EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0078

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-1 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi l-linji gwida tekniki multiannwali għall-programm ta' Riċerka tal-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar

OJ L 29, 5.2.2003, p. 28–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 01 Volume 004 P. 250 - 261
Special edition in Estonian: Chapter 01 Volume 004 P. 250 - 261
Special edition in Latvian: Chapter 01 Volume 004 P. 250 - 261
Special edition in Lithuanian: Chapter 01 Volume 004 P. 250 - 261
Special edition in Hungarian Chapter 01 Volume 004 P. 250 - 261
Special edition in Maltese: Chapter 01 Volume 004 P. 250 - 261
Special edition in Polish: Chapter 01 Volume 004 P. 250 - 261
Special edition in Slovak: Chapter 01 Volume 004 P. 250 - 261
Special edition in Slovene: Chapter 01 Volume 004 P. 250 - 261
Special edition in Bulgarian: Chapter 01 Volume 004 P. 100 - 111
Special edition in Romanian: Chapter 01 Volume 004 P. 100 - 111

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/78(1)/oj

32003D0078



Official Journal L 029 , 05/02/2003 P. 0028 - 0039


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-1 ta' Frar 2003

li tistabbilixxi l-linji gwida tekniki multiannwali għall-programm ta' Riċerka tal-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar

(2003/78/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra l-Protokoll anness mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' meta jintemm it-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE ta' l-1 ta' Frar 2003 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, dwar il-konswgwenzi finanzjarji ta' meta jintemm it-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

Wara li kkunsidra -opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

billi:

(1) L-introjtu mill-investimenti tal-valur nett ta' l-Attiv tal-KEFA fil-likwidazzjoni u, kif tintemm il-likwidazzjoni, l-Attiv tal-Fond ta' Riċerka għal-Faħam u lAzzar, qed ikunu mogħtija lill-Fond ta' Riċerka għal-Faħam u l-Azzar, li hu esklussivament intiż sabiex isostni l-proġetti ta' riċerka barra mill-Programm tal-Qafas ta' Riċerka fl-oqsma relatati ma' l-industrija tal-faħam u l-azzar.

(2) Il-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar għandu jkun immexxi mill-Kummissjoni skond prinċipji simili għal dawk li jmexxu il-programmi ta' riċerka teknika tal-faħam u l-azzar tal-KEFA preżenti u fuq il-bażi ta' linji gwida tekniċi multiannwali li għandhom jikkostitwixxu estensjoni ideali għal dawk il-programmi tal-KEFA, filwaqt li jipprovdu konċentrazzjoni għolja ta' attivitajiet ta' riċerka u jaċċertaw li dawn jissuplimentaw dawk tal-programm ta' qafas tal-Komunità għall-iżvilupp tar-riċerka u t-teknoloġija.

(3) Fil-qafas ta' dawn l-attivitajiet amministrattivi, il-Kummissjoni ser tingħata l-għajnuna mingħand kumitat amministrattiv magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri kif ukoll minn gruppi konsultattivi u tekniċi li jirrapreżentaw għażla wiesgħa ta' interessi industrijali u partijiet interessati oħrajn,

ADDOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Linji ta' Gwida tekniki multiannwali għal program ta' riċerka tal-Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjħin "linji gwida tekniki") huma mniżżlin fl-Anness.

Artikolu 2

Il-linji gwida tekniċi għandhom jiġu riveduti jew miżjuda, fejn xieraq, kull ħames snin bl-ewwel perjodu jispiċċa fil-31 ta' Diċ1embru 2007. Għal dan il-għan, u sa mhux aktar tard mill-ewwel sitt xhur ta' l-aħħar sena ta' kull perjodu ta' ħames snin, il-Kummissjoni għandha terġa teżamina l-operat u l-effettività tal-linji gwida tekniki u għandha tipproponi kwalunkwe emenda xierqa.

Jekk tara li hemm il-bżonn, il-Kummissjoni tistà tagħmel dan l-eżami u tagħti l-proposti tagħha għall-emendi xierqa lill-Kunsill qabel ma jispiċċa t-terminu ta' ħames snin.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-24 ta' Lulju 2002.

Artikolu 4

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Frar 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Papandreou

[1] Ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU C 29, 30.01.01, p. 254.

[3] ĠU C 87, 11.04.02, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

LINJI GWIDA TEKNIKI GĦALL-PROGRAMM TA' RIĊERKA TAL-FOND TA' RIĊERKA GĦAL FAĦAM U L-AZZAR

1. IL-PROGRAMM

1.1. Objettivi

Bħala kontinwazzjoni tal-programmi ta' Riċerka u Żvilupp Tekniku fl-oqsma tal-Faħam u l-Azzar tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (programmi KEFA RŻT) u fil-qafas ta' żvilupp sostenibbli, għandu jiġi stabbilit programm ta' Riċerka għall Fond ta' Riċerka għal Faħam u l-Azzar (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il-programm). L-għan tal-programm hu li jsostni l-kompetittività fl-oqsma tal-Komunità marbuta ma'l-industrija tal-faħam u l-azzar. Il-programm għandu jkun konsistenti ma' l-għanijiet xjentifiċi, teknologiċi u politiċi ta' l-Unjoni Ewropea, u għandu jikkomplimenta l-attivitajiet li jsiru fl-istati Membri u fil-programmi ta' riċerka diġa' eżistenti fil-Komunità, bħalma hu l-qafas tal-programm tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ il-programm kwadru ta' riċerka). Għandha tiġi mħajjra l-kordinazzjoni, il-komplimentarjetà, u s-sinerġija bejn dawn il-programmi, kif ukoll, l-iskambju ta' l-informazzjoni bejn il-proġetti ffinanzjati minn dan il-programm u dawk li huma ffinanzjati bil-programm qafas.

