Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0049

Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali

ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 29/07/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/49/oj

32002L0049

Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali

Official Journal L 189 , 18/07/2002 P. 0012 - 0025
CS.ES Chapter 15 Volume 07 P. 101 - 115
ET.ES Chapter 15 Volume 07 P. 101 - 115
HU.ES Chapter 15 Volume 07 P. 101 - 115
LT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 101 - 115
LV.ES Chapter 15 Volume 07 P. 101 - 115
MT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 101 - 115
PL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 101 - 115
SK.ES Chapter 15 Volume 07 P. 101 - 115
SL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 101 - 115


Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-25 ta' Ġunju

li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], u fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni nhar it-8 ta' April 2002,

Billi:

(1) Hija parti mill-istrateġija tal-Komunità li tilħaq l-għola livell tal-ħarsien tas-saħħa u ta' l-ambjent, u wieħed mill-objettivi li għandhom ikunu segwiti hija l-ħarsien kontra l-ħsejjes. Fil-Karta l-Ħadra dwar l-Istrateġija Futura dwar il-Ħsejjes, il-Kummissjoni indirizzat il-ħsejjes fl-ambjent bħala waħda mill-problemi ambjentali ewlenija fl-Ewropa.

(2) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 1997 [5] dwar il-Karta l-Ħadra tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew wera s-sostenn tiegħu għal dik il-Karta l-Ħadra, u ħeġġeġ li miżuri u inizjattivi speċifiċi għandhom ikunu stabbiliti f'Direttiva dwar it-tnaqqis tal-ħsejjes ambjentali, u nnota in-nuqqas ta' l-informazzjoni affidabbli u kumparabbli rigward is-sitwazzjoni tas-sorsi varji tal-ħsejjes.

(3) Indikatur komuni tal-ħsejjes u l-metodoloġija komuni għall-kalkolazzjoni u l-kejl tal-ħsejjes madwar l-ajruporti kienet identifikata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-1 ta' Diċembru 1999 dwar it-Trasport bl-Ajru u l-Ambjent. Din il-komunikazzjoni kienet ġiet meqjusa fid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

(4) Ċerti kategoriji ta' l-emissjonijiet tal-ħsejjes minn prodotti diġa koperti bil-leġislazzjoni tal-Komunità, bħalma huma d-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-livell permissibbli tal-ħsejjes u s-sistemi ta' l-exhaust ta' vetturi bil-magna [6], id-Direttiva tal-Kunsill 80/51/KEE [7] ta' l-20 ta' Diċembru 1979 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet tal-ħsejjes minn ajruplani subsoniċi [8] u d-direttiva komplimentarji tagħha, id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 li tirrigwardja l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-magna bi tnejn jew bi tlett roti [9] u d-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' l-emissjoni tal-ħsejjes fl-ambjent minn apparat għall-użu fil-beraħ [10].

(5) Din id-Direttiva għandha, inter alia, tipprovdi l-bażi għall-iżvilupp u t-tkomplija tas-sett eżistenti tal-miżuri tal-Komunità li jikkonċernaw il-ħsejjes emissi minn sorsi maġġuri, partikolarment il-vetturi tat-triq u ta' fuq il-linji u l-infrastruttura, ajruplani, apparat tal-beraħ u industrijali u makkinarju ambulanti, u għall-iżvilupp ta' miżuri addizzjonali, f'termini ta' żmien qasir, medju u twil.

(6) Ċerti kategoriji ta' ħsejjes bħalma huma l-ħsejjes maħluqa fl-intern ta' meżżi tat-trasport u l-ħsejjes minn attivitajiet domestiċi m'għandhomx ikunu s-suġġett ta' din id-Direttiva.

(7) Bi qbil mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat, l-objettivi tat-Trattat biex jintlaħaq livell għoli ta' ħarsien ta' l-ambjent u tas-saħħa jkun milħuq aħjar bl-azzjoni komplimentarja ta' l-Istati Membri b'azzjoni komplimentarja tal-Komunità li twassal għall-għarfien komuni tal-problema tal-ħsejjes. Informazzjoni rigward il-livelli tal-ħsejjes ambjentali għandha għalhekk tkun miġbura, mqabbla jew inkluża f'rapport bi qbil ma kriterja kumpatibbli. Dan jimplika l-użu ta' indikaturi u metodi ta' l-evalutazzjoni armonizzati, kif ukoll kriterja għal-livellar tal-mappa tal-ħsejjes. Kriterja u metodi bħal dawn jistgħu l-aħjar ikunu stabbiliti mill-Komunità.

(8) Huwa meħtieġ ukoll li jkunu stabbiliti metodi komuni ta l-istudju dwar "ħsejjes ambjentali" u d-definizzjoni għal "valuri limitanti", f'termini ta' indikaturi armonizzati għad-determinazzjoni tal-livelli tal-ħsejjes. Il-figuri solidi għal xi valuri limitanti għandhom ikunu determinati mill-Istati Membri, billi jittieħed akkont, inter alia, tal-ħtieġa li jkun applikat il-prinċipju ta' prevenzjoni sabiex ikun ippreservat il-kwiet fiż-żoni ta' l-agglomerazzjonijiet.

(9) L-indikaturi komuni tal-ħoss kif magħżulha huma Ljal, dwar il-kalkolu tad-dwejjaq, u Llejl, dwar il-kalkolu tad-disturb waqt l-irqad. Huwa wkoll utili li l-Istati Membri jkunu mħollija li jużaw indikaturi supplementarji sabiex jimmonitjoraw jew jikkontrollaw sitwazzjonijiet speċjali tal-ħsejjes.

(10) L-immappjar strateġiku tal-ħoss għandu jkun impost fuq ċerti żoni ta' nteress minħabba li dan ikun jista jakwista l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu provduti livelli rapreżentattivi tal-ħsejjes kif jinstemgħu fi ħdan dik iż-żona.

(11) Pjanijiet ta' azzjoni għandhom jindirizzaw il-prijoritajiet f'dawk iż-żoni ta' interess u għandhom ikunu mħejjija mill-awtoritajiet kompetenti b'konsultazzjoni mal-pubbliku.

(12) Sabiex ikun hemm firxa kbira ta' informazzjoni għall-pubbliku, il-kanali l-aktar xierqa ta' l-informazzjoni għandhom ikunu magħżula.

(13) Il-ġbir ta' l-informazzjoni u l-konsolidazzjoni ta' rapporti xierqa ma tul il-Komunità kollha huma meħtieġa bħala bażi għall-istrateġija futura tal-Komunità u għal aktar informazzjoni lejn il-pubbliku.

(14) Evalutazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha titwettaq regolarment mill-Kummissjoni.

(15) Il-progres tekniku li jirregola l-metodi ta' l-istudju għandhom ikunu supplimentati u adattati kif meħtieġ rigward il-progress tekniku u xjentifiku u għall-progress fl-istandardizzazzjoni Ewropea.

(16) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni din id-Direttiva għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implimetazzjoni konferiti fuq il-Kummisjoni [11],

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Objettivi

1. L-għanijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu li jiddeffinixxu resqien komuni intiż biex jevita, jipprevjeni jew inaqqas fuq bażi prioritizza tal-effetti ta' ħsara, inkluż id-dwejjaq, minħabba l-espożizzjoni lejn ħsejjes ambjentali. Għal dak il-għan dawn l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu implementati progressivament:

(a) id-determinazzjoni ta' l-espożizzjoni tal-ħsejjes ambjentali, permezz ta' mappep tal-ħsejjes, b'metodi ta' kalkoli komuni għall-Istati Membri;

(b) jassiguraw li l-informazzjoni dwar il-ħsejjes ambjentali u l-effetti tagħhom ikunu disponibbli lejn il-pubbliku;

(ċ) l-adozzjoni ta' pjanti ta' azzoni mill-Istati Membri, ibbażati fuq ir-riżultati tal-immappjar tal-ħsejjes, bil-għan tal-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsejjes ambjentali, meta meħtieġ, u partikolarment meta l-livelli ta' l-espożizzjoni jistgħu jinduċu effetti ta' ħsara fuq is-saħħa umana u biex jippreservaw il-kwalità tal-ħsejjes ambjentali meta dawn ikunu ta' ġid.

