu ittieħdu il-kampjuni u is-sintomi kliniċi jew ġrieħi li jirriżultaw wara il-mewt li ġew osservati.

Fil-każ ta’ ħnieżer li jinżammu f’positjiet, għandha tinżamm informazzjoni preċiża fuq l-eta, il-kategorija u il-post minn fejn oriġinaw il-ħnieżer li minnhom ittieħdu il-kampjuni. Huwa rakkomandat illi tinżam informazzjoni fuq fejn jinżamm il-ħanżir li minnu jkunu ittieħdu il-kampjuni u il-marki partikolari ta’ l-istess ħanżir.

B. ĠBIR TA’ KAMPJUNI GĦAL TESTIJIET VIROLOĠIĊI

1. Għall-identifkazzjoni tal-mikrobu ta’ l-ASF, l-antigen jew il-ġenomu f’ħnieżer li jkunu mietu jew inqattlu, it-tunsilli, il-lymph nodes (taż-żaqq u tal-fwied, tal-kliewi, submandibular u retropharyngeal), il-marrara, iċ-ċelluli tal-kliewi u il-pulmuni jipprovdu l-etjeb kampjuni [7]. Fil-każ ta’ karkass f’stadju avvanzat ta’ dekomposizzjoni, għadma twila sħiħa jew l-isterna huma l-aħjar kapjuni.

2. Kampjuni ta’ demm mhux mgħaqud u/jew demm mgħaqud għandhom jinġabbru mill-ħnieżer li għandhom id-denni jew li qed juru xi sintomu ieħor tal-marda, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorita kompetenti.

C. TRASPORT TA’ KAMPJUNI

1. Huwa rakkonmandat illi l-kampjuni kollha:

- jkunu identifikati sew,

- jiġu trasportati u miżmuma f’reċipjenti li fihom ma jistax jidħol l-ilma,

- jinżammu f’temperaturi baxxi; madankollu, jekk huwa mistenni illi il-kampjuni ser jdumu aktar minn 48 siegħa sabiex jasslu fil-laboratorju, għandu jsir kuntatt mall-laboratorju għandu sabiex jinkisbu struzzjonijiet dwar it-temperatura l-iktar xierqa għal waqt it-trasport tal-kampjuni,

- jasslu fil-laboratorju malajr kemm jista jkun,

- jinżammu f’pakketti li jkun jinsab ġo fihom pakketti tas-silġ jew silġ niexef sabiex jinżammu kiesħa,

- kampjuni ta’ ċelluli jew organi jinżammu f’reċipjenti tal-plastik magħluqa u jkollhom tikketta. Dawn għandhom imbagħad jitpoġġew f’reċipjenti akbar u jkunu ippakjati b’materjal li jassorbi biex jipproteġihom minn kull dannu u jassorbi kull tnixxija,

- fejn ikun possibli dawn jridu jkunu trasportati direttament sal-laboratorju minn personal kompetenti sabiex jkun żgurat trasport ta’ malajr u ta’ minn joqgħod fuqu.

2. Il-pakett ta’ barra irid ikun tikkettjat bl-indirizz tal-laboratorju li ser tirċievi il-kampjuni u il-kliem li ġejjin għandhom jidru sew:

"Materjal patoloġiku ta’ l-annimali; jitħassar; fraġli; tiftaħx barra laboratorju ta’ l-ASF."

3. Il-persuna responsabbli fil-laboratorju għandu jkun notifikat minn qabel dwar il-wassla tal-kampjuni.

4. Għat-trasport mill-ajru ta’ kampjuni għall-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità ghall-ASF [8] il-pakett jrid jkun ittiketjat skond ir-regolamenti ta’ l-IATA.

Il-Kapitolu VI Prinċipji u Użu ta’ testijiet viroloġiċi u evalwazzjoni tar-riżultati

A. SEJBA TA’ ANTIGENS TAL-MIKROBU

1. It-test tad-direct immuno fluorescent (DIFT)

Il-prinċipju tat-test hija is-sejba ta’ antigens tal-mikrobu mikroskopiċi fuq impression smears jew cryosections irqaq ta’ organi ta’ ħnieżer li huma issupettati li huma infettai bil-mikrobu ta’ l-ASF. Antigens intraċellulari jiġu skoperti permezz ta’ FIT-conjugated [9] specific antibodies. Partiċelli u granuli flworexxenti jidhru fis-cytoplasm taċ-ċelluli infettati.