1.2. L-Għanijiet prinċipali

Il-programm għandu jipprovdi għajnuna finanzjarja għall-proġetti permessi, miżuri akkompanjanti u miżuri oħrajn kif imsemmija fil-punt 1.5 billi tiġi mmexxija l-koperazzjoni bejn l-impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet. Il-programm għandu jkopri l-proċessi tal-produzzjoni, l-użu, il-konservazzjoni ta' riżorsi, titjib ambjentali u sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-oqsma marbuta ma' l-industrija tal-faħam u l-azzar.

Il-kliem "faħam" u "azzar" huma spjegati fl-Anness A.

1.3. Ambitu

Dawn il-linji gwida jiddefinixxu l-istruttura, l-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm, il-kontenut xjentifiku u tekniku u l-prioritajiet bħala komplimentarji għall-programmi ta' riċerka diġa eżistenti u r-regoli ta' parteċipazzjoni.

Dawn il-linji gwida jinkludu sejħiet għall-proposti għall-programm deskritt fil-punt. 3.1 u l-prioritajiet xjentifiċi/tekniċi u soċjo-ekonomiċi deskritti fl-Appendiċi B u Ċ, li jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fil-punt 2.1.

1.4. Parteċipazzjoni

1.4.1. Stati Membri

Impriżi, istituzzjonijiet ta' riċerka jew persuni naturali stabbiliti f'territorju ta' Stat Membru jistgħu jipparteċipaw fil-programm u japplikaw għall-assistenza finanzjarja, sakemm dawn għandhom l-intenzjoni li jagħmlu xi attività RTD jew jistgħu jikkontribuwixxu sostanzjalment għal din l-attività.

1.4.2. Stati Applikanti

Impriżi, istitutzzjonijiet ta' riċerka jew persuni naturali f'l-Istati Applikanti huma intitolati sabiex jipparteċipaw mingħajr ma jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja taħt il-programm, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor fil-Ftehim Ewropew relevanti u l-Protokolli addizjonali, u fid-deċiżjonijiet tal-varji Kunsilli ta' Assoċjazzjoni.

1.4.3. Pajjiżi terzi

Impriżi, istitutzzjonijiet ta' riċerka jew persuni naturali minn terzi pajjiżi huma intitolati sabiex jipparteċipaw fuq il-bażi ta' proġetti individwali mingħajr ma jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja taħt il-programm, sakemm din il-parteċipazzjoni tkun fl-interess tal-Komunità.

1.5. Proġetti permessi, miżuri akkompanjnati u azzjonijiet oħrajn

Poġetti ta' riċerka, pilota jew għal demostrazzjoni, miżuri akkompanjnanti u azzjonijiet ta' sostenn jew preparazzjoni jistgħu jkunu ffinanzjati kollha taħt il-programm.

Proġett ta' riċerka huwa azzjoni li tkopri xogħol investigattiv jew esperimentali bil-għan li jintlaħaq iżjed għarfien sabiex jiffaċilita objettivi prattikabbli speċifiċi bħalma hija l-kreazzjoni jew l-iżvilupp ta' prodotti, proċessi ta' produzzjoni jew servizzji.

Proġett pilota huwa kkaratterizzat bil-kostruzzjoni, tħaddim u żvilupp ta' istallazzjoni jew parti sinifikanti ta' istallazzjoni fuq skala xierqa u bl-użu ta' biċċiet ta' skala xierqa bil-għan li jkun eżaminat il-potenzal li riżultati teoretiċi u mill-laboratorju jitpoġġew fil-prattika u/jew titkabbar il-fuduċja fid-data teknika u ekonomika bżonnjuża għall-istadju ta' dimostrazzjoni, u f'ċertu każijiet fl-istadju kummerċjali u industrijali.

Proġett ta' dimostrazzjoni huwa kkaratterizzat mill-kostruzzjoni u/jew it-tħaddim ta' istallazzjoni fuq skala industrijali jew parti sostanzjali minn installzjoni fuq skala industrijali bil-għan li jitressqu viċin xulxin id-data kollha teknika u ekonomika sabiex jipproċedu bl-esplojtazzjoni industrijali u/jew kummerċjali tat-teknoloġija b'riskju.

Miżuri akkompanjanti huma marbutin mal-promozzjoni ta' l-użu ta' l-infomrazzjoni miġbura, it-twaħħid tal-proġetti, id-disseminazzjoni tar-riżultati u s-sostenn għat-taħriġ u l-mobilità tar-riċerkaturi b'konnesjsoni mal-proġetti ffinanzjati taħt il-programm.

Azzjonijiet ta' sostenn jew ta' preparazzjoni huma dawk xierqa għall-amministrazzjoni sħiħa u effettiva tal-programm, bħalma huma l-kontroll perjodiku u l-istimi msemmija fil-punt 4, studji jew network ta' proġetti relatati ffinanzjati taħt il-programm.

2. AMMINISTRAZZJONI TAL-PROGRAMM

Il-Programm għandu jkun mmexxi mill-Kummissjoni. Il-Kumitati u l-gruppi li ġejjin għandhom ikunu stabbiliti sabiex jassistu l-Kummissjoni:

(a) Il-Kumitat tal-Faħam u l-Azzar deskritt fil-punt 2.1;

(b) Il-Gruppi ta' Konsulenza tal-Faħam u l-Azzar deskritti fil-punt 2.2;

(ċ) Il-Grupi Tekniċi deskritti fil-punt 2.3.

2.1. Il-Kumitat tal-Faħam u l-Azzar

2.1.1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistia minn Kumitat tal-Faħam u l-Azzar (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ il-Kumitat). L-Artikolu 4 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri dwar il-poteri ta' implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [1] għandhom, b'analoġija japplikaw. Il-perjodu stabbiliti fl-Artikolu 4(3) ta' dik id-Deċiżjoni huwa ta' tlett xhur.