2. Din id-Direttiva għandha timmira wkoll biex tipprovdi bażi għall-iżvilupp ta' miżuri Komunitarji biex jitnaqqas il-ħoss emiss minn sorsi maġġuri, partikolarment vetturi tat-triq u ta' fuq il-linji, u l-infrastuttura, l-ajruplani, l-apparat tal-beraħ u industrijali u l-makkinarju ambulanti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill, mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2006, proposti leġislattivi xierqa. Dawk il-proposti għandhom jiehdu akkont tar-riżultati tar-rapport riferit fl-Artikolu 10(1).

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1. Din id-Direttiva għandha tkun tapplika għal ħsejjes ambjentali li l-bnedmin huma esposti għalihom partikolarment f'żoni mibnija u f'parkeġġi pubbliċi u żoni oħrajn kwieti f'agglomerazzjoni, f'żoni kwieti fil-kampanja miftuħa, ħdejn l-iskejjel, l-isptarijiet u bini u żoni oħrajn sensittivi għall-ħsejjes.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex tkun tapplika għal ħsejjes maħluqa mill-persuna esposta nnifisha, ħsejjes minn attivitajiet domestiċi, ħsejjes maħluqa mill-qraba, ħsejjes fil-postijiet tax-xogħol jew ħsejjes fl-intern ta' trasport jew minħabba l-attivitajiet militari f'żoni tal-militar.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "ħoss ambjentali" għandu jfisser il-ħsejjes mhux mitluba jew ta' ħsara fl-apert maħluqa mill-attivitajiet umani, inklużi l-ħsejjes emissi minn meżżi tat-trasport, traffiku fit-triq, traffiku tal-ferroviji, traffiku ta' l-ajru, u minn siti ta' l-attivita industrijali bħalma huma dawk definiti fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta' Settembu 1996 li tikkonċerna l-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis [12];

(b) "effetti ta' ħsara" għandha tfisser l-effetti negattivi fuq is-saħħa umana;

(ċ) "dwejjaq" għandha tfisser il-grad tad-dwejjaq tal-ħoss komunitarju kif iddeterminat permezz ta' studju fil-lokal;

(d) "indikatur tal-ħoss" għandha tfisser l-iskala fiżika għad-deskrizzjoni tal-ħoss ambjentali, li jkollurelazzjoni ma l-effett ta' ħsara;

(e) "studju" għandu jfisser il-metodu użat għall-kalkolazzjoni, t-tbassir, l-estimi jew il-kejl tal-valur ta' l-indikatur tal-ħoss jew ta' l-effetti ta' ħsara kif relattati;

(f) "Ljal" (l-indikatur tal-ħoss tal-jum-fil-għaxija-l-lejl) għandu jfisser l-indikatur tal-ħoss għal dwejjaq globali, bħal ma aktar definit fl-Anness I;

(g) "Ljum" (l-indikatur tal-ħoss tal-jum) għandu jfisser l-indikatur tal-ħoss għal dwejjaq ma tul il-perijodu tal-jum, bħal ma aktar definit fl-Anness I;

(h) "Lgħaxija" (l-indikatur tal-ħoss ta' fil-għaxija) għandu jfisser l-indikatur tal-ħoss għal dwejjaq ma tul il-perijodu ta' fil-għaxija, bħal ma aktar definit fl-Anness I;

(i) "Llejl" (l-indikatur tal-ħoss tal-lejl) għandu jfisser l-indikatur tal-ħoss għal dwejjaq waqt l-irqad, bħal ma aktar definit fl-Anness I;

(j) "ir-relazzjoni ta' doża-effett" għandha tfisser ir-relazzjoni bejn il-valur ta' l-indikatur tal-ħoss u l-effett ta' ħsara;

(k) "agglomerazzjoni" għandha tfisser il-parti ta' territorju, delimitat mill-Istat Membru, li jkollu popolazzjoni f'eċċess ta' 100000 persuna u densità tal-popolazzjoni hekk li l-Istat Membru jqis li din tkun żona urbanizzata;

(l) "agglomerazzjoni f'żona kwieta" għandu jfisser żona, delimetata mill-awtorità kompetenti, per eżempju, lima tistax tkun esposta għal valur Ljal jew xi indikatur ieħor xieraq akbar minn ċertu valur kif stabbilit mill-Istat Membru, minn xi sorsi tal-ħsejjes;

(m) "żona kwieta fil-kampanja miftuħa" għandha tfisser żona, delimetata mill-awtorità kompetenti, li ma hixdisturbata bil-ħoss tat-traffiku, l-industrija jew l-attivitajiet rekreattivi;

(n) "triq maġġuri" għandha tfisser triq reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, iddesinjata mill-IstatMembru, li jkollha passaġġi ta' aktar minn tlett miljun vettura fis-sena;

(n) "ferrovija maġġuri" għandha tfisser ferrovija, iddesinjata mill-Istat Membru, li jkollha passaġġi ta' aktarminn 30,000 ferrovija fis-sena;

(p) "ajruport maġġuri" għandu jfisser ajruport ċivili, iddisinjat mill-Istat Membru, li jkollu aktar minn 50000 ċaqlieqa kull sena (ċaqlieqa tfisser it-tluq jew l-inżul), esklużi dawk purament għall-iskopijiet ta' taħriġ fuq ajruplani żgħar;

(q) "l-immappjar tal-ħsejjes" għandu jfisser il-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni f'sitwazzjoni ta' ħsejjeseżistenti jew imbassra fit-termini ta' l-indikatur tal-ħoss, li jindika l-ksur ta' xi limiti ta' valur eżistenti, in- numru ta' nies affettwati f'ċerta żona, jew in-numru ta' abitazzjonijiet esposti għal ċerti valuri ta' l- indikatur tal-ħsejjes f'ċerta żona;

(r) "mappa strateġika tal-ħsejjes" għandha tfisser il-mappa ddisinjata għal studju globali ta' l-esposizzjoni tal-ħsejjes f'żona partikolari lejn sorsi differenti tal-ħoss jew għal tbassir globali għal żona bħal dik;

(s) "valur ta' limiti" għandu jfisser il-valur Ljal jew Llejl, u meta xieraq Ljum u Lgħaxija, kif iddeterminat mill-Istat Membru, li l-eċċess tiegħu iġiegħel lill-awtoritajiet kompetenti li jikkonsidraw jew li jinforzaw miżuri ta' mitigazzjoni; valuri ta' limiti jistgħu jkunu differenti għal tipi differenti ta' ħsejjes (ħsejjes tat- triq, tal-ferrovija, tat-traffiku ta' l-ajru, ħsejjes industrijali, eċċ.), inħawi differenti u sensittività differenti tal-ħsejjes tal-popolazzjonijiet; dawn jistgħu ikunu wkoll differenti għal sitwazzjonijiet eżistenti u għal sitwazzjonijiet ġodda (meta jkun hemm tibdil fis-sitwazzjoni rigward is-sorsi tal-ħsejjes jew l-użu tal- madwar);

(t) "pjanijiet ta' azzjoni" għandha tfisser il-pjanijiet iddissinjati għall-ġestjoni ta' suġġetti u effetti tal-ħsejjes, inkluż it-tnaqqis tal-ħoss meta jkun meħtieġ;

(u) "ippjanar akustiku" għandu jfisser il-kontroll ta' ħsejjes fil-futur b'miżuri ppjanati, bħal ma huma l-ippjanar ta' l-użu ta' l-art, sistemi ta' l-inġinerija tat-traffiku, ippjanar tat-traffiku, tnaqqis b'miżuri ta' l-insulazzjoni kontra l-ħoss u l-kontroll tal-ħsejjes mis-sorsi;

(v) "il-pubbliku" għandu jfisser wieħed jew aktar persunali naturali jew legali u, bi qbil mal-leġislazzjoni jew prattika nazzjonali, l-asoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew gruppi tagħhom.