Organi tajbin huma il-kliewi, il-marrara u lymph nodes varji. Kampjun ta’ ċelluli tal-mudullun ta’ l-għadam jista jintuża ukoll għal ħnieżer selvaġġi, jekk l-organi tagħhom m’humiex għad-dispożizzjoni jew tħassru.

It-testijiet jistgħu jsiru qabel ma jgħaddu sagħtejn. Peress illi l-kampjuni ta’ l-organi jistgħu jinkisbu biss minn annimali mejta l-użu tiegħu għad-dijanjosi huwa limitat.

Dan huwa test sensittiv ħafna għal każijiet ta’ ASF akuta. Għall-forma subakuta jew kronika id-DIFT għandha sensittivita ta’ bejn wieħed u ieħor 40 %, probabilment minħabba l-presenza ta’ antigen-antibody complexes, li jwaqqfu ir-reazzjoni ma’ l-ASF-conjugated antibody. Il-kredibilita ta’ tar-riżultati ta’ test tista tkun limitata minħabba tebgħat dubjużi, partikolarment fejn ma hemmx l-esperjenza meħtiega ta’ kif għandu jsir it-test jew jekk l-organi li fuqhom jkun sar it-test ikunu tħassru.

2. ELISA għas-sejba ta’ antigen

Is-sejba ta’ antigens tal-mikrobu tista ssir ukoll permezz tal-metodi ELISA, imma dan il-metodu huwa rakkomandat biss għall-forma akuta tal-marda peress illi din għandha sensitivita baxxa fejn ikun hemm antigen-antibody complexes. Is-sensitivita ta’ l-antigen ELISA għandha tkun għolja biżżejjed biex toħrog riżultat fil-każ ta’ annimal li qed juri sintomi kliniċi ta’ ASF akuta. F’kull kaz huwa rakkomandat illi dan it-test jintuża biss bħala test għal qatgħa bħejjem u flimkien ma testijiet viroloġiċi oħra.

B. ISOLAZZJONI U IDENTIFIKAZZJONI TAL-MIKROBU PERMEZZ TAT-TEST TAL-HAEMADSORPTION (HAD)

1. L-isolazzjoni tal-mikrobu huwa ibbażat fuq l-inokulazzjoni ta’ kampjuni minn grupp ta’ ċelluli primarji suxxettibili meħudin mill-ħnieżer, ċelluli monocytes u macrophages. L-aħjar kamjuni għall-isolazzjoni tal-mikrobu ta’ l-ASF huma demm u leucocytes meħudin minn kapmpjuni tad-demm mhux mgħaqud jew mill-organi imsemmija fit-taqsima A(1). Jekk il-mikrobu ta’ l-ASF ikun preżenti f’kampjun, dan jirreplika fiċ-ċelluli u jipproduċi effett cytopathic tipiku fiċ-ċelluli infettati.

2. Il-metodu HAD huwa rakkomandat għall-identifikazzjoni ta’ isolates tal-mikrobu ta’ l-ASF minħabba li huwa sensittiv u speċifiku ħafna. HAD huwa ibbazat fuq il-kapaċita tal-mikrobu ta’ l-ASF li jirreplika fil-macrophages tal-ħnieżer u li tinduċi haemadsorption fil-presenza ta’ erythrocytes tal-ħnieżer. "Rosette" karatteristiku ta’ erythrocytes jifforma ħdejn il-macrophages infettati. Madankollu, hemm numru zgħir ta’ tipi naturali tal-mikrobu ta’ l-ASF li mhux dejjem jinduċu haemadsorption, imma jipproduċu effett cytopathic. Dawn it-tipi jistgħu jkunu identifikati speċifkatament permezz tad-DIF test fuq il-qiegħ ta’ gruppi ta’ ċelluli jew bil-PCR.

