EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1241

Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1241/2002 ta’ l-10 ta’ Lulju 2002 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” pprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-ikel (il-Gailtaler Speck, il-Morbier, il-Queso Palmero jew Queso de la Palma, iż-żejt taż-żebbuġa extra-verġini Thrapsano, it-Turrón de Agramunt jew Torró d'Agramunt)

OJ L 181, 11.7.2002, p. 4–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 036 P. 177 - 178
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 036 P. 177 - 178
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 036 P. 177 - 178
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 036 P. 177 - 178
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 036 P. 177 - 178
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 036 P. 177 - 178
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 036 P. 177 - 178
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 036 P. 177 - 178
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 036 P. 177 - 178
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 042 P. 174 - 176
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 042 P. 174 - 176
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 003 P. 150 - 151

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1241/oj

32002R1241



Official Journal L 181 , 11/07/2002 P. 0004 - 0005


Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1241/2002

ta’ l-10 ta’ Lulju 2002

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-"Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-ikel (il-Gailtaler Speck, il-Morbier, il-Queso Palmero jew Queso de la Palma, iż-żejt taż-żebbuġa extra-verġini Thrapsano, it-Turrón de Agramunt jew Torró d'Agramunt)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini fil-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2796/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Spanja bagħtet lill-Kummissjoni żewġ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' l-isem "Queso Palmero jew Queso de la Palma" bħala denominazzjonijiet ta l-oriġini u ta’ l-isem "Turrón de Agramunt jew Torró d'Agramunt" bħala indikazzjonijiet ġeografiċi, Franza bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' l-isem "Morbier" bħala denominazzjoni ta’ l-oriġini, l-Awstrija bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' l-isem "Gailtaler Speck" bħala indikazzjoni ġeografika u l-Greċja bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' l-isem "żejt taż-żebbuġa extra-verġini Thrapsano" bħala denominazzjoni ta’ l-oriġini.

(2) Skond l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet instabu li jilħqu l-ħtiġiet kollha stabbiliti fih u b'mod partikolari li fihom it-tagħrif kollu skond l-Artikolu 4 tiegħu.

(3) Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 rigward l-ismijiet mogħtija fl-Anness wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3].

(4) L-ismijiet għandhom għalhekk jidħlu fir-"Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u minn issa 'l quddiem jiġu mħarsa fil-Komunità kollha bħala denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(5) L-Anness ma’ dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1097/2002 [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness ma’ hawn huma miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mdaħħla bħala denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini (DPO) jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) fir-"eġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-10 ta’ Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.07.92, p. 1.

[2] ĠU Nru L 324, tal-21.12.00, p. 26.

[3] ĠU C 327, tat-22.11.2001, p. 11 (Gailtaler Speck).ĠU C 319, ta' l-14.11.2001, p. 3 (Turrón de Agramunt jew Torró d'Agramunt).ĠU C 319, ta' l-14.11.2001, p. 7 (Queso Palmero jew Queso de la Palma).ĠU C 270, tal-25.9.2001, p. 4 (Morbier).ĠU C 241, tad-29.8.2001, p. 12 (żejt taż-żebbuġa extra-verġini Thrapsano).

[4] ĠU L 327, tat-18.12.96, p. 11.

[5] ĠU L 166, tal-25.06.02, p. 8.

--------------------------------------------------

ANNESS

IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Il-prodotti mil-laħam

L-AWSTRIJA

Gailtaler Speck (IĠP)

Il-Ġobon

FRANZA

Morbier (DPO)

SPANJA

Queso Palmero jew Queso de la Palma (DPO)

Iż-Żjut u x-Xaħmijiet

IL-GREĊJA

Iż-żejt taż-żebbuġa extra-verġini Thrapsano (DPO)

L-OĠĠETTI TA’ L-IKEL RIFERITI FL-ANNESS I MAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92

Il-Ħobż, l-għaġin, il-kejkijiet, il-ħelu, il-gallettini u prodotti oħra tal-furnar

SPANJA

Turrón de Agramunt jew Torró d'Agramunt (IĠP)

--------------------------------------------------

Top