Artikolu 4

Implementazzjoni u responsabbilitajiet

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw, fil-liveli xierqa, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-korpi responsabbli għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, inklużi l-awtoritajiet responsabbli għal:

(a) biex jagħmlu u, meta relevanti, japprovaw mappep tal-ħsejjes u pjanijiet ta' azzjoni għall-agglomerazzjonijiet, toroq maġġuri, ferroviji maġġuri u arjuporti maġġuri;

(b) ġabra ta' mappep tal-ħsejjes u pjanijiet ta' l-azzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni riferita fil-paragrafu 1 disponibbli lejl il-Kummissjoni u lejn il-publiku mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2005.

Artikolu 5

L-indikaturi tal-ħsejjes u l-applikazzjoni tagħhom

1. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-indikaturi tal-ħsejjes Ljal u Llejl kif imsemmija fl-Anness I għat-tħejjijau r-reviżjoni ta' mappep strateġiċi tal-ħsejjes bi qbil ma l-Artikolu 7.

Sakemm l-użu komuni tal-metodi tal-istudjar għad-determinazzjoni ta' Ljal u Llejl isir obligatorju, l-indikaturi nazzjonali eżistenti tal-ħoss u l-informazzjoni relatata jistgħu jkunu wżati mill-Istati Membri għal dan l-iskop u għandhom ikunu kkonvertiti fl-indikaturi msemmija hawn fuq. Din l-informazzjoni m'għandiex tkun antika aktar minn tlett snin.

2. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-indikaturi supplementi tal-ħoss għal każi speċjali bħal ma huma dawk elenkati fl-Anness I(3).

3. Għall-ippjanar akustiku u l-aggruppar taż-żoni tal-ħsejjes, l-Istati Membri jistgħu jużaw indikaturi tal- ħsejjes l-oħrajn apparti milli Ljal u Llejl.

4. Mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2005, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni lejn il- Kummissjoni dwar xi limiti ta' valuri relevanti li jkunu eżistenti fit-territorji tagħhom jew li jkunu jiġu preparati, espressi fit-termini Ljal u Llejl, u fejn xieraq, Ljum u Lgħaxija, għall-ħsejjes tat-traffiku fit-toroq, ħsejjes għal traffiku bil-ferroviji, ħsejjes ta' l-ajruplanti ma dwar l-ajruporti u ħsejjes minn siti ta' attivita industrijali, flimkien ma spjegazzjonijiet rigward l-implementazzjoni tal-valuri limitanti.

Artikolu 6

Metodi ta' studji

1. Il-valuri Ljal u Llejl għandhom ikunu detterminati permezz tal-metodi tal-istudju kif definit fl-Anness II.

2. Metodi komuni ta’ l-istudju għad-determinazzjoni ta' Ljal u Llejl għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13(2) permezz ta' reviżjoni ta' l-Anness II. Sakemm dawn il-metodi jkunu adottati, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-metodi tal-istudji adottati bi qbil mal-Anness II u bbażati fuq il-metodi stabbiliti fil-leġislazzjoni propja tagħhom. F'każi bħal dawn, huma għandhom juru li dawk il-metodi jagħtu riżultati ekwivalenti għar-riżultati akwistati bil-metodu stabbiliti fil-paragrafu 2.2 ta' l-Anness II.

3. Effetti ta' ħsara jistgħu jkunu mkejla permezz tar-relazzjonijiet tad-doża-effett imsemmija fl-Anness III.

Artikolu 7

Immappjar strateġiku tal-ħsejjes

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007, mappep strateġiċi tal- ħsejjes li juru s-sitwazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti jkunu ntagħmlu u, meta relevanti, approvati mill- awtoritajiet kompetenti, għall-agglomerazzjonijiet kollha ta' aktar minn 250000 abitanti u għat-toroq maġġuri kollha li jkollhom aktar minn sitt miljun passaġġi ta' vetturi fis-sena, ferroviji maġġuri li jkollhom aktar minn 60,000 passaġġi ta' ferroviji fis-sena u ajruporti maġġuri fit-terrotorji tagħhom.

Mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2005, u wara dak, darba kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bit-toroq maġġuri li jkollhom aktar minn sitt miljun passaġġ ta' vetturi fis-sena, ferroviji maġġuri li jkollhom aktar minn 60000 passaġġi ta' ferroviji fis-sena, ajruporti maġġuri u l- agglomerazzjonijiet b'aktar minn 250000 abitant fi ħdan it-territorji tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2012, u wara dak, darba kull ħames snin, mappep strateġiċi tal-ħsejjes li juru s-sitwazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti, jkunu saru u, meta relevanti, approvati mill-awtoritajiet kompetenti għall-aglomerazzjonijiet kollha u għat-toroq maġġuri kollha u l-ferroviji maġġuri kollħa fit-territorji tagħhom.

Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-agglomerazzjonijiet kollha, bit-toroq maġġuri kollha u bil-ferroviji maġġuri kollha fit-territorji tagħhom.

3. Il-mappep strateġiċi tal-ħsejjes għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness IV.

4. L-Istati Membri tal-qrib għandhom jikkoperaw dwar il-mappep strateġiċi tal-ħsejjes qrib il-fruntieri tagħhom.

5. Il-mappep strateġiċi tal-ħsejjes għandhom jiġu riveduti, u mibdula jekk meħtieġ, mill-anqas darba kull ħames snin wara d-data tal-preparazzjoni tagħhom.

Artikolu 8

Pjanijiet ta' l-azzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2008 l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħejjew il-pjanijiet ta' l-azzjoni li jkunu nominati biex jamministraw, fit-territorji tagħhom, il-kwistjonijiet u l-affetti tal-ħsejjes, inkluż it-tnaqqis tal-ħsejjes jekk meħtieġ għal:

(a) postijiet qrib it-toroq maġġuri li jkollhom aktar minn sitt miljun passaġġ ta' vetturi fis-sena, ferroviji maġġuri li jkollhom aktar minn 60000 passaġġ ta' ferroviji fis-sena u ajruporti maġġuri;

(b) agglomerazzjonijiet b'aktar minn 250000 abitanti. Pjanijiet bħal dawn għandhom ukoll jimmiraw li jipprotieġu żoni kwieti kontra żieda fil-ħsejjes.

Il-miżuri fi ħdan il-pjanijiet huma fid-deskrezzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, imma għandhom primarjament jindirizzaw il-prijoritajiet li jistgħu jkunu identifikati bl-eċċess ta' xi valuri limitanti relevanti jew b'xi kriterja oħra magħżula mill-Istati Membri u japplikaw partikolarment għaż-żoni l-aktar importanti kif stabbiliti bl-immappjar strateġiku tal-ħsejjes.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2013, l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħejjew pjanijiet ta' azzjoni primarjament biex jindirizzaw prijoritajiet li jistgħu jkunu identifikati bl-eċċess tal-valuri limitanti jew b'xi kriterja oħra magħżula mill-Istati Membri għall-aglomerazzjonijiet u għal toroq maġġuri kif ukoll għal ferroviji maġġuri fit-territorji tagħhom.