3. L-isolazzjoni tal-mikrobu huwa idejali għall-investigazzjoni ta’ kampjuni meħudin minn numru zgħir ta’ annimali u mhux għal kontroll ta’ numri kbar. Il-proċedura għall-isolazzjoni tal-mikrobu jirrikjedi hafna xogħol u hemm bżonn ta’ bejn ġurnata u tlett ijiem sabiex ir-riżultati ikunu lesti. Jista jkun hemm il-bżonn ta’ żewg gruppi ta’ ċelluli oħra sabiex jiġu identifikati ammonti żgħar tal-mikrobu fil-kampjun. Minħabba f’hekk jista jkun illi l-investigazzjonijiet idumu sa 10 jiem qabel ma jkun miksub riżultat finali. Kampjuni mħassra jistgħu jkunu cytotoxic għall-gruppi ta’ ċelluli u b’ riżultat dawn ikollhom użu limitat.

4. L-isolazzjoni tal-mikrobu u identifikazzjoni permezz tal-HAD huma rakkomandati bħala test ta’ riferenza għall-konferma ta’ riżultati posittivi li jkunu diġa inkisbu permezz ta’ ELISA, PCR jew DIFT li jkunu diġa saru. Dawn huma rakkomandati ukoll fejn l-ASF ikun diġa ġie ikkonfermat permezz ta’ metodi oħra, partikolarment fil-każ ta’ l-ewwel tifqigħa jew każ ta’ l-ASF.

Mikrobi ta’ l-ASF li jkunu ġew isolati f’macrophages tal-ħnieżer jistgħu jintużaw għall-karaterizazzjoni tal-mikrobu u epidemjoloġija molekulari.

5. Il-mikrobi ta’ l-ASF li jkunu ġew isolati f’tifqigħa primarja, każijiet primarji f’ħnieżer selvaġġi jew każijiet f’biċċeriji jew f’xi metodu tat-trasport iridu ikunu karatterizzati minn Laboratorju ta’ Roferenza Nazzjonali fl-Istati Membri, jew minn laboratorju ieħor awtorizzat mill-Istat Membru partikolari jew mill-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità, skond it-taqsima E.

F’kull każ dawn il-mikrobi ta’ l-ASF li jkunu ġew izolati għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lil-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità għall-ġbir tal-mikrobu.

C. IS-SEJBA TAL-MIKROBU ĠENOMU

1. Il-polymerase chain reaction (PCR) jintuża sabiex jinstab il-mikrobu ġenomu fil-kampjuni tad-demm, sjeru, ċelluli jew organi. Biċċiet żgħar tad-DNA tal-mikrobu huma amplifikati permezz tal-PCR għal ammonti li jistgħu jiġu identifikati. Numru kbir ta’ isolati ġejjin mill-ġenotipi kollha tal-mikrobu li huma magħrufa, inkluż mikrobi li ma humiex haemadsorbing u isolates li ma jagħmlux ħafna ħsara, jitgħu jiġu identifikati permezz ta’ primers meħudin minn parti highly conserved tal-ġenomu. Peress illi din il-prova tista tidentifika biss is-sekwenza ġenomu tal-mikrobu, il-PCR tista tkun posittiva anki fejn ma jiġu identifikati l-ebda mikrobi permezz ta’ isolazzjoni tal-mikrobu (e.z. f’ċelluli mħassra jew kampjuni meħudin minn ħniezer li qed jirkupraw jew minn ħnieżer li irkupraw jew li saru klinikament normali).

2. PCR jista jintuża fuq numru żgħir ta’ kampjuni li jkunu intgħazlu b’ reqqa minn annimali suspetti. Huwa il-metodu rakkomandat għal kampjuni ta’ organi li huma cytotoxic, fejn l-isolazzjoni tal-mikrobi ma huwiex possibli (per eżempju, kampjuni minn ħnieżer selvaġġi).

3. Kapjuni tajbin għall-PCR huma l-organi imsemmija għall-isolazzjoni tal-mikrobu u is-serju. Qurdiena ta’ l-istess tip ukoll jistgħu jiġu analizzati bil-PCR.

4. Il-PCR jista jsir fi żmien ġurnata waħda utli. Jeħtieġ apparat tal-laboratorju speċjali, faċilitajiet separati u ħaddiema mħarga sew. Vantaġġ huwa li ma hemmx bżonn li l-mikrobu jiġi replikat fil-laboratorju. Il-PCR huwa sensittiv hafna, imma il-kontaminazzjoni tista tiġri faċilment u din tista tikkawza riżultati pozittivi ħżiena. Għalhekk huwa essenzali illi jkun hemm proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità.

