EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1216

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2002 tal-5 ta’ Lulju 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2300/97 dwar regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ miżuri biex tittejjeb il-produzzjoni u l-marketing ta’ l-għasel

OJ L 177, 6.7.2002, p. 4–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 036 P. 169 - 170
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 036 P. 169 - 170
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 036 P. 169 - 170
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 036 P. 169 - 170
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 036 P. 169 - 170
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 036 P. 169 - 170
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 036 P. 169 - 170
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 036 P. 169 - 170
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 036 P. 169 - 170

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1216/oj

32002R1216



Official Journal L 177 , 06/07/2002 P. 0004 - 0005


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2002

tal-5 ta’ Lulju 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2300/97 dwar regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ miżuri biex tittejjeb il-produzzjoni u l-marketing ta’ l-għasel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Waqt li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ miżuri biex tittejjeb il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ l-għasel [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2070/98 [2], u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2300/97 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1336/2001 [4], li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ miżuri biex tittejjeb il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ l-għasel.

(2) Kienu saru xi tibdiliet għan-numru ta’ doqqajs fil-komunikazzjonijiet ta’ l-Istati Membri biex jaġġornaw l-informazzjoni strutturali dwar is-sitwazzjoni fis-settur kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 1(a) tar-Regolament (KE) Nru 2300/97. Bħala riżultat, l-Anness I ta’ dak ir-Regolament għandu jkun emendat.

(3) L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2300/97 jistabbilixxi data finali għall-implimentazzjoni ta’ miżuri permezz ta’ programmi annwali. Bħala riżultat, l-Anness I il-ġdid għandu jkun japplika għall-ewwel darba għall-programmi annwali li jkopru s-sena tas-suq 2002/03

(4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2300/97 huwa mibdul bl-Anness ta’ hawn taħt.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika għall-ewwel darba għall-programmi annwali li jkopru s-sena tas-suq 2002/03.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, 1.7.1997, p. 1.

[2] ĠU L 265, 30.9.1998, p. 1.

[3] ĠU L 319, 21.11.1997, p. 4.

[4] ĠU L 180, 3.7.2001, p. 21.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

L-ANNESS I

Stat Membru | Nru ta' Doqqajs |

B | 100000 |

DK | 155000 |

D | 900000 |

GR | 1380000 |

E | 2314494 |

F | 1297000 |

IRL | 20000 |

I | 1100000 |

(l) | 10213 |

NL | 80000 |

A | 343906 |

P | 632500 |

FIN | 42000 |

S | 145000 |

UK | 273750 |

EUR 15 | 8793863 |

"

--------------------------------------------------

Top