Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1149

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1149/2002 tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jiftaħ kwota awtonoma għall-importazzjonijiet ta’ laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja

OJ L 170, 29.6.2002, p. 13–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 036 P. 142 - 142
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 036 P. 142 - 142
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 036 P. 142 - 142
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 036 P. 142 - 142
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 036 P. 142 - 142
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 036 P. 142 - 142
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 036 P. 142 - 142
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 036 P. 142 - 142
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 036 P. 142 - 142
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 042 P. 150 - 150
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 042 P. 150 - 150
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 029 P. 290 - 290

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1149/oj

32002R1149



Official Journal L 170 , 29/06/2002 P. 0013 - 0013


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1149/2002

tas-27 ta’ Ġunju 2002

li jiftaħ kwota awtonoma għall-importazzjonijiet ta’ laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) In vista ta’ l-interess tal-Komunità li tistabbilixxi relazzjonijiet kummerċjali armonjużi ma’ pajjiżi terzi, għandha tittieħed disposizzjoni, bħala miżura awtonoma, għall-ftuħ ta’ kwota ta’ tariffa għall-importazzjoni annwali mill-Komunità ta’ 1000 tunnellata metrika, ta’ laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja, frisk, imkessaħ jew iffriżat.

(2) Minkejja d-diffikultajiet li kien hemm matul is-sena 2001, issa s-suq tal-laħam taċ-ċanga qiegħed kull ma jmur jissoda. Kwota addizzjonali għar-riduzzjoni tat-tariffa għall-importazzjoni ta’ ċanga ta’ kwalità għolja fl-istess ħin tissodisfa t-talba tal-konsumaturi tal-Komunità kif ukoll tissodisfa l-interess tal-fornituri. Kontinġent supplementari b’rata mnaqqsa għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja jmur favur l-interess kemm tal-konsumaturi kif ukoll tal-bejjiegħa. Ma jkollhiex impatt sinifikattiv fuq il-volum totali ta’ importazzjonijiet ta’ laħam taċ-ċanga fil-Komunità.

(3) L-operaturi kollha kkonċernati fil-Komunità għandhom jibbenefikaw minn aċċess simili u permanenti għal dik il-kwota. Hu meħtieġ ukoll illi jiġi żgurat monitoraġġ xieraq. Għal dan il-għan, l-utilizzazzjoni tal-kwota għandha tkun ibbażata fuq il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ awtentiċità li jagħti garanzija tat-tip u l-oriġini tal-prodotti.

(4) Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jwassal għall-organizzazzjoni komuni ta’ suq fis-settur tal-laħam taċ-ċanga [1], il-kwoti tat-tariffi li jikkonċernaw il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skond ir-regoli dettaljati adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43 ta’ l-imsemmi Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Se tinfetaħ kwota ta’ tariffa annwali komunitarja għall-importazzjoni ta’ 1000 tunnellata metrika, f’piż ta’ prodott, ta’ laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jaqa’ fil-posizzjonijiet 02013000 u 02023090 tat-Tariffa Komuni tad-Dwana.

2. Id-dritt applikabbli għal dan il-kontinġent hu ta’ 20 % ad valorem.

3. Is-sena ta’ kwota tibda nhar l-ewwel ta’ Lulju u tispiċċa nhar it-30 ta’ Ġunju.

L-Artikolu 2

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, fihom disposizzjonijiet skond liema l-użu tal-kontinġent li jissemma fl-Artikolu 1 hu sottomess għall-presentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ awtentiċità li jagħti garanzija tat-tip u l-oriġini tal-prodotti.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dak in-nhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-27 ta’ Ġunju 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Arias Cañete

[1] ĠU L 160 tas-26.6.1999, p. 21. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2345/2001 (ĠU L 315 ta’ l-1.12.2001, p. 29).

--------------------------------------------------

Top