D. TESTIJIET VIROLOĠIĊI RAKKOMANDATI U L-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI

Testijiet viroloġiċi huma essenzali għall-konferma ta’ l-ASF.

L-isolazzjoni tal-mikrobu u HAD għandhom jitqiesu bħala it-test viroloġiku ta’ riferenza u fejn hemm bżonn għandhom jintużaw bħala test ta’ konferma. L-użu tagħhom hu rakkomandat partikolarment meta riżultati posittivi tad-DIF jew PCR ma humiex assoċjati mas-sejba ta’ sintomi kliniċi jew grieħi tal-marda jew f’kull każ ieħor ta’ dubju.

Madankollu, tifqigħa primarja ta’ l-ASF tista tkun konfermata jekk sintomi kliniċi jew grieħi tal-marda jinstabu fil-ħnieżer u mill-inqas żewġ testijiet għall-identifikazzjoni ta’ antigen, ġenomu jew antibody taw riżultat posittiv għal kampjun meħud mill-istess ħanżir suspett.

Tifqigħa sekondarja ta’ l-ASF tista tiġi konfermata jekk, min barra ir-rabta epidemjologika ma tifqigħa jew każ konfermat, sinjali kliniċi jew ġrieħi tal-marda ġew identifikati fil-ħnieżer u test għall-identifikazzjoni ta’ antigen, ġenomu jew antibody ta riżultat posittiv.

każ primarju ta’ l-ASF f’ħnieżer selvaġġi jista jkun ikkonfermat permezz ta’ isolazzjoni tal-mikrobu fejn mill-inqas żewġ testijiet għall-identifikazzjoni ta’ antigen, ġenomu jew antibody taw riżultat posittiv. Każijiet oħra ta’ ASF fi ħnieżer selvaġġi, f’rispett ta’ liema tkun diġa instabet rabta epidemjologika ma kaz diġa ikkonfermat, jistgħu jiġu konfermati jekk test għall-identifikazzjoni ta’ antigen, ġenomu jew antibody ta riżultat posittiv.

E. KARATERIŻAZZJONII ĠENETIKU TA’ MIKROBI TA’ L-ASF LI JKUNU ĠEW IŻOLATI

1. Il-karatteriżazzjoni ġenetiku ta’ mikrobi ta’ l-ASF li jkunu ġew iżolati jsir billi jiġu determinati ir-restriction enzyme patterns u in-nucleotide sequences ta’ partijiet tal-ġenomu tal-mikrobu. Is-similarita bejn dawn ir-restriction enzyme patterns u in-nucleotide sequences u dawk li jkunu diġa inkisbu minn mikrobi iżolati preċedentement jistgħu jindikaw jekk it-tifqigħa tal-marda hija ikkawzata minn mikrobi tal-mudell milekulrai Ewropew jew Afrikan.

Il-karatteriżazzjoni ġenetiku ta’ mikrobi ta’ l-ASF li jkunu ġew iżolati huwa essenzali sabiex titjib l-informazzjoni dwar l-epidemjoloġija molekulari ta’ l-ASF u l-varjazzjoni ġenetiku tal-mikrobi. Id-data mollekulari miġbura tagħmilha possibli illi jiġu klassifikati iżolati ġodda u tipprovdi informazzjoni dwar x’ jistgħu jkunu l’oriġini tagħhom.

2. Jekk il-kalssifikazzjoni molekulari tal-mikrobu ma jistax jsir f’laboratorju nazzjonali jew mingħajr dewmien f’laboratorju ieħor li huwa awtorizzat jagħmel dijanjosi ta’ l-ASF, il-kapjun oriġinali jew il-mikrobu ta’ l-ASF li jkun ġie iżolat għandu jintbgħat mingħajr dewmien għand il-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità għal karaterizzazzjoni molekulari.

Id-data minn ir-restriction enzyme analysis u is-sequencing ta’ mikrobi ta’ l-ASF li jkunu ġew iżolati li qiegħed għad-dispożizzjoni tal-laboratorji li huma awtorizzati li jagħmlu dijanjosi ta’ l-ASF għandhom jintbagħtu il-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità sabiex dina l-informazzjoni tista tinżamm fid-database tal-Laboratorju.