3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kriterja relevanti l-oħra riferita fil-paragrafi 1 u 2.

4. Il-pjanijiet ta' l-azzjoni għandhom jilħqu l-ħtiġiet minimi ta' l-Anness V.

5. Il-pjanijiet ta' l-azzjoni għandhom jiġu riveduti, u mibdula jekk meħtieġ, kulmeta żviluppi maġġuri jseħħu li jaffettwaw is-sitwazzjoni eżistenti tal-ħsejjes, u mill-anqas darba kull ħames snin wara d-data ta' l-approvazzjoni tagħhom.

6. L-Istati Membri tal-qrib għandhom jikkoperaw dwar il-pjanijiet ta' l-azzjoni qrib il-fruntieri tagħhom.

7. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-pubbliku jkun ikkonsultat rigward il-proposti għall-pjanijiet ta' l- azzjoni, li jkunu mogħtija opportunitajiet effettivi kmieni biex jipparteċipaw fit-tħejjija tagħhom u fir- reviżjoni tal-pjanijiet ta' l-azzjoni, li jirriżultaw minn dik il-parteċipazzjoni tkun kunsidrata u li l-pubbliku jkun infurmat bid-deċiżjoni meħudha. Qafas ta' żmien raġjonevoli għandhom ikunu provduti li jippermettu żmien suffiċċjenti għal kull stadju tal-parteċipazzjoni pubblika.

Jekk l-obligazzjoni għat-twettieq tal-proċedura tal-parteċipazzjoni pubblika toriġina simultanjament minn din id-Direttiva u minn xi leġislazzjoni oħra tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal proċeduri konġunti sabiex jevitaw duplikazzjoni.

Artikolu 9

Informazzjoni lejn il-pubbliku

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-mappep strateġiċi tal-ħsejjes li huma jkunu għamlu, u meta xieraq adottaw, u il-pjanijiet ta' l-azzjoni li huma jkunu ħejjew, ikunu disponibbli u mqassma lil-pubbliku bi qbil mal-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità, partikolarment id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE tas-7 ta' Ġunju 1990 rigward il-liberta ta' l-aċċess ta' l-informazzjoni dwar l-ambjent [13], u b'konformità ma l- L-Annessi IV u V ta' din id-Direttiva, inklużi permezz tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni li jkunu disponibbli.

2. Din l-informazzjoni għandha tkun ċara, komprensibbli u aċċesibbli. Sommarju li juri il-punti l-aktar importanti għandu jkun ipprovdut.

Artikolu 10

Il-ġbir u l-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni

1. Mhux aktar tard mit-18 ta' Jannar 2004, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lejn il-ParlamentEwropew u lejn il-Kunsill li jkun fih rivista tal-miżuri eżistenti tal-Komunità li jirrigwardjaw is-sorsi tal- ħsejjes ambjentali.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-informazzjoni minn mappep strateġiċi tal-ħsejjes u sommarji tal-pjanijiet ta' l-azzjoni kif imsemmija fl-Anness VI ikunu mibgħuta lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-datistabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 rispettivament.

3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi database ta' l-informazzjoni dwar il-mappep strateġiċi tal-ħsejjessabiex tiffaċilita t-tħejjija tar-rapport riferit fl-Artikolu 11 u x-xogħol tekniku u informattiv l-ieħor.

4. Darba kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tippublika rapport sommarju mill-informazzjoni tal- mappep strateġiċi tal-ħsejjes u mill-pjanijiet ta' l-azzjoni. L-ewwel rapport għandu jkun ippreżentat sat-18 ta' Lulju 2009.

Artikolu 11

Reviżjoni u rappurtaġġ

1. Mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill rapport dwar l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva.

2. Dan ir-rapport għandu partikolarment jassessja l-ħtieġa għal aktar azzjonijiet mill-Komunità dwar il-ħsejjes ambjentali u, jekk xieraq, jipproponi strateġiji ta' l-implementazzjoni dwar aspetti bħal ma huma:

(a) miri ta' termini fit-tul u termini medji għat-tnaqqis tan-numru ta' persuni li jkunu affetwati ħażin mill- ħsejjes ambjentali, billi partikolarment jittieħed akkont tal-klimi differenti u tal-kulturi differenti;

(b) miżuri addizzjonali għat-tnaqqis tal-ħsejjes ambjentali li jkunu emissi minn sorsi speċifiċi, partikolarment fit-tgħamir tal-beraħ, il-meżżi u l-infrastruttura tat-trasport u ċerti kategoriji ta' attività industrijali, jkomplu jibnu fuq dawk il-miżuri diġa implementati jew waqt id-diskussjoni għall-adottazzjoni;

(ċ) il-protezzjoni ta' żoni kwieti fil-kampanja miftuħa.

3. Ir-rapport għandu jinkludi reviżjoni tal-kwalità akustika ambjentali fil-Komunità li tkun ibbażata fuq l- informazzjoni riferita fl-Artikolu 10 u għandu jieħu akkont tal-progress xjentifiku u tekniku u ta' xi informazzjoni relevanti oħra. It-tnaqqis ta' l-effetti ta' ħsara u r-relattività ta' l-effettività ta' l-ispiża għandhom ikunu l-kriterja ewlenija fil-għażla ta' l-istrateġija u l-miżuri proposti.

4. Meta l-Kummissjoni tkun irċeviet l-ewwel sett ta' mappep strateġiċi tal-ħsejjes, din għandha tikkunsidra:

- il-possibbilità għal għoli ta' 1,5 metri ta' kejl fl-Anness I, il-paragrafu 1, fir-rigward ta' żoni li jkollhom djar b'sular wieħed,

- il-limitu l-aktar baxx għall-kalkolazzjoni tan-numru ta' persuni esposti għal medded differenti ta' Ljal u Llejl fl-Anness VI.

5. Ir-rapport għandu jkun rivedut darba kull ħames snin jew aktar ta' spiss jekk ikun xieraq. Dan għandu jkun fih studju dwar l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva.

6. Ir-rapport għandu, jekk xieraq, ikun akkumpanjat bi proposti għall-emendi ta' din id-Direttiva.

Artikolu 12

Adattazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness I, il-punt 3, l-Anness II u l-Anness III t'hawn taħt għall-progress tekniku u xjentifiku bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 13

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tar-Regolament 2000/14/KE.

2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu kunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) ta' Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Artikolu 14

Transposizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamentui u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mit-18 ta' Lulju 2004. Għandhom jinformaw b'dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazjoni uffiċjali tagħhom. Il- metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 16

Indirizzati

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fil-Lussemburgu, fil-25 ta' Ġunju 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

J. Matas i Palou

[1] ĠU C 337 E, tat-28.11.2000, p. 251.

[2] ĠU C 116, ta' l-20.4.2001, p. 48.

[3] ĠU C 148, tat-18.5.2001, p. 7.

[4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2000 (ĠU C 232, tas-17.8.2001, p. 305), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-7 ta' Ġunju 2001 (ĠU C 297, tat-23.10.2001, p. 49) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Ottubru 2001 (ĠU C 87 E, tal-11.4.2002, p. 118). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Mejju 2002 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2002.

[5] ĠU C 200, tat-30.6.1997, p. 28.

[6] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 16. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/101/KE (ĠU L 334, tat-28.12.1999, p. 41).

[7] ĠU L 105, tat-28.4.1977, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/54/KE (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24).