2.1.2. Il-Kumitat jista' jeżamina kwalunkwe domanda mressqa mill-President tal-Kumitat, kemm jekk fuq inizjattiva personali tiegġu stess jew fuq talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru.

2.1.3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

2.1.4. Il-punti li ġejjin għandhom jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fil-punt 2.1.1:

(a) l-allokazzjoni ta' fondi għal proġetti individwali skond il-punt 3.3(3);

(b) l-abbozz ta' termini ta' riferenza għal kontroll u l-istima tal-programm msejħa fil-punt 4;

(ċ) kwalunkwe emenda għall-Appendiċi B u Ċ ta' dawn il-linji gwida;

(d) kwalunkwe materja oħra marbuta ma' dan il-programm.

2.1.5. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Kumitat b'informazzjoni dwar il-programm sħIħ fuq il-progress u fuq l-impatt attwali jew antiċipat ta' l-azzjonijiet RTD ffinanzjati.

2.2. Il-Gruppi Konsultattivi dwar il-Faħam u l-Azzar

Il-Gruppi Konsultattivi dwar il-Faħam u l-Azzar (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "il-Gruppi Konusltattivi") għandhom ikunu Gruppi Tekniki Konsultattivi indipendenti stabbiliti sabiex jgħinu lill-Kummissjoni Għall-aspetti RTD marbuta mal-Faħam u l-Azzar rispettivament, kull Grupp Konsultattiv għandu jagħti l-pariri dwar:

(a) L-Iżvilupp ġenerali tal-programm, il-prioritajiet mniżżla fl-Appendiċi B u Ċ, inklużi kwalunkwe emendi, il-pakkett ta' informazzjoni kif msemmi fil-punt 3.1 u l-linji gwida futuri;

(b) il-konsistenza u d-duplikazzjoni possibbli ma' programm RTD oħra kemm fil-livell Komunitarju u dak nazzjonali;

(ċ) l-istabbiliment ta' prinċipji gwida għall-kontroll tal-proġetti RTD;

(d) ix-xogħol li qed isir taħt proġetti speċifiċi;

(e) id-definizzjoni tal-prioritajiet ta' żmien qasir tal-programm, skond l-Appendiċi B u Ċ;

(f) il-preparazzjoni ta' manwal sabiex ikunu stmati u magħżula azzjonijiet ta' RŻT, kif msemmi fil-punt 3.3;

(g) l-istima tal-proposti għall-azzjonijiet RTD u l-prioritajiet li għandha tingħata lill dawn il-proposti, kunsidrati il-fondi disponibbli;

(h) in-numru, kompetenzi u l-Komposizzjoni tal-Gruppi Tekniki msemmija fil-punt 2.3;

(i) Miżuri oħra meta mitluba biex jagħmlu dan mill-Kummissjoni.

Kull Grupp Konsultattiv għandu jkun magħmul minn membri, kif msemija fil-punt 2.2.1 u l-punt 2.2.2, maħtura mill-Kummissjoni sabiex iservu f'kapaċità personali għall-perjodu ta' ħames snin. Il-ħatriet jistgħu jiġu irtirati. Il-Kumisjoni għandha tikkonsidra proposti għall-ħatriet li jkunu ġew irċevuti bil-mod ta' kif ġej: minn proposta magħmula minn Stat Membru; minn proposta magħmula mill-entitajiet msemmija fil-punt 2.2.1 u l-punt 2.2.2; bħala risposta għal sejħa għall-applikazzjonijiet ta' inklużjoni fuq lista ta' riżerva.

Għandu jkun hemm ta' l-inqas membru minn kull Stat Membru li hu nteressat, u f'kull Grupp Konsultattiv bilanċ ta' esperti u għandha tiġi aċċertata l-iżjed rappreżentanza ġeografika wiesgħa. Il-membri għandhom ikunu attivi fl-oqsma kkonċernati kif ukoll ikunu konxji tal-prioritajiet industrijali.

Il-laqgħat tal-Grupp Konsultattiv għandhomikunu presjeduti mill-Kummissjoni, li għandu jipprovdi wkoll is-segretarjat. Jekk hemm il-bżonn, il-President jista' jiltob vot; kull membru hu intitolat għal vot wieħed. Il-President jista jistieden esperti visitaturi sabiex jieħdu sehem fil-laqgħat fejn hemm bżonn.

Jekk hu neċessarju, (eż sabiex jipprovdu pariri fuq oqsma relevanti għaż-żewġ setturi), Iż-żewġ Gruppi Konsultattivi jistgħu jingħaqdu f'laqgħat konġunti.

2.2.1. Il-Grupp Konsultattiv dwar il-Faħam

Il-Grupp konsultattiv dwar il-faħam għandu jkun magħmul kif ġej:

Membri | Total Massimu |

(a)Minn produtturi tal-faħam/federazzjonijiet Nazzjonali jew ċentri ta' riċerka relatati | 8 |

(b)Minn organizzazzjonijiet li jirrapprezentaw lill-produtturi tal-faħam fuq livell Ewropew | 2 |

(ċ)Minn utenti tal-faħam jew ċentri ta' riċerka relatati | 8 |

(d)minn organizzazzjonijiet li jirraprezentaw utenti tal-faħam fuq livell Ewropew | 2 |

(e)minn organizzazzjonijiet li jirrapprezentaw lill-ħaddiema | 2 |

(f)minn organizzazzjonijiet li jirrapprezentaw lill-fornituri ta' l-apparat | 2 |

| 24 |

Il-membri għandhom ikollhom tagħrif vast u kompetenza personali fuq wieħed jew aktar minn dawn l-oqsma li ġejjin: it-tħaffir u l-użu ta' l-azzar, aspetti ambjentali u soċjali, inklużi aspetti ta' sigurtà.