L-informazzjoni inkluż f’dan id-database għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-laboratorji ta’ riferenza nazzjonali kollha ta’ l-Istati Membri. Madankollu, meta talba issir minn laboratorju għal dak li huwa publikazzjoni ta’ ġurnali xjentifiċi, il-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità għandha tagħti garanzija ta’ konfidenzalita sakemm din id-data tiġi pubblikata.

Il-Kapitolu VII Prinċipji u Użu ta’ Testijiet Seroloġiħi u Evalwazzjoni tar-Riżultati

A. PRINĊIPJI BAŻIĊI U VALUR FID-DIJANJOSI

1. Is-sejba ta’ antibody li huwa ASF speċifiku huwa rakkomandat għal diversi raġunijiet għall-forma subakuta u il-forma kronika kif ukoll għat-testjar fuq numru kbir ta’ annimali u programmi ta’ eradikazzjoni ta’ l-ASF:

(i) antibodies huma prodotti malajr fi ħnieżer li huma infettati. L-antibodies ta’ dawn il-ħnieżer jistgħu jiġu identifikati f’kampjun tas-serju minn seba sa għaxar tjiem wara l-infezzjoni;

(ii) ma jeżisti l-ebda tilqim kontra l-ASF. Dan ifisser illi antibodies li huma ASF speċifiċi jeżistu biss fil-każ ta’ infezzjoni tal-mikrobu ta’ l-ASF;

(iii) ir-reazzjoni ta’ l-antibodies jdum ħafna. Fi ħnieżer li jkunu irkupraw mill-marda, livelli għolja ta’ antibodies speċifiċi jibqgħu jinstabu għal ħafna xhur jew għal bqija ta’ ħajjithom fil-każ ta’ xi ħnieżer.

Antibodies ta’ l-ASF speċifiċi li huma ta’ oriġini materna jistgħu jiġu identifikati fiż-żgħar tal-ħnieżer fl-ewwel ġimgħat wara li jitwieldu. Il-half-life ta’ antibodies li huma ta’ oriġini materna fiż-żgħar tal-ħnieżer huwa ta’ xi tlett ġimgħat. Jekk dawn jinstabu fiż-żghar tal-ħnieżer li għandhom iktar minn tlett xhur, x’aktarx illi l-atibodies ta’ l-ASF m’humiex ta’ oriġini materna.

2. Is-sejba ta’ antibodies tal-mikrobu ta’ l-ASF mis-serju jew mill-plasma li joħorgu mill-organi, jsir sabiex jiġi facilitat id-dijanjosi ta’ l-ASF f’postijiet suspetti, biex tiġi stmata id-data ta’ l-introduzzjoni ta’ l-infezzjoni fil-każ ta’ tifqigħa konfermata u għall-raġunijiet ta’ kontroll u sorveljanza.

L-identifikazzjoni ta’ ħnieżer seropositivi fil-post tista tipprovdi informazzjoni valida dwar kif u fejn il-mikrobu ta’ l-ASF ġiet introdotta fil-post.

Madankollu, trid issir evalwazzjoni preċisa tar-riżultati tat-testijiet seroloġiċi, wara li jittieħdu in konsiderazzjoni is-sejbiet kollha kliniċi, viroloġiċi, skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/60/KE li tistabbilixxi il-metodu li biha trid issir l-investigazzjoni fil-każ illi l-ASF ikun suspettat jew konfermat.

B. TESTIJIET SEROLOĠIĊI RAKKOMANDATI

1. L-ELISA, it-test direct immuno fluorescent (IIFT) u it-testijiet ta’ l-immunoblotting (IB) huma l-aħjar testijiet għall-konferma seroloġika ta’ l-ASF.

Il-kwalità u l-effiċjenza tad-dijanjosi seroloġiċi li jsiru fil-laboratorji nazzjonali għandhom jiġu kontrollati regolarment fil-qafas tal-prova tat-tqabbil bejn il-laboratorji li tiġi organizzata regolarment mill-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità.

2. It-test ta’ l-ELISA hija l-iktar waħda li tista toqgħod fuqha u li hi tajba fil-każ ta’ studji seroloġiċi fuq numru kbir ta’ annimali. Hija ibbażata fuq l-identifikazzjoni ta’ l-antibodies tal-mikrobu ta’ l-ASF mrabbta mal-protejini tal-mikrobu li jkunu mwaħħla ma solid phase permezz ta’ l-introduzzjoni tal-protejina A mħallta ma enzima li tipproduċi reazzjoni fil-kulur viżibbli meta tirreaġixxi mas-substrate xierqa.