[8] ĠU L 18, ta' l-24.1.1980, p. 26. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 83/206/KEE (ĠU L 117, ta' l-4.5.1983, p. 15).

[9] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/7/KE (ĠU L 106, tat-3.5.2000, p. 1).

[10] ĠU L 162, tat-3.7.2000, p. 1.

[11] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[12] ĠU L 257, ta' l-10.10.1996, p. 26.

[13] ĠU L 158, tat-23.6.1990, p. 56.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

INDIKATURI TAL-ĦSEJJES

imsemmija fl-Artikolu 5

1. Definizzjoni tal-livell jum(day)-fil-għaxija(evening)-lejl(night) Ljal(Lden)

Il-livell jum(day)-fil-għaxija(evening)-lejl(night) Ljal(Lden) f’deċibali (dB) huwa definit b’din il-formula li ġejja:

+++++ TIFF +++++

li fiha:

- Ljum hija l-medja ta’ terminu fit-tul A-mogħbbija tal-livell tal-ħoss kif definit fil ISO 1996-2: 1987, determinata ma tul il-perijodi kollha tal-jum ta’ sena,

- L-għaxija hija l-medja ta’ terminu fit-tul A-mogħbbija tal-livell tal-ħoss kif definit fil ISO 1996-2: 1987, determinata ma tul il-perijodi kollha ta’ l-għaxijiet ta’ sena,

- Llejl hija l-medja ta’ terminu fit-tul A-mogħbbija tal-livell tal-ħoss kif definit fil ISO 1996-2: 1987, determinata ma tul il-perijodi kollha ta’ lejn ta’ sena;

li fiha:

- jum huwa 12 il-siegħa, il-għaxija hija erba siegħat u l-lejn huwa tmien sighat. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-perijodu ta’ fil-għaxija b’siegha waħda jew tnejn u jtawwlu l-perijodu tal-jum u/jew tal-lejl kif xieraq, basta li din l-għażla tkun l-istess għas-sorsi kollha u li dawn jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar xi differenza sistematika mil-għażla kontumaċja,

- il-bidu tal-jum (u konsegwentament il-bidu ta’ l-għaxija u l-bidu tal-lejl) għandhom ikunu magħżula mill-Istat Membru (dik l-għażla għandha tkun l-istess għall-ħsejjes mis-sorsi kollha); il-valuri tal-kontumaċja huma 07.00 sal 19.00, 19.00 sal 23.00 u 23.00 sal 07.00 ħin lokali,

- sena hija s-sena relevanti fir-rigward ta’ l-emissjoni tal-ħsejjes u sena medja fir-rigward taċ-ċirkostanzi meteroloġiċi;

u li fiha:

- il-ħoss inċidentali huwa meqjus, li jfisser li l-ebda akkont m’għandu jittieħed tal-ħoss li jkun rifless mal-façade ta’ bini fil-konsiderazzjoni (bħala regola ġenerali, dan jimplika korezzjoni ta’ 3 dB fil-każ ta’ kejl).

Il-għoli tal-punt assessjat Ljal għandu jiddependi mill-applikazzjoni:

- fil-każ ta’ kompjutazzjoni għall-iskop tal-immappjar strateġiku tal-ħsejjes b’relazzjoni ma l-espożizzjoni tal- ħsejjes fi u qrib bini, il-punti ta’ l-assessjar għandhom ikunu 4,0 ± 0,2 m (3,8 sa 4,2 m) ‘l fuq mill-art u fil- façade l-aktar esposta; għal dan l-iskop, il- façade l-aktar esposta għandha tkun il-ħajt estern li jħares lejn u

- l-eqreb lejn sorsi speċifika tal-ħoss; għal skopijiet l-oħrajn, għażliet oħrajn jistgħu jsiru, - fil-każ ta’ kejl għall-iskop tal-immappjar strateġiku tal-ħsejjes b’relazzjoni ma l-espożizzjoni tal-ħsejjes fuq u qrib bini għoli ieħor jista jkun magħżul, imma dan qatt ma jista jkun anqas minn 1,5 m ‘l fuq mill-art, u r- riżultati għandhom ikunu kkorreġuti bi qbil ma l-għoli ekwivalenti ta’ 4 m,

- għal skopijiet oħrajn bħal ma huwa l-ippjanar akustiku għal żonar tal-ħsejjes, għoli ieħor jista jkun magħżul, imma dawn m’għandhom qatt ikunu anqas minn 1,5 m ‘l fuq mill-art, per eżempju għal:

- żoni rurali bi djar ta’ sular wieħed,

- id-disinn tal-miżuri lokali intiżi biex inaqqsu l-impatt tal-ħsejjes fuq bini speċifiku,

- l-immappjar dettaljat tal-ħsejjes ta’ żona limitata, li juri l-esposizzjoni għall-ħsejjes ta’ bini individwali.

2. Definizzjoni ta’ l-idikatur tal-ħsejjes ta’ matul il-lejl

L-indikatur tal-ħsejjes ta’ ma tul il-lejl Llejl hija l-medja ta’ terminu fit-tul A-mgħobbija tal-livell tal-ħoss kif definit fil ISO 1996-2: 1987, determinata matul il-perjodi kollha ta’ lejn ta’ sena;

li fiha:

- il-lejl huwa tmien sieghat kif definit fil-paragrafu 1,

- is-sena hija s-sena relevanti fir-rigward ta’ l-emissjoni tal-ħsejjes u sena medja fir-rigward taċ-ċirkostanzi meteroloġiċi, kif definit fil-paragrafu 1,

- il-ħoss inċidentali huwa meqjus, kif stabbilit fil-paragrafu 1,

- il-punt ta’ l-assessjar huwa l-istess bħal Ljal.

3. Indikaturi supplementari tal-ħsejjes

F’uħud mill-każi, b’żieda ma Ljal u Llejl, u meta xieraq Ljum u Lgħaxija, jista jkun vantaġġuż li jintużaw indikaturi speċjali tal-ħoss u valuri limitanti relatati. Xi eżempji huma mogħtija hawn taħt:

- is-sors tal-ħoss li jkun kunsidrat jopera biss għal proporzjon żgħir taż-żmien (per eżempju, għal anqas minn20 % taż-żmien matul it-total ta’ perijodi tal-jum f’sena waħda, it-total ta’ perjodu ta’ l-għaxijiet f’sena waħda, jew it-total ta’ perijodi ta’ ljieli f’sena waħda),

- in-numru medju ta’ l-avvenimenti ta’ ħsejjes matul perijodu wieħed jew aktar ikun ferm baxx (per eżempju, anqas minn avveniment wieħed tal-ħsejjes kull siegħa; avveniment tal-ħoss jista jkun definit bħala ħoss li jdum anqas minn ħames minuti; eżempji huma l-ħoss minn ferrovija li tkun għaddeja jew ajruplan li jkun għaddej),

- il-frekwenza baxxa tal-kontenut tal-ħoss tkun qawwija,

- Lamax, jew SEL (livell ta’ l-esposizzjoni għall-ħoss) għall-protezzjoni tal-perijodu ta’ lejl fil-każ ta’ qċaċet tal-ħoss,

- protezzjoni addizzjonali matul tmiem il-ġimgha jew parti speċifika tas-sena,

- protezzjoni addizzjonali matul il-perijodu tal-jum,

- protezzjoni addizzjonali matul il-perijodu ta’ l-għaxija,

- l-aggruppar ta’ ħsejjes minn sorsi differenti,

- żoni kwieti fil-kampanja miftuħa,

- il-ħoss ikun fih komponenti qawwija ta’ tonalità,

- il-ħoss ikollu ta’ karattru impulsiv.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

METODI TA’ L-ASSESSJAR GĦALL-INDIKATURI TAL-ĦSEJJES

imsemmija fl-Artikolu 6

1. Introduzzjoni

Il-valuri ta’ Ljal u Llejl jistgħu jkunu determinatli jew bil-kompjutazzjoni jew bil-kejl (fil-pożizzjoni ta’ l-assessjar). Għal tbassir biss il-kompjutazzjoni hija applikabbli.

