EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0045

Id-Direttiva 2002/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li temenda għall-għoxrin darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li għandha x'taqsam ma' restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparati perikolużi (short-chain chlorinated paraffins)

OJ L 177, 6.7.2002, p. 21–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 029 P. 488 - 489
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 029 P. 488 - 489
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 029 P. 488 - 489
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 029 P. 488 - 489
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 029 P. 488 - 489
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 029 P. 488 - 489
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 029 P. 488 - 489
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 029 P. 488 - 489
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 029 P. 488 - 489
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 036 P. 37 - 38
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 036 P. 37 - 38

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/45/oj

32002L0045



Official Journal L 177 , 06/07/2002 P. 0021 - 0022


Id-Direttiva 2002/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-25 ta' Ġunju 2002

li temenda għall-għoxrin darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li għandha x'taqsam ma' restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparati perikolużi (short-chain chlorinated paraffins)

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbillixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2]

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-22 ta' April 2002,

Billi:

(1) Il-limitazzjonijiet diġà adottati jew ippjanati minn ċerti Stati Membri dwar l-użu ta' short-chain chlorinated paraffins (SCCPs) wara PARCOM (Konvenzjoni għall-Prevenzjoni ta' Tniġġiż Marin minn Fonti Bbażati fuq l-Art) id-Deċiżjoni 95/1 jaffettwaw direttament il-kompletazzjoni u l-funzjonament tas-suq intern; għalhekk huwa neċessarju li l-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dan il-qasam jiġu approssimati u konsegwentement li jiġi emendat l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri għandha x'taqsam ma' restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparati perikolużi [4] b'kont meħud ta' l-istimi Komunitarji tar-riskju u ta' l-evidenza xjentifika rilevanti bħala sostenn għad-Deċiżjoni PARCOM 95/1.

(2) SCCPs huma klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent, ladarba huma tossiċi ħafna għal organiżmi akwatiċi u jistgħu jikkawżaw effetti avversi għal żmien twil fl-ambjent akwatiku.

(3) Il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni, fil-kwadru tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti [5], li jeħtieġu miżuri speċifiċi sabiex jirrestrinġu l-użu ta' SCCPs, partikolarment fi fluwidi għat-tħaddim tal-metall u fi prodotti ta' rtokki bil-ġilda, sabiex jiġi protett l-ambjent akwatiku.

(4) L-utilitajiet rimanenti tal-pitrolji kollha bil-klorur għandhom jiġu riveduti fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku rilevanti, partikolarment għal dak li jirrigwarda l-emissjonijiet li jikkontjenu pitrolji bil-klorur. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti approprjati sabiex jitnaqqsu dawn l-utilitajiet.

(5) Fis-27 ta' Novembru 1998 il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (CSTEE) ta' l-opinjoni tiegħu dwar ir-riskji ta' SCCPs, kif identifikati mir-Rakkomandazzjoni.

(6) Din id-Direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għall-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol [6] u d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskju relatat ma' l-aġenti kimiċi fuq ix-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(l) tad-Direttiva 89/391/KEE) [7],

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE il-punt li ġej għandu jiżdied:

"42.Alkanes, C10 — C13, chloro (short-chain chlorinated paraffins) | 1.Ma jistax jitqiegħed fis-suq għal użu bħala sustanzi jew bħala kostitwenti ta' sustanzi jew preparati oħra f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 1 %:f'xogħol tal-ħadid;għall-likur xaħmi tal-ġilda.2.Qabel l-1 ta' Jannar 2003 l-utilitajiet rimanenti kollha ta' SCCPs jiġu riveduti mill-Kummissjoni Ewropea, f'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri u l-Kummissjoni ta' l-OSPAR, fid-dawl ta' kwalunkwe data xjentifika rilevanti ġdida dwar ir-riskji mposti minn SCCPs għas-saħħa u għall-ambjent.Il-Parlament Ewropew ikun infurmat bir-riżultat ta' din ir-reviżjoni." |

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mis-6 ta' Lulju 2003, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mhux aktar tard mis-6 ta' Jannar 2004.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jigu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fil-25 ta' Ġunju 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

J. Matas I Palou

[1] ĠU C 337 E, tat-28.11.2000, p. 138 uĠU C 213 E, tal-31.7.2001, p. 296.

[2] ĠU C 116, ta' l-20.4.2001, p. 27.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' Frar 2001 (ĠU C 267, tal-21.9.2001, p. 41), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 (ĠU C 301, tas-26.10.2001, p. 39) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2001 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Mejju 2002 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2002.

[4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 99/77/KE (ĠU L 207, tas-6.8.1999, p. 18).

[5] ĠU L 84, tal-5.4.1993, p. 1.

[6] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

[7] ĠU L 131, tal-5.5.1998, p. 11.

--------------------------------------------------

Top