3. Kontroll tal-kwalità tas-sensittivita u speċifiċita ta’ kull lott ta’ reagents ELISA trid issir regolarment fil-laboratorji nazzjonali permezz tas-serju ta’ riferenza ipprovdut mill-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità. Is-serju ta’ riferenza għandu jinkludi:

- serju meħud minn ħnieżer li għadhom fil-fażi tal-bidu ta’ l-infezzjoni tal-mikrobu ta’ l-ASF (inqas minn 17-il ġurnata wara l-infezzjoni),

- serju meħud minn ħnieżer li qed jirkupraw mill-infezzjoni (aktar minn 17-il ġurnata wara l-infezzjoni).

L-ELISA li għandu jintuża għad-dijanjosi seroloġika ta’ l-ASF trid tidentifika is-serji ta’ riferenza kollha minn ħnieżer li qed jirkupraw. Ir-riżultati kollha miksuba permezz ta’ serji ta’ riferenza għandhom jkunu tali illi jistgħu jiġu riprodotti. Huwa rakkomandat illi is-serji posittivi kollha mill-fażi tal-bidu jiġu identifikati ukoll. Ir-riżultati miksuba permezz tas-serji ta’ riferenza minn ħnieżer fil-fażi tal-bidu ta’ l-infezzjoni jagħtu indikazzjoni tas-sensittivita ta’ l-ELISA.

4. L-IIFT hija teknika rapida ħafna li hija sensittiva u specifika ħafna għall-identifikazzjoni ta’ antibodies ta’ l-ASF fil-likwidi li joħorgu mis-serju jew miċ-ċelluli. Hija ibbazata fuq l-identifikazzjoni ta’ l-antibodies ta’ l-ASF li jkunu marbutin ma monolayer ta’ ċelluli MSC li huma infettati bil-mikrobu ta’ l-ASF. Ir-reazzjoni ta’ l-antibody-antigen hija identifikata permezz ta’ labeled fluorescein A-protein. Kampjuni posittivi juru flworexxenza speċifika ħdejn in-nukleju taċ-ċelluli infettati.

Meta id-DIFT u l-IIFT jintużaw flimikien għat-testjar ta’ l-organi, id-demm u l-likwidi miġbura mill-annimali li juru sintomi kliniċi ta’ l-ASF dawn jistgħu jasslu għall-konferma tal-marda rapida u li ta’ minn joqgħod fuqgħa.

5. It-test IB hija teknika speċifika u sensittiva ħafna ibbażata fuq l-użu ta’ nitrocellulose strips li jinsabu bħala antigens fil-protejini tal-mikrobu. Ir-reazzjoni speċifika ta’ l-antibody-antigen tiġi identifikata permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ protein A-peroxidase conjugate u substrate xierqa. Huwa utli ħafna għat-testjar ta’ serju li jkun inkonklussiv fit-test ta’ l-ELISA.

Il-Kapitolu VIII Kondizzjonijiet ta’ Sigurta Minimi għal Laboratorji ta’ l-ASF

1. Il-Kondizzjonijiet stabbiliti fit-tabella 1 jridu jintlaħqu f’kull laboratorju peress illi l-mikrobu ta’ l-ASF jrid jiġi amplifikat permezz ta’ replikazzjoni f’gruppi ta’ ċelluli. Madankollu, awtopsji, l-iproċessar ta’ ċelluli għal DIFT jew PCR u seroloġija permezz ta’ antigens inattivati, jistgħu jsiru b’inqas kontrolli sakemm il-kondizzjonijiet tat-tabella 1 jiġu sodisfatti, jkun hemm iġene baziku, issir disinfettazzjoni wara l-operazzjoni u il-karkassi, ic-celluli u is-serju jintramew b’mod xieraq.

2. Il-Kondizzjonijiet stabbiliti fit-tabella 2 jridu jiġu osservati minn kull laboratorju fejn l-annimali jiġu innokulati bil-mikrobu ta’ l-ASF.