Kompjutazzjoni proviżjonali u l-metodi tal-kejl huma stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

2. Metodi għall-kompjutazzjoni transitorja ta’ Ljal u Llejl

2.1. L-adattazzjoni tal-metodi eżistenti tal-kompjutazzjoni nazzjonali

Jekk Stat Membru jkollu metodi nazzjonali għad-determinazzjoni ta’ l-indikaturi ta’ terminu fit-tul, dawk il-metodi jistgħu jkunu applikati, basta li dawn ikunu applikati għad-definizzjonijiet ta’ l-indikaturi kif stabbiliti fl-Anness I. Għal bosta mill-metodi nazzjonali dan jimplika l-introduzzjoni ta’ l-għaxija bħala perjodu separat u l-introduzzjoni tal-medja ma tul sena waħda. Uħud mill-metodi eżistenti ikollhom ukoll li jkunu adattati fir-rigward ta’ l-esklużjoni tar-rifless tal- façade, l-inkorporazzjoni tal-lejl u/jew il-pożizzjoni ta’ l-assessjar.

L-istabbiliment tal-medja matul sena jeħtieġ attenzjoni speċjali. Varjazzjonijiet fl-emissjonijiet u t-trasmissjoni jistgħu jikkontribwixxu għal ċaqliq matul is-sena.

2.2. Metodi rakkmandati ta’ kompjutazzjoni transitorja

Għall-Istati Membri li m’għandhom l-ebda metodi ta’ kompjutazzjoni nazzjonali jew l-Istati Membri li jixtiequ jibdlu l-metodu tal-kompjutazzjoni, il-metodi li ġejjin huma rakkommandabbli:

Għal ĦOSS INDUSTRIJALI: ISO 9613-2: "Acoustics - Abatement of sound propagation outdoors, (Akustiċi – Tnaqis tal-propagazzjoni tal-ħsejjes fil-beraħ), il-Parti 2: Metodu ġenerali tal-kalkolazzjoni."

Informazzjoni xierqa ta’ l-emissjoni-tal-ħoss (informazzjoni tal-ħoss) dwar dan il-metodu tista tkun akkwistata mill-kejl imwettaq bi qbil ma wieħed minn dawn il-metodi:

- ISO 8297: 1994 "Akustiċi - Determinazzjoni tal-qawwa tal-livelli tal-ħoss ta’ sorsi-multipli ta’ mpjanti industrijali għall-evalutazzjoni tal-pressjoni tal-livelli tal-ħsejjes fl-ambjent - Il-medodu ta’ l-inġinerija",

- EN ISO 3744: 1995 "Akustiċi - Determinazzjoni tal-qawwa tal-livelli tal-ħoss bl-użu tal-pressjoni tal-ħoss - Il-metodu ta’ l-inġinerija huwa essenzjalment qasam liberu fuq pjan riflettuż",

- EN ISO 3746: 1995 "Akustiċi - Determinazzjoni tal-qawwa tal-livelli ta’ sorsi tal-ħoss bl-użu ta’ kejl li jinkorpora wiċċ fuq pjan riflettuż",

Għal ĦOSS MILL-AJRUPLANI: ECAC.CEAC Doc. 29 "Report on Standard Method of Computing Noise Contours around Civil Airports", 1997. (rapport dwar il-Metodu Standard tal-Kompjutazzjoni tal-Kontorni tal-Ħoss madwar Ajruporti ¬ivili) Mid-diversi resqien lejn l-immoddellar tal-passaġġi tat-titjiriet, it-teknika tas-segmentazzjoni riferita fis-sezzjoni 7.5 ta’ ECAC.CEAC Dok. 29 għandha tkun użata.

Għal ĦOSS TAT-TRAFFIKU FIT-TRIQ: Il-metodi tal-kompjutazzjoni nazzjonali Franċiża "NMPB-Routes-96 (SETRA-CERTU-LCPC-CSTB)", riferita fil-"Arrêté du 5 mai 1995 relatif au bruit des infrastructures routières, Journal Officiel du 10 mai 1995, l-Artikolu 6" u l-istandard Franċiż "XPS 31-133". Għall-informazzjoni tad-dħul li tikkonċerna l-emissjoni, dawn id-dokumenti jirreferu għal "Guide du bruit des transports terrestres, fascicule prévision des niveaux sonores, CETUR 1980".

Għal ĦOSS MILL-FERROVIJI: Il-metodu nazzjonali ta’ l-Olanda ippublikat fil "Reken- en Meetvoorschrift Railverkeerslawaai 96, Ministerie Volkshuisvesting, Ruimtelijke Ordening en Milieubeheer, 20 ta’ Novembru 1996".

Dawk il-metodi għandhom ikunu adottati fid-definizzjonijiet Lden u Llejl. Mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2003 il-Kummissjoni għandha tippubblika l-linji ta’ gwida bi qbil ma l-Artikolu 13(2) tal-metodi riveduti u tipprovi l-informazzjoni dwar l-emissjoni tal-ħoss mill-ajruplani, mill-ħoss tat-traffiku fit-triq u l-ħoss mill-ferrovija fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni eżistenti.

3. Metodi għall-kejl transitorju ta’ Ljal u Llejl

Jekk Stat Membru jkun jixtieq li jagħmel użu mill-metodu uffiċjali tal-kejl tiegħu, dak il-metodu għandu jkun adottat bi qbil mad-definizzjonijiet għall-indikaturi stabbiliti fl-Anness I u bi qbil mal-prinċipji li jirregolaw medja fit-termini fit-tul tal-kejl mistqarr fil-ISO 1996-2: 1987 u ISO 1996-1: 1982.

Jekk Stat Membru ma jkollu l-ebda metodu ta’ kejl jew jekk jippreferi li jadotta metodu ieħor, metodu jista jkun definit fuq il-bażi tad-definizzjoni ta’ l-indikatur u tal-prinċipji mistqarra fil- ISO 1996-2: 1987 u ISO 1996-1: 1982.

L-informazzjoni ta’ kejl minn quddiem façade jew xi element ieħor riflettuż għandha tkun ikkorreġġuta biex teskludi l-kontribuzzjoni riflettuża ta’ din il- façade jew xi element (bħala regola ġenerali, dan jimplika korrezzjoni ta’ 3 dB fil-każ tal-kejl).

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

METODI TA’ L-ASSESSJAR GĦALL-EFFETTI TA’ ĦSARA

imsemmija fl-Artikolu 6(3)

Ir-relazzjonijiet ta’ doża-effett għandhom ikunu użati għall-assessjar ta’ l-effett tal-ħsejjes fuq il-popolazzjoni. Ir-relazzjonijiet ta’ doża-effett introdotti bir-reviżjonijiet futuri ta’ dan l-Anness li huma bi qbil ma l-Artikolu 13(2) għandhom jikkonċernaw partikolarment:

- ir-relazzjoni bejn id-dwejjaq u Ljal tal-ħoss tat-traffiku tat-triq, tal-ferrovija u ta’ l-ajru, u għal ħsejjes industrijali,

- ir-relazzjoni bejn id-dwejjaq waqt l-irqad u Llejl tal-ħoss tat-traffiku tat-triq, tal-ferrovija u ta’ l-ajru, u għal ħsejjes industrijali.