2.2.2. Il-Grupp Konsultattiv dwar l-Azzar

Il-Grupp Konsultattiv dwar l-Azzar għandu jkun magħmul kif ġej:

Membri | Total Massimu |

(a)Minn produtturi tal-faħam/federazzjonijiet nazzjonali jew ċentri ta' riċerka relatati | 21 |

(b)Minn organizzazzjonijiet li jirrapprezentaw lill-produtturi fuq livell Ewropew | 2 |

(ċ)Minn organizzazzjonijiet li jirrapprezentaw lill-ħaddiema | 2 |

(d)Minn organizzazzjonijiet li jirrapprezentaw industriji ta' pproċessar downstream jew utenti ta' l-azzar | 5 |

| 30 |

Il-membri għandhom ikollhom tagħrif vast u kompetenza personali fuq wieħed jew aktar minn dawn l-oqsma li ġejjin: materja prima; ħidma tal-ħadid; ħidma ta' l-azzar; kasting kontinwu; rrolljar bis-sħana jew mingħajr sħana; użu u karatteristiċi ta' l-azzar; punti ambjentali u soċjali, li jinkludu s-saħħa u s-sigurtà.

2.3. Il-Gruppi tekniċi tal-Faħam u l-Azzar

Ir-rwol tal-gruppi tekniki tal-Faħam u l-Azzar jikkonsisti f'li jassistu l-Kummissjoni fil-kontroll tar-riċerka u tal-proġetti pilota u ta' dimostrazzjoni. Il-memberi għandhom jiġu maħtura mill-Kummissjoni u għandhom jiġu mill-oqsma marbuta ma' l-industria tal-faħam u l-azzar, organizzazzjonijiet ta' riċerka jew mill-industria li tużhom, sakemm dawn għandhom responsabilitajiet għall-istrateġija ta' riċerka, amministrazzjoni u produzzjoni.

3. IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM

3.1. Sejħa għall-proposti

Din id-Deċiżjoni qed tniedi sejħa għall-proposti miftuħa u kontinwa, bil-15 ta' Settembru ta' kull sena bħala d-data ta' l-egħluq għas-sottomissjonijiet tal-proposti għall-istima, bil-bidu mis-sena 2002.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippublika, inklużi fis-Servizz ta' r-Riċerka tal-Komunità u l-Iżvilupp ta' Informazzjoni (CORDIS), jew website korripondenti, pakkett ta' informazzjoni li jipprovdi lil min jipproponi u partijiet interssati oħrajn b'informazzjoni prattika dwar il-programm, regoli ta' parteċipazzjoni, metodi ta' kif għandhom jitmexxew il-proposti u l-proġetti, formoli ta' applikazzjoni, regoli għas-sottomissjoni ta' proposti, mudelli ta' kuntratti, nefqa permessibbli, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima permessibbli u metodi ta' pagament.

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni skond ir-regoli mniżżla fil-pakkett ta' informazzjoni, tista' tintalab u tingħata kopja ppublikata ta' dan il-pakkett mill-Kummissjoni.

3.2. Kontenut tal-proposti

Il-proposti għandhom ikunu marbuta ma' prioritajiet xjentifiċi/tekniki u soċjo-ekonomiċi mniżżla fl-Appendiċi B u Ċ.

Kull proposta għandha tinkludi fiha deskrizzjoni dettaljata tal-proġett propost kif ukoll għandu jkollha informazzjoni kompluta dwar l-għanijiet, s-soċjetajiet (inkluż ir-rwol speċifiku ta' kull soċju), l-istruttura ta' l-amministrazzjoni, riżultati antiċipati, applikazzjonijiet mistennija u stima tal-benefiċċji industriali, ekonomiċi, soċjali u ambjentali mistennija.

In-nefqa totali proposta u t-tqassim tan-nefqa għandhom ikunu realistiċi u effettivi, u l-proġett għandu jkun mistenni li ipproduċi riżultati favorevoli fil-porzjon tan-nefqa/benefiċċju.

3.3. Stima u għażla tal-proposti u kontroll tal-proġetti.

Il-Kummissjoni għandha taċċerta stima kunfidenzali, leali u ġusta tal-proposti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika manwal għall-istima u l-għażla ta' azzjonijiet RTD kif imsemmi fil-punt 2.2(f).

L-istima u l-għażla tal-proposti għandha ssir taħt ir-responsabbilità tal-Kummissjoni kif ġej:

1. Wara li tirċievi u tirreġistra l-proposti u tivverifika l-eliġibilità tagħhom, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima tagħhom bl-għajnuna tal-Grupp Konsultattiv relevanti msemmi fil-punt 2.2(ġ), u, jekk neċessarju, esperti indipendenti;

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta' proposti adottati f'ordni ta' mertu;

3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq l-għażla tal-proġetti u l-allokazzjoni tal-fondi, assistita mill-Kumitat, skond il-proċedura msemmija f'punt 2.1.1.

Il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna tal-gruppi tekniċi msemmija fil-punt 2.3, tikkontrolla l-proġetti ta' riċerka u l-attivitajiet.

3.4. Kuntratti

Proġetti bbażati fuq proposti, miżuri u azzjonijiet magħżula kif msemmija fil-punt 1.5 għandhom jagħmlu parti mill-kuntratt. Il-Kuntratti għandhom ikunu bbażati fuq mudelli ta' kuntratti relevanti stabbiliti mill-Kummissjoni, wara li titqies, fejn xieraq, in-natura ta' l-attivitajiet kkonċernati.