3. Il-ħażniet kollha tal-mikrobu ta’ l-ASF jridu jinżammu f’ħażna salv, kemm jekk dawn ikunu iffriżati u kemm jekk dawn ikunu freeze-dried. Il-kontenituri individwali jridu jkunu ittikkettjati sew, u għandhom jinzammu records tal-ħażniet tal-mikrobu flimkien mad-dati u ir-rizultati tal-kontrolli ta’ kwalità. Għandu jinżamm ukoll rekord tal-mikrobi miżjuda mal-ħazna, bid-dettalji ta’ l-egħjun, u tal-mikrobi imqassma lil laboratorji ohra.

4. Huwa rakkomandat illi l-unità ta’ biosigurta għax-xogħol fuq il-mikrobu ta’ l-ASF għandu jkun appoġġat minn postijiet fejn il-mikrobu ta’ l-ASF ma jiġix manipulat. Dawn il-postijiet għandhom jkunu disponibbli għal preparazzjoni tal-kontenituri tal-ħġieġ u media, il-manteniment u l-preparazzjoni ta’ gruppi ta’ ċelluli li m’ humiex infettati, l-iproċessar ta’ serju u it-testjar seroloġiku (metodi għajr dawk li jużaw il-mikrobu ta’ l-ASF ħaj), u il-provediment ta’ appoġġ amministrattiv u klerikali.

Tabella 1

Prinċipji ta' kontroll bioloġiku xieraq għall-laboratorji ta' dijanjosi

| Ħtiġiet minimi | Ħtiġiet Addizjonali |

Kondizzjonijiet Ġenerali | Pressjoni atmosferika normali. Kmamar specjalzzati li jintużaw għal proċeduri speċifiċi. | Pressjoni atmosferika normali. HEPA filtration wieħed ta' arja li tkun tneħħiet. Kmamar speċjalizzati, li jintużaw biss għall-proċeduri ta' dijanjosi ta' classical swine fever jew ASF. Ilmiet għar-rimi li jistgħu jkunu kontaminati jkunu processati sabiex jiġi inattivat il-mikrobu ta' ASF (bis-sħana jew bil-kimiċi). |

Lbies tal-laboratorju | Lbies ta' barra speċjalizzat li jintuża biss fl-unità tal-mikrobu ta' l-ASF. Ingwanti li jintramew għal kull kuntatt ma materjal infettat. Ħwejjeg ta' barra li jkunu steralizzati qabel ma jitneħħew mill-unità, jew jkunu maħsula f'temperaturi għoljin fl-unità. | Bidla kompleta ta' l-ilbiesi mad-dħul. Lbies tal-laboratorju jintuża biss fl-unità tal-mikrobu ta' l-ASF. Ingwanti li jintramew għal kull kuntatt ma materjal infettat. Ħwejjeg li jkunu steralizzati qabel ma jitneħħew mill-unità, jew jkunu maħsula f'temperaturi għoljin fl-unità. |

kontroll fuq l-impjegati | Id-dħul fl-unità għandu jkun limitat għall-impjegati speċifiċi li jkunu mħarga. Għandhom jaħsslu u jiddisinfettaw idejhom malli jitilqu mill-unità. L-impjegati m'għandhomx jitħallew jżuru postijiet fejn jinżammu il-ħnieżer għal 48 siegħa wara li jitilqu mill-unità. | Id-dħul fl-unità għandu jkun limitat għall-impjegati speċifiċi li jkunu mħarga. Għandhom jaħsslu u jiddisinfettaw idejhom malli jitilqu mill-unità. L-impjegati m'għandhomx jitħallew jżuru postijiet fejn jinżammu il-ħnieżer għal 48 siegħa wara li jitilqu mill-unità. |

Tgħamir | Kabinett ta' sigurta bioloġika (klassi I jew II) għandha tintuża għal kull xogħol fuq mikrobu ħaj. Il-kabinett għandha jkollha HEPA filtration doppja għall-arja li tkun tneħħiet. It-tgħamir kollu neċessarju għal proċeduri tal-laboratorju għandhom jkunu għad-dispożizzjoni fil-kamra tal-laboratorju specifiku. |

Tabella 2

Kondizzjonijiet ta' biosigurta għal kmamar għall-esperimenti fuq l-annimali

| Ħtiġiet |

Ambjent Generali | Ventilazzjoni kontrollata b' pressjoni negattiva. HEPA filtration wieħed ta' l-arja li tkun tneħħiet. Faċilitajiet għal dekontaminazzjoni totali jew fumigazzjoni wara li jsir esperiment. Ilmiet u solidi għar-rimi jkunu proċessati sabiex jiġi inattivat il-mikrobu ta' ASF (bis-sħana jew bil-kimiċi). |