Jekk meħtieġ, relazzjonijiet speċifiċi ta’ doża-effett għandhom ikunu preżentati għal:

- abitazzjonijiet b’insulazzjoni speċjali kontra l-ħsejjes kif definiti fl-Anness VI,

- abitazzjonijiet b’ façade kwieta kif definiti fl-Anness VI,

- klimi differenti/kulturi differenti,

- gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni,

- it-tonalità tal-ħsejjes industrijali,

- il-ħsejjes industrijali impulsivi u każi speċjali oħrajn.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

ĦTIĠIET MINIMI GĦALL-IMMAPPJAR STREĠIKU TAL-ĦSEJJES

imsemmija fl-Artikolu 7

1. Mappa strateġika tal-ħsejjes hija l-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni fuq dawn l-aspetti li ġejjin:

- sitwazzjoni eżistenti, preċedenti u mistennija tal-ħoss f'termini ta' l-indikatur tal-ħoss,

- l-eċċess tal-valur limitanti,

- in-numru kkalkolat ta' abitazzjonijiet, skejjel u sptarijiet f'ċera żona li huma esposti għall-valuri speċifiċi ta' l-indikatur tal-ħoss,

- in-numru kalkolat ta' persuni lokalizzati f'żona esposta għall-ħsejjes.

2. Mappep strateġiċi tal-ħsejjes jistgħu jkunu ppreżentati lill-pubbliku bħala:

- disinji grafiċi,

- informazzjoni numerika f'tabelli,

- informazzjoni numerika f'għamla elettronika.

3. Mappep strateġiċi tal-ħsejjes għal aglomerazzjonijiet għandhom ipoġġu enfasi speċjali dwar il-ħoss emiss minn:

- traffiku fit-triq,

- traffiku tal-ferroviji,

- ajruporti,

- siti ta' l-attività industrijali, inklużi l-portijiet.

4. Mappep strateġiċi tal-ħsejjes għandhom ikunu wżati għal dawn l-iskopijiet li ġejjin:

- il-provvediment ta' l-informazzjoni li għandha tinbagħat lill-Kummissjoni bi qbil ma l-Artikolu 10(2) u l-L-Anness VI.

- sorsi ta' l-informazzjoni għaċ-ċittadini bi qbil m a l-Artikolu 9,

- bażi ta' pjanijiet ta' l-azzjoni bi qbil ma l-Artikolu 8.

Kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet teħtieġ tip differenti ta' mappa streteġika tal-ħsejjes.

5. Ħtiġiet minimi dwar il-mappep strateġiċi tal-ħoss li jikkonċernaw l-informazzjoni li għandha tinbagħat lill-Kummissjoni huma elenkati fil-paragrafi 1.5, 1.6, 2.5, 2.6 u 2.7 ta' l-Anness VI.

6. Għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni liċ-ċittadini bi qbil ma l-Artikolu 9 u l-iżviluppi tal-pjanijiet ta' l-azzjoni bi qbil ma l-Artikolu 8, informazzjoni addizzjonali u aktar dettaljata għandha tkun mogħtiha, bħal ma hi:

- preżentazzjoni grafika,

- mappep li jiżvelaw l-eċċess tal-valur limitanti,

- mappep differenti, li fihom is-sitwazzjoni eżistenti tkun imqabbla mas-sitwazzjonijiet varji possibli fil-futur,

- mappep li juru l-valur ta' l-indikatur tal-ħoss f'għoli ta' aktar minn 4 m meta xieraq.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar it-tip u l-formati ta' dawn il-mappep tal-ħsejjes.

7. Mappep strateġiċi tal-ħsejjes għal applikazzjoni lokali jew nazzjonali għandhom isiru għall-assessjar f'għoli ta' 4 m u il-medded ta' 5 dB ta' Ljal u Llejl kif definiti fl-Anness VI.

8. Għal agglomerazzjonijiet, mappep strateġiċi separati tal-ħsejjes għandhom isiru dwar il-ħsejjes tat-traffiku fit-toroq, ħsejjes tat-traffiku tal-ferroviji, ħsejjes ta' l-ajruplanti u ħsejjes industrijali. Mappep għal sorsi oħrajn jistgħu jkunu miżjuda.

9. Il-Kummissjoni tista tiżviluppa linji ta' gwida li jipprovdu aktar gwida dwar il-mappep tal-ħoss, l-immappjar tal-ħsejjes u s-software tal-immappjar bi qbil ma l-Artikolu 13(2).

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

ĦTEĠIJIET MINIMI GĦALL-PJANIJIET TA' AZZJONI

imsemmija fl-Artikolu 8

1. Pjan ta' azzjoni għandu mill-anqas jinkludi dawn l-elementi li ġejjin:

- deskrizzjoni ta' l-agglomerazzjoni, toroq maġġuri, ferroviji maġġuri jew ajruporti maġġuri u sorsi oħrajn

- tal-ħsejjes għandhom ikunu meqjusa,

- l-awtorità responsabbli,

- il-kuntest legali,

- valuri ta' limitu imqiegħda bi qbil ma l-Artikolu 5,

- sommarju tar-riżultati tal-immappjar tal-ħsejjes,

- evalutazzjoni tan-numru kalkolat ta' persuni esposti għall-ħoss, l-identifikazzjoni tal-problemi u s-sitwazzjonijiet li jeħtieġ li jkunu mtejba,

- reġistri tal-konsultazzjonijiet publiċi organizzati bi qbil ma l-Artikolu 8(7).

- xi miżuri għat-tnaqqis tal-ħsejjes li diġa huma eżistenti u xi proġetti waqt il-preparazzjoni,

- l-azzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti intiżi li jieħdu ma tul il-ħames snin segwenti, inklużi xi miżuri biex jippreservaw iż-żoni kwieti,

- strateġija ta' terminu fit-tul,

- informazzjoni finanzjarja (jekk disponibbli): budgets, assessjar ta' l-effettività tan-nefqa, assessjar tal-benefiċju tan-nefqa,

- dispożizzjonijiet intiżi għall-evalutazzjoni u l-implementazzjoni u r-riżultati tal-pjan ta' l-azzjoni.

2. L-azzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-ħsieb li jieħdu fl-oqsma fil-kompetenzi tagħhom jistgħu per eżempju jinkludu:

- l-ippjanar tat-traffiku,

- l-ippjanar ta' l-użu ta' l-art,

- kejl tekniku tas-sorsi tal-ħoss,

- il-għażla ta' sorsi aktar kwieti,

- it-tnaqqis tat-trasmissjoni tal-ħoss,

- miżuri regolatorji jew ekonomiċi jew inċentivi.

3. Kull wieħed mill-pjani ta' l-azzjoni għandhom ikun fihom estimi f'termini tat-tnaqqis tan-numru ta' persuni affettwati (imdejqa, mfixkla waqt l-irqad, jew oħrajn).

4. Il-Kummissjoni tista tiżviluppa linji ta' gwida li jipprovdu aktar gwida dwar il-pjanijiet ta' l-azzjoni bi qbil ma l-Artikolu 13(2).