Il-Kuntratti għandhom jiddefinixxu l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata taħt il-programm fuq il-bażi ta' nefqa permessibbli, kif ukoll ir-regoli li jikkonċernaw rapporti dwar in-nefqa u l-għeluq tal-kontijiet u l-verifika.

3.5. Kontribuzzjoni Finanzjarja

Il-programm għandu jkun bbażat fuq kuntratti RTD bin-nefqa mqassma. Il-kontribuzzjoni totali Finanzjarja inkluż finanzjament pubbliku ieħor għandu jkun konformi mar-regoli applikabbli għall-għajnuna Statali.

Bla ħsara għall-paragrafu preċedenti, il-kontribuzzjoni massima finanzjarja, espressa bħala persentaġġ tan-nefqa permessibbli msemmija fil-punt 3.6 għandha tkun:

(a)għall-proġetti ta' riċerka: | Sa 60 % |

(b)għall-proġetti pilota u ta' dimostrazzjoni: | Sa 40 % |

(ċ)għall miżuri akkompanjanti, azzjonijiet ta' sostenn u preparatorji: | Sa 100 % |

3.6. Nefqa permessibbli

In-nefqa permessibbli għandha tkopri biss in-nefqa attwali għax-xogħol magħmul taħt il-kuntratt. Il-partijiet kontraenti, il-kontraenti assoċjati u sub-kontraenti ma jistgħux jitolbu rati li jidhru fil-baġit jew rati. In-nefqa permessibbli għandha tkun maqsuma fl-erba' kategoriji li ġejjin:

3.6.1. Nefqa għall-apparat

In-nefqa għax-xiri jew kiri ta' apparat marbut direttament ma' l-eżekuzzjoni tal-proġett għandha tiġi mniżżla bħala nefqa diretta. In-nefqa permessibbli għall-kiri ta' l-apparat m'għandiex taqbeż in-nefqa permessibbli għax-xiri ta' l-apparat.

3.6.2. Nefqa ta' l-istaff

In-nefqa tas-sigħat attwali għal-proġett magħmula minn staff xjentifiku, postgradwat jew tekniku kif ukoll in-nefqa għall-ħaddiema manwali direttament impjegati mill-parti kontraenti għandha tkun nefqa diretta. Kwalunkwe nefqa għall-istaff addizzjonali (eż. borża ta' studju) għandu jkollha l-approvazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni. Is-siegħat ta' xogħol għandhom ikunu reġistrati u ċċertifikati.

3.6.3. Nefqa għall-ħidma

In-Nefqa għall-ħidma marbuta direttament ma' l-eżekuzzjoni tal-proġett għandha tkun limitata biss għall-ispiża ta:

(a) materja prima;

(b) oġġetti żgħar ta' konsum regolari;

(ċ) l-użu ta' oġġetti li jiġu kkonsmati;

(d) enerġija;

(e) il-manteniment u t-tiswija ta' l-apparat;

(f) it-Trasport ta' l-apparat jew il-prodotti;

(g) l-alterazzjoni jew it-trasformazzjoni ta' apparat diġa eżistenti;

(h) servizzi ta' l-informatika;

(i) il-kiri ta' l-apparat;

(j) analiżi Mixxellanji;

(k) eżamijiet u provi speċjali;

(l) assistenza minn terzi partijtiet;

(m) nefqa għall-ivjaġġar u akkomodazzjoni.

3.6.4. Spejjeż indiretti

Kwalunkwe spejjeż oħrajn ("spejjeż amministrattivi" jew "spejjeż ġenerali") li jista' jkun hemm b'konnessjoni mal-proġett u li m'humiex identifikati speċifikament fil-kategoriji preċedenti għandhom ikunu koperti b'somma waħda li tammonta għal 30 % tan-nefqa permessibbli għall-istaff kif msemmi f'punt 3.6.2.

3.7. Rapporti tekniċi

Għall-proġetti ta' riċerka, pilota u demostrattivi, kif msemmi f'punt 1.5, għandu jsir rapport kull sit xhur mill-kontraent(i). Dawn ir-rapporti għandhom jintużaw sabiex jiddeskrivu l-progress tekniku li jkun sar. Kif jitlesta x-xogħol, għandu jsir rapport finali li jkun fiħ ezami ta' l-impatt u l-esplojtazzjoni. Dan ir-rapport għandu jkun ippublikat mill-Kummissjoni f'verżjoni sħiħa jew mqassra skond l-importanza strateġika tal-proġett. Id-Deċiżjoni għandha tiddieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni, jekk hemm il-ħtieġa, tal-Grupp Konsultattiv relevanti. Fejn xieraq,jistgħu jintalbu u jiġu ppubblikati rapporti finali dwar miżuri akkompanjanti kif ukoll dwar azzjonijiet ta' support jew preparatorji.

4. REVIŻJONI ANNWALI, KONTROLLI U STIMA TAL-PROGRAMM

Il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni annwali ta' l-attivitajiet li jaqgħu taħt il-programm u l-progress tax-xogħol ta' RTD. Ir-rapport b'din ir-reviżjoni għandu jingħata lill-Kumitat.

Il-programm għandu jkun soġġett għal attività ta' kontroll, inkluża stima tal-benefiċċji mistennija. Rapport fuq din l-attività għandu jsir sa' l-aħħar ta' l-2006, u min hemm ‘l quddiem kull ħames snin. Dawn ir-rapporti għandhom jingħataw lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat u lill-Gruppi Konsultattivi.