Lbies tal-laboratorju | Bidla kompleta ta' l-ilbiesi mad-dħul. Ħwejjeg jkunu steralizzati jew maħsula f'temperature għoljin fil-unit qabel ma jitneħħew mill-unità. |

ontroll fuq l-impjegati | Id-dħul fl-unità għandu jkun limitat għall-impjegati speċifiċi li jkunu mħarġa. Il-ħwejjeġ għandhom jitħallew ġewwa qabel ix-shower. Shower kompleta malli joħorgu mill-unità. L-impjegati m'għandhomx jitħallew jżuru postijiet fejn jinżammu il-ħnieżer għal 48 siegħa wara li jitilqu mill-unità. |

Tgħamir | It-tgħamir kollu meħtieg għall-proċeduri fuq l-annimali għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni fl-unità. Il-materjali kollha għandhom jiġu sterilizzati qabel ma jitneħħew mill-unità jew fil-każ ta' kampjuni meħudin mill-annimali dawn għandhom ikunu mgerba darbtejn f'kontenitur li minnu ma jgħaddix ilma li għandu jkun disinfettat għat-trasport sal-laboratorju ta' l-ASF. |

Annimali | L-annimali kollha li jridu jinqattlu qabel ma jitilqu mill-unità, awtopsji għandhom jsiru fiż-żona ta' biosigurta, u l-karkassi għandhom jiġu inċinerati wara li jsiru l-eżaminazzjonijiet. |

[1] Meta qed jiġi deċiż in-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu għat-testjar fil-laboratorju, is-sensittivita tat-test li ser jintuża għandu jiġi ikkunsidrat ukoll. In-numru ta’ annimali li minnhom għandhom jittieħdu il-kampjuni għandha tkun għola minn dik imniżżla f’dan il-manwal, jekk is-sensittivita tat-test li ser tintuża ma hiex għolja ħafna.

[2] Kif definit fl-Artikolu 2(r) tad-Direttiva 2002/60/KE.

[3] ĠU L 340, tal-31.12.1993, p. 21.

[4] ĠU L 122, 16.5.3, p. 1.

[5] Madankollu, jekk id-deroga maħsuba fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/60/KE tkun ġiet applikata, it-teħid tal-kampjuni għandha tikkonċerna is-subunits tal-post fejn ikunu inqattlu il-ħnieżer, dan mingħajr preġudizzju għal eżaminazzjonijiet u it-teħid ta’ kampjuni ulterjuri li għandhom jsiru fuq il-bqija tal-ħnieżer fil-post, li għandhom jsiru skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

[6] Madankollu, jekk l-awtorita kompetenti tkun limitat l-applikazzjoni tal-qtil preventiv għal parti zgħira tal-post, peress illi l-ħnieżer li huma suspettati jew li huwa ikkonfermat li huma infettati bil-mikrobu ta’ l-ASF inzammu skond l-Artikolu 4(3)(a) tad-Direttiva 2002/60/KE, it-teħid tal-kampjuni għandha tikkonċerna is-subunits tal-post fejn din il-miżura tkun ġiet applikata, dan mingħajr preġudizzju għal eżaminazzjonijiet u it-teħid ta’ kampjuni ulterjuri li għandhom jsiru fuq il-bqija tal-ħnieżer fil-post, u li għandhom jsiru skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

[7] Huwa rakkomandat li jittieħed ukoll kampjun ta’ ileum, peress illi dawn jistgħu jkunu utli għad-dijanjosi ta’ classical swine fever.

[8] Il-laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità għandha liċenza ġenerali biex tirċievi kampjuni għad-dijanjosi u mikrobi ta’ l-ASF li jkunu ġew iżolati mill-Istati Membri. Jekk il-kapjun jkun ġej minn barra il-UE, kopja tal-permess ta’ importazzjoni tista tintalab minn dan il-laboratorju qabel ma jiġi trasportat u jkun mhemuz ġo envelope fuq il-parti ta’ barra tal-pakett.

[9] Fluorescein isothiocyanate.

--------------------------------------------------

Top