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINBAGĦAT LILL-KUMMISSJONI

imsemmija fl-Artikolu 10

L-informazzjoni li għandha tinbagħat lill-Kummissjoni hija kif ġej:

1. Għall-aglomerazzjonijiet

1.1. Deskrizzjoni qasira ta’ l-agglomerazzjoni: il-kwalità, id-daqs u n-numru ta’ l-abitanti.

1.2. L-awtorità responsabbli.

1.3. Programmi tal-kontroll tal-ħsejjes li kienu ġew imwettqa fil-passat u l-miżuri tal-ħsejjes kif jinsabu bħal-issa.

1.4. Il-metodi tal-kompjutazzjoni jew tal-kejl li kienu użati.

1.5. In-numru kalkolat ta’ persuni (f’mijjiet) li jgħixu f’abitazzjonijiet li huma esposti għal kull wieħed mill-meded li ġejjin tal-valuri Ljal fi dB 4 metri ‘l fuq mill-art fuq il- façade l-aktar espost 55-59, 60-64, 65-69, 70-74, >75, separatament għal ħsejjes tat-traffiku fit-toroq, bil-ferroviju u bl-ajru, u minn sorsi industrijali. Il-figuri għandhom ikunu mqarrba lejn l-eqreb mijja (e.g. 5200 = bejn 5150 u 5249; 100 = bejn 50 u 149; 0 = anqas minn 50).

B’żieda għandu jkun mistqarr, meta xieraq u meta l-informazzjoni bħal din tkun disponibbli, kemm persuni fil-kategorija ta’ hawn fuq jgħixu fl-abitazzjonijiet li jkollhom:

- insulazzjoni speċjali kontra l-ħsejjes f’dak il-każ, it-tifsira ta’ l-insulazzjoni speċjali ta’ bini kontra wieħed jew aktar ta’ tipi ta’ ħsejjes ambjentali, flimkien ma dawk il-faċilitajiet bħal ma huma l-arja kondizzjonata li l-valuri għoljin ta’ l-insulazzjoni kontra l-ħsejjes ambjenti jkunu jistgħu jipproteġu,

- façade kwieta, tfisser façade ta’ l-abitazzjoni li fiha l-valur Ljal, erba metri ‘l fuq mill-art u żewġ metri ‘l quddiem mill- façade, għal ħoss emiss minn sorsi speċifiċi, ikun aktar minn 20 dB baxx milli fil- façade li jkollu l-għola valur ta’ Ljal.

Indikazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija dwar kif toroq maġġuri, ferroviji maġġuri u ajruporti maġġuri, skond kif definit fl-Artikolu 3, jikkontribwixxu għal dan ta’ hawn fuq.

1.6. In-numru totali kalkulat ta’ persuni (f’mijjiet) li jgħixu f’abitazzjonijiet li huma esposti għal kull wieħed mill-meded li ġejjin tal-valuri Llejl fi dB 4 metri ‘l fuq mill-art fuq il- façade l-aktar espost: 50-54, 55-59, 60-64, 65-69, >70, separatament għall-ħsejjes tat-traffiku fit-toroq, bil-ferrovija u bl-ajru, u minn sorsi industrijali. Dawn id-dettalji jistgħu wkoll ikunu assessjati mill-meded ta’ valur 45-49 qabel id-data stabbilita fl-Artikolu 11(1).

B’żieda għandu jkun mistqarr, meta xieraq u meta l-informazzjoni bħal din tkun disponibbli, kemm persuni fil-kategorija ta’ hawn fuq jgħixu fl-abitazzjonijiet li jkollhom:

- Insulazzjoni speċjali kontra l-ħoss f’dan il-każ, kif definit fil-paragrafu 1.5,

- façade kwieta, kif definita fil-paragrafu 1.5.

Għandu wkoll ikun indikat kif it-toroq maġġuri, il-ferroviji maġġuri u l-ajruporti maġġuri jikkontribwixxu għal dan ta’ hawn fuq.

1.7. Fil-każ ta’ preżentazzjoni grafika, mappep strateġiċi għandhom mill-anqas juru kontorni ta’ 60, 65, 70 u 75 dB.

1.8. Sommarju tal-pjan ta’ l-azzjoni li jkopri l-aspetti mportanti kollha imsemmija fl-Anness V, li ma jeċċedux għaxar paġni fit-tul.

2. Għal toroq maġġuri, ferroviji maġġuri u ajruporti maġġuri

2.1. Deskrizzjoni ġenerali tat-toroq, ferroviji jew ajruporti: il-lokazzjoni, id-daqs, u l-informazzjoni dwar it-traffiku.

2.2. Karatterizzazzjoni dwar l-inħawi tagħhom, agglomerazzjonijiet, irħula, l-inħawi tal-kampanja jew mod ieħor, l-informazzjoni dwar l-użu ta’ l-art, is-sorsi maġġuri l-oħrajn tal-ħsejjes.

2.3. Programmi tal-kontroll tal-ħsejjes li kienu ġew imwettqa fil-passat u l-miżuri tal-ħsejjes kif jinsabu bħal-issa.

2.4. Il-metodi tal-kompjutazzjoni jew tal-kejl li kienu użati.

2.5. In-numru totali kalkolat ta’ persuni (f’mijiet) li jgħixu f’agglomerazzjonijiet il-barra mill-abitazzjoni li huma esposti għal kull wieħed mill-meded li ġejjin tal-valuri Ljal fi dB 4 metri ‘l fuq mill-art fuq il-façade ‘l-aktar espost: 55-59, 60-64, 65-69, 70-74, > 75.

B’żieda għandu jkun mistqarr, meta xieraq u meta l-informazzjoni bħal din tkun disponibbli, kemm persuni fil-kategorija ta’ hawn fuq jgħixu fl-abitazzjonijiet li jkollhom:

- Insulazzjoni speċjali kontra l-ħoss f’dan il-każ, kif definit fil-paragrafu 1.5,

- façade kwieta, kif definita fil-paragrafu 1.5.

2.6. In-numru totali kalkolat ta’ persuni (f’mijiet) li jgħixu f’agglomerazzjonijiet il-barra mill-abitazzjoni li huma esposti għal kull wieħed mill-meded li ġejjin tal-valuri Llejl fi dB 4 metri ‘l fuq mill-art fuq il-façade l-aktar espost: 50-54, 55-59, 60-64, 65-69, >70. Dawn id-dettalji jistgħu wkoll ikunu assessjati mill-meded ta’ valur 45-49 qabel id-data stabbilita fl-Artikolu 11(1).

B’żieda għandu jkun mistqarr, meta xieraq u meta l-informazzjoni bħal din tkun disponibbli, kemm persuni fil-kategorija ta’ hawn fuq jgħixu fl-abitazzjonijiet li jkollhom:

- Insulazzjoni speċjali kontra l-ħoss f’dan il-każ, kif definit fil-paragrafu 1.5,

- façade kwieta, kif definita fil-paragrafu 1.5.

2.7. Il-medda totali (fi km2) esposta għal valuri Ljal aktar għolja minn 55, 65 u 75 dB rispettivament. In-numru totali kalkolat ta’ l-abitazzjonijiet (f’mijjiet) u numru totali kalkolat ta’ persuni (f’mijjiet) li jgħixu f’kull waħda minn dawk il-meded għandhom wkoll ikunu mogħtija. Dawk il-figuri għandhom jinkludu agglomerazzjonijiet.

Il-kontorni 55 u 65 dB għandhom ukoll ikunu murija fuq waħda jew aktar mappep li jagħtu informazzjoni rigward il-lokazzjoni ta’ rħula, bliet u agglomerazzjonijiet fi ħdan dawk il-kontorni.

2.8. Sommarju tal-pjan ta’ l-azzjoni li jkopri l-aspetti importanti kollha imsemmija fl-Anness V, li ma jeċċedux għaxar paġni fit-tul.

3. Linji ta’ gwida

Il-Kummissjoni tista tiżviluppa linji ta’ gwida li jipprovdu aktar gwida dwar il-provvediment ta’ l-informazzjoni ta’ hawn fuq bi qbil ma l-Artikolu 13(2).

--------------------------------------------------

Top