Għandha ssir stima tal-programm hekk kif jitlestew il-proġetti ffinanzjati kull perjodu ta' ħames snin, bl-ewwel perjodu jispiċċa fl-2008. Għandhom jiġu stmati l-benefiċċji li qed jagħti RTD lis-soċjetà u lis-setturi relevanti. Ir-rapport ta' stima għandu jiġi ppublikat.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi termini ta' referenza għall-attività ta' kontroll u ta' stima; il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat. Kemm il-kontroll kif ukoll l-istima għandhom isiru minn bordijiet ta' esperti bi kwalifiki avanzati maħtura mill-Kummissjoni.

5. KLAWSOLA TRANSITORJA

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiggarantixxi transizzjoni mingħajr ostakli mill-programmi ta' RŻT tal-KEFA għal dan il-programm. Il-kuntratti tal-KEFA li jkunu għadhom validi kif jiskadi t-trattat tal-KEFA għandhom jiġu mmexxija mill-Kummissjoni skond l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-kuntratt, bil-għan li jkunu armonizzati l-kuntratti tal-KEFA u l-kuntratti taħt dan il-programm.

[1] ĠU. L 184, 17.07.99, p. 23

--------------------------------------------------

Appendiċi A

PROGRAMM TA' RIĊERKA TAL-FOND TA' RIĊERKA GĦAL FAĦAM U L-AZZAR

DEFINIZZJONI TAL-KLIEM "FAĦAM" U "AZZAR"

1. FAĦAM

(a) Antraċit;

(b) Trab ta' l-antraċit ppressat;

(ċ) Kokk u semi-kokk dderivat minn antraċit;

(d) Linjite;

(e) Trab tal-linjite ppressat;

(f) Kokk u semi-kokk dderivat minn linjite.

Il-kelma "antraċit" tinkludi faħam ta' tip "A" (faħam sub-bituminuż) għoli u medju kif spjegat fis-"Sistema internazzjonali ta' kodifikazzjoni tal-faħam" tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU. Il-kelma "linjite" tinkludi faħam "Ċ" (jew ortho-linjiti) ta' livell baxx u faħam "B" coals (jew meta-linjite) ta' livell baxx ta' l-istess klassifikazzjoni. Għall-linjite, il-programm għandu jgħodd biss għal-linjite użat għal produzzjoni ta' l-elettriku jew għal produzzjoni kkombinata ta' sħana/elettriku u mhux intiża għal produzzjoni ta' trab b'mod ppressat jew semi-kokk.

2. ĦADID U AZZAR

(a) Materja prima għal ħadid u l-azzar, bħall-blata li fiha l-metall, sponge iron u skart tal-ħadid;

(b) Ħadid għadu ħiereġ mill-kalkara (inkluż metall sħun) u ligi tal-ħadid;

(ċ) Prodotti mhux raffinati u semi-irfinat tal-ħadid, azzar ordinarju u speċjali (inklużi prodotti intiżi li jerġgħu jiġu użati jew re-rolling) bħalma huma kast ta' l-azzar likwidu bil-kast kontinwu jew b'mod ieħor, u prodotti semi-irfinati bħalma huma mases ta' ħadid għall-forma, ingotti, vireg tal-ħadid, blokka tax-xogħol u strippi;

(d) Prodotti tal-ħadid magħmulin bis-sħana, azzar ordinarju jew speċjali (prodotti li jkollhom kowting jew mingħajru, eskluż l-ikkastjar ta' l-azzar, kiwi ta' metall u prodotti metalluġiċi f'forma ta' trab), bħal binarji, palanki, forom strutturali,vireg, vireg tal-wajer, pjanċi u pjanċi universali, strippi u pjanċi u tubi tondi u kwadri;

(e) Prodotti tal-ħadid lesti, azzar ordinarju jew speċjali (bil-kowt jew mingħajr kowt), bħal strippi u pjanċi rolljati u pjanċi elettriċi;

(f) Prodotti fl-ewwel fażi ta' l-ipproċessar ta' l-azzar li jistgħu jżidu l-kompettitività tal-prodotti tal-ħadid u ta' l-azzar, bħal prodotti f'forma ta' tubi, prodotti miġbuda u b'finitura, prodotti rroljati u ffurmati mhux mingħajr sħana.

--------------------------------------------------

Appendiċi B

PROGRAMM TAL-FOND TA' RIĊERKA GĦAL FAĦAM U L-AZZAR

PRIORITAJIET XJENTIFIĊI/TEKNIĊI U SOĊJO-EKONOMIĊI

RTD TAL-FAĦAM

L-iżvilupp ta' riċerka u teknika jifforma mezz importanti ħafna ta' sostenn għall-għanijiet tal-Komunità għall-enerġija fejn tidħol il-fornitura tal-faħam għall-Komunità, il-bidla tal-faħam b'mod kompetittiv u li ma jagħmilx ħsara għall-ambjent u l-użu tiegħu. Barra minn dan, it-tkabbir tad-dimensjoni internazzjonali tas-suq tal-faħam u l-problemi fuq iskala globali li huma marbuta ma' dan il-qasam ifisser li l-Unjoni Ewropea għandha tieħu rwol prinċipali sabiex tnaqqas l-isfidi marbuta mat-teknoloġija moderna, sigurta' fil-mini fejn jitħaffer il-faħam, u protezzjoni ta' l-ambjent fuq livell globali billi jkun żgurat it-trasferiment tas-sengħa u l-informazzjoni meħtieġa għall-progress teknoloġiku, kondizzjonijiet tax-xogħol aħjar (saħħa u sigurtà) u protezzjoni ta' l-ambjent aħjar. L-oqsma ta' priorità huma msemmija fil-punti 1-4 hawn isfel, l-ordni tagħhom ma tirrapreżenta l-ebda forma ta' priorità bejniethom.

1. TITJIB TAL-POSIZZJONI KOMPETITTIVÀ TAL-FAĦAM TAL-KOMUNITÀ

L-għan huwa li jitnaqqsu l-ispejjes totali tal-produzzjoni tal-faħam mill-mini tat-tħaffir, titjieb il-kwalità tal-prodotti u jitnaqqsu l-ispejjes sabiex jintuża l-faħam. Il-proġetti ta' riċerka jinkludu il-katina tal-produzzjoni sħiħa:

- metodi moderni sabiex jkunu eżaminati d-depożiti;

- pjan ta' integrazzjoni tal-mini tat-tħaffir;

- teknoloġiji tat-tħaffir għall-faħam li huma effiċċjenti ħafna u l-parti l-kbira bi tħaffir awtomatiku li jikkorrispondu mal-karatteristiċi ġeografiċi tad-depositi ta' faħam naturali Ewropej;

- teknoloġiji xierqa ta' sostenn;

- Sistemi ta' trasport;

- Servizzi ta' provvista tad-dawl, u sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni, trasmissjoni, kontrolli u kontroll tal-proċess;

- tekniċi ta' preparazzjoni tal-faħam, għal bżonnijiet tas-suq tal-konsumatur;

- tibdil fil-faħam;

- kombusstjoni tal-faħam.

Il-proġetti ta' riċerka għandhom ikollhom l-għan li jilħqu progress xjentifiku u teknoloġiku bil-għan li nifhmu iżjed il-karatteristiċi u l-kontroll tad-depożiti f'relazzzjoni mal-pressa tal-blat, emissjonijiet tal-gass, ir-riskju ta' splużjoni, ventilazzjoni u l-fatturi l-oħra kollha li jolqtu t-tħaffir mill-mini. Il-proġetti ta' riċerka li għandhom dawn l-għanijiet għandhom jippreżentaw il-prospett tar-riżultati applikabbli kemm fiż-żmien qasir kif ukoll f'dak medju lill-parti sostanzjali tal-produzzjoni fil-Komunità.

Għandha tingħata preferenza lill-proġetti li jippromwovu, ta'l-anqas waħda minn dawn li ġejjin:

(a) integrazzjoni ta' tekniki individwali f'sistemi u metodi u l-iżvilupp ta' metodi ta' tħaffir integrati;

(b) tnaqqis sostanzjali tan-nefqa għall-produzzjoni;

(ċ) benefiċċji fis-sigurtà fil-mini u lill-ambjent.

2. SAĦĦA U SIGURTÀ FIL-MINI TAT-TĦAFFIR

L-iżvilupp meħtieġ msemmi għandu jkun akkompanjat bi sforzi xierqa għas-sigurtà fil-mini, kif ukoll fil-kontroll tal-gass, ventilazzjoni u arja kkondizzjonata. Iżjed minn dan, il-kondizzjonijiet tax-xogħol taħt l-art jġibu magħho mil-bżonn għal żvilupp speċifiku fejn għandu x'jaqsam is-saħħa u s-sigurtà.

3. PROTEZZJONI EFFIĊJENTI TA' L-AMBJENT U ŻVILUPP FL-UŻU TAL-FAĦAM BĦALA EGĦJUN TA' ENERĠIJA NADIFA

Proġetti ta' riċerka b'dan l-għan iftixxu li jiminimizzaw l-impatt ta' l-operazzzjonijiet ta' tħaffir u l-użu tal-faħam fil-Komunità fl-atmesfera, fl-ilma u wiċċ l-art fil-qafas ta' l-istrateġija tat-tmexxija integrata fit-tniġġiż. Minħabba li l-industrija tal-faħam tal-Komunità għaddejja minn ristrutturar kontinwu, ir-riċerka hi diretta f'li tnaqqas l-impatt ambjentali tal-mini ta' taħt l-art li ħa jkollhom jagħlqu.

Għandha tingħata preferenza lill-proġetti li jinkludu:

(a) tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, b'mod partikolari il-metanu, mid-depożiti tal-faħam;

(b) it-tqehid lura fil-mini ir-rimi tal-faħam, fly ash u prodotti ta' desulfurizazzjoni, fejn relevanti, b'forom oħra ta' skart;

(ċ) is-sistemazzjoni ta' munzelli ta' skart, u l-użu industrijali ta' rimi mill-produzzjoni u l-konsum tal-faħam;

(d) il-protezzjoni tas-saff ta' l-ilma ta' taħt l-art u l-purifikazzjoni ta' ilma maħmuġ mill-mini tat-tħaffir;

(e) it-tnaqqis fl-impatt ambejntali ta' installazzjonijiet li jużaw l-iktar faħam u linjite tal-Komunità;

(f) il-protezzjoni ta' installazzjonijiet fuq wiċċ l-art kontra l-effetti tas-subsidenza fiż-żmien twil jew qasir;

(g) tnaqqsi mill-emissjonijiet mill-użu tal-faħam.

4. TMEXXIJA TA' DIPENDENZA ESTERNA FUQ PROVVISTA TA' L-ENERĠIJA

Il-proġetti ta' riċerka b'dan il-għan għandhom x'jaqsmu mal-prosetti ta' provvista ta' enerġija fit-tul u jikkonċernaw l-iżvilupp – f'oqsma ekonomiċi, marbuta ma' l-enerġija u ma' l-ambjent - ta' depożiti ta' faħam li ma jistgħux jkunu estratti ekonomikament b'tekniki ta' tħaffir. Il-proġetti jistgħu studji, id-definizzjoni ta' strateġiji, riċerka fundamentali jew applikata, u l-eżami ta' teknoloġiji innovattivi li joffru propsetti għall-iżvilupp tar-riżorsi tal-faħam tal-Komunità.

Għandha tingħata preferenza lill-proġetti li jintergraw tekniki komplimentarji bħalma huma l-assorbiment tal-metanu jew diossidu tal-karbonju, metanu estratt mis-sodda tal-faħam, u l-vaporizzazzjoni tal-faħam ta' taħt l-art, eċċ.

--------------------------------------------------

ANNESS Ċ

IL-PROGRAMM TA' RIĊERKA GĦALL-FONDI TA' RIĊERKA GĦAL FAĦAM U L-AZZAR

PRIORITAJIET XJENTIFIĊI/TEKNIĊI U SOĊJO-EKONOMIĊI

RTD TA' L-AZZAR

Bl-għan ġenerali illi titkattar il-kompetittività u l-kontribut għall-iżvilupp sostenibbli, l-emfasi ġenerali ta' RTD hi fuq l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda jew żviluppati li jiggarantixxu l-produzzjoni ekonimika, nadifa u b'sigurtà ta' l-azzar u at' prodotti ta' l-azzar li huma kkaratterizzati b'imġieba tal-prodott li qed tikber b'mod b'saħħtu, b'konvenjenza għal-użu, sodisfazzjoni min-naħa tal-konsumaturi, ħajja ta' prodott iżjed twila, ġbir lura tal-prodott u riċiklaġġ iħfef. L-oqsma ta' priorità huma msemmija fil-punti 1-3 hawn isfel, l-ordni tagħhom ma tirrapreżenta l-ebda forma ta' priorità bejniethom.

1. TEKNIĊI ĠODDA U TITJIB FIL-PRODUZZJONI TA' L-AZZAR U TAL-FINITURA

RŻT għandha tiżviluppa l-proċess ta' produzzjoni ta' l-azzar bil-għan li tirranġa l-kwalità' tal-prodott u titkabbar il-produttività. it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet, il-konsum ta' l-enerġija u l-impatt ambjentali kif ukoll l-iżvilupp ta' l-użu tal-materja prima u l-konservazzjoni tar-riżorsi għandha tifforma parti integrali mill-iżviluppi milħuqa. Il-proġetti ta' riċerka għandhom jidirizzaw l-oqsma li ġejjin:

- proċessi ġodda u żviluppati ta' tanqqis tal-blata tal-metall;

- proċessi u operazzjoniejit ta' ħdim tal-ħadid;

- proċessi tal-forn li jaħdmu bil-ark ta' l-elettriku;

- proċessi ta' ħdim ta' l-azzar;

- tekniki ta' metallurġija sekondarji;

- tekniki ta' ikkastjar kontinwu u ta' qrib il-forma bażika bl-użu jew mingħajr l-użu ta' rolljar dirett;

- tekniki ta' rrolljar, tal-finitura u tal-kowting;

- tekniki ta' rolljar bis-sħana jew mingħajr sħana, pickling u proċessi ta' finitura;

- proċessi ta' instrumentazzjoni, kontroll u awtomazzjoni;

- iż-żamma u l-effikaċiita' tal-linji ta' produzzjoni.

2. RTD U L-UTILIZZAZZJONI TA' L-AZZAR.

RŻT dwar l-utilizazzjoni ta' l-azzar hi essenzali sabiex jintalħqu l-ħtiġijiet futuri ta' l-utenti ta' l-azzar u sabiex jinħolqu opportunitajiet ta' swieq ġodda. Il-proġetti ta' riċerka għandhom jidirizzaw l-oqsma li ġejjin:

- tipi ġodda ta' azzar għall-aplikazzjoni komplessi;

- karatteristiċi ta' l-azzar li jindirizzaw il-bżonnijiet mekkaniċi f'temperaturi għoljin jew baxxi bħal saħħa u durabilità, resistenza għall-użu steel, ttikil, korrożività, u reżistenza kontra l-ksur;

- tiżdied il-ħajja tas-servizz tal-prodott, b'mod partikolari billi tiġi żviluppata r-resistenza ta' l-azzar u ta' l-istrutturi ta' l-azzar għas-sħana u għal-korrożività;

- kompositi li għandhom l-azzar u strutturi sandwich;

- mudelli għal simulazzjoni ta' previzjoni fuq mikrostrutturi u kwalitajiet mekkaniċi;

- metodi ta' sigurtà fl-istruttura u fid-disinn, b'mod partikolari fir-reżistenza għan-nar u t-terremoti;

- tekniki marbuta ma' l-iffurmar, il-welding u t-twaħħil ta' l-azzar u materjali oħra;

- standardizzar ta' metodi ta' eżami u stima.

3. KONSERVAZZJONI TA' RIŻORSI U ŻVILUPP TAL-KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL

Kemm fil-produzjoni ta' l-azzar kif ukoll fl-użu tiegħu, il-konservazzjoni tar-riżorsi, il-preżervazzjoni ta' l-eko-sistema u l-punti tas-sigurtà għandhom jagħmlu parti integrali mix-xogħol ta' RTD. Il-proġetti ta' riċerka għandhom jindirizzaw l-oqsma li ġejjin:

- tekniki sabiex jiġi riċiklat azzar li m'għadux jintuża minn egħjun differenti u klassifikazzjoni ta' skart ta' l-azzar;

- tipi ta' azzar u disinn ta' strutturi mibnija sabiex jiffaċilitaw il-ġbir ta' rimi ta' l-azzar u li jkun konvertit t'azzar li jista jintuża;

- kontroll u protezjoni ta' l-ambjent fil-post tax-xogħol u fil-madwar;

- restawr ta' siti ta' strutturi tal-ħadid;

- titjib tal-kondizjonijiet tax-xogħol u l-kwalità tal-ħajja fil-post tax-xogħol;

- metodi ergonomiċi;

- saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

- tnaqqis mill-esposizzjoni għall-emissjonijiet fuq ix-xogħol.

--------------------------------------------------

Top