EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D1376

Id-Deċiżjoni Nru 1376/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE dwar serje ta' linji gwida għan-networks tat- telekomunikazzjoni trans-Ewropej

OJ L 200, 30.7.2002, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 029 P. 507 - 510
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 029 P. 507 - 510
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 029 P. 507 - 510
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 029 P. 507 - 510
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 029 P. 507 - 510
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 029 P. 507 - 510
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 029 P. 507 - 510
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 029 P. 507 - 510
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 029 P. 507 - 510
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 036 P. 56 - 59
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 036 P. 56 - 59
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 043 P. 25 - 28

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/1376/oj

32002D1376



Official Journal L 200 , 30/07/2002 P. 0001 - 0004


Id-Deċiżjoni Nru 1376/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-12 ta' Lulju 2002

li temenda d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE dwar serje ta' linji gwida għan-networks tat- telekomunikazzjoni trans-Ewropej

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 156 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Artikolu 14 tad-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4] jeħtieġ lill-Kummissjoni li tagħti rapport kull tliet snin dwar l-implementazzjoni tad-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

(2) Il-Kummissjoni ssottomitiet dan ir-rapport fl-10 ta' Diċembru 2001.

(3) L-imsemmi Artikolu 14 jeħtieġ lill-Kummissjoni li tissottometti proposti xierqa għar-reviżjoni ta' Anness I li jinsab mad-Deċiżjoni fuq il-bażi ta' l-iżviluppi tekniċi u l-esperjenza akkwistata.

(4) Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri Nru 9/2000 għamel rakkmandazzjonijiet li ġew ittrattati fir-rapport tal-Kummissjoni.

(5) Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-Inizzjattiva tal-Kummissjoni għall-Kunsill Ewropew Speċjali ta' Lisbona, fit-23 u l-24 ta' Marzu 2000, il-Kummissjoni stabbiliet l-inizzjattiva eEurope li tenfasizza d-dimensjoni soċjali tas-Soċjetà ta' l-Informatika.

(6) Fit-28 ta' Jannar 2002 il-Kunsill adotta riżoluzzjoni dwar għajnuna komuni u azzjonijiet speċifiċi fil-qasam tas-sigurtà tan-networks u ta' l-informazzjoni [5].

(7) Anness I li jinsab mad-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE għandu għalhekk jiġi rivedut kif xieraq.

(8) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6],

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE hija b' dan emendata kif ġej:

1. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' Artikolu 1:

"Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, "infrastruttura tat-telekomunijazzjoni" għandha tirreferi għan-networks elettroniċi tat-trasmissjoni ta' data u s-servizzi li jużawhom."

2. Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat").

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japàplikaw Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8 tagħha.

It-terminu stabbilit f'Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jaddotta r-regoli tiegħu dwar il-proċedura."

3. Artikolu 14 huwa b'dan emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1għandu jkun sostitwit b' dan li ġej:

"1. Qabel il-31 ta' Jannar 2005, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni matul il-perijodu minn Lulju 2000 sa Ġunju 2004, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Eknomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni."

(b) il-paragrafu 4 għandu jkun sostitwit b' dan li ġej:

"4. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni sal-31 ta' Diċembru 2006, l-Anness I għandu jitqies li jkun skada ħlief dwar fir-rigward tas-sejħiet għall-proposti li diġà ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel dik id-data."

4. Anness I għandu jiġi sostitwit bit-test ta' l-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Lulju 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

P. S. Møller

[1] ĠU Ċ 103 E, tat- 30.4.2002, p. 23.

[2] Opinjoni mogħtija fid-29 ta' Mejju 2002 (għad mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Mejju 2002 (għad mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2002.

[4] ĠU L 183, tal-11.7.1997, p. 12.

[5] ĠU Ċ 43, tas- 16.2.2002, p. 2.

[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS I

IDENTIFIKAZZJONI TA' PROĠETTI TA' INTERESS KOMUNI

1. In-networks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej ser jikkontribwixxu għall-introduzzjoni ta' servizzi innovattivi trans-Ewropej fl-interess ġenerali. Is-servizzi ser jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' soċjetà ta' l-informatika f'termini ta' tkabbir, impieg, koeżjoni soċjali u parteċipazzjoni għal kulħadd fl-ekonomika bażata fuq it-tagħrif.

2. TEN-Telecom tappoġġa l-fattibiltà teknika u ekonomika, il-konvalidazzjoni u l-bidu tas-servizzi. Is-servizzi għandhom ikunu innovattivi, trans-Ewropej u bbażati fuq teknoloġija ppruvata:

- servizz jista’ jitnieda fi Stati Membri separati b'adattazzjoni xierqa f kull Stat,

- servizz li diġà nbeda fi Stat Membru wieħed mingħajr appoġġ taħt dan il-programm jista’ jiġi estiż għal Stati Membri oħrajn,

- servizz li jidher ta' interess trans-Ewropew jista’ jiġi implimentat fi Stat Membru wieħed.

3. Minħabba li s-servizzi għandhom jiġu meqjusa li huma trans-Ewropej, il-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet minn aktar minn Stat Membru wieħed u l-implimentazzjoni f'aktar minn Stat Membru wieħed, minkejja li mhux meħtieġa, ser tiġi inkoraġġata.

4. F'dan il-kuntest, proġetti ta' interess komuni jiġu identifikati fuq il-bażi tal-kapaċità operazzjonali tagħhom li jappoġġaw il-miri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

5. Il-proġetti ta' interess komuni deskritti hawn taħt għandhom ikunu fuq tliet livelli, li jifformaw struttura koerenti.

(i) Applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet iservu l-ħtiġijiet ta' l-utent, waqt li jqisu d-differenzi kulturali u lingwistiċi u r-rekwiżiti għall-aċċessibilità, b'mod partikolari għal persuni b'diżabilità. Fejn jgħodd, għandhom jakkomodaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta' reġjuni inqas żviluppati jew inqas popolati. Għandhom jużaw il-potenzjal tan-networks tal-komunikazzjoni ta' firxa wiesgħa u mobbli u oħrajn kif xieraq.

(ii) Servizzi Ġeneriċi

Servizzi Ġeneriċi għandhom jappoġġaw ir-rekwżiti komuni ta' l-applikazzjonijiet billi jipprovdu għodda komuni għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda bbażati ta' standards interoperabbli. Għandhom jipprovdu servizzi għat-trasferiment u l-integrità ta' data min-network għal ieħor inklużi networks ta' komunikazzjoni b'firxa wiesgħa u mobbli.

(iii) Interkonnessjoni u interoperabilita’ tan-networks

Ser jingħata appoġġ għall-interkonnessjoni, interoperabilità u s-sigurtà tan-networks li jirfdu l-operazzjoni ta' applikazzjonijiet u servizzi ta' interess pubbliku speċifiku.

It-taqsimiet li ġejjin jidentifikaw f'kull livell tan-networks trans-Ewropej il-proġetti ta' interess komuni li għandhom jiġu speċifikati skond Artikolu 9 u bil-proċedura stabbilita f'Artikolu 8.

I. Applikazzjonijiet

- e-Government u e–Administration: servizzi aktar effiċjenti, interattivi u integrati, u servizzi integrati tal-Gvern li jkunu ta' benefiċċju għaċ-ċittadini u l-SME's jikkostitwixxu opportunità maġġuri għas-soċjetà ta' l-informatika. Servizzi on-line inklużi dawk fil-qasam ta' l-akkwist elettroniku, aċċess żgur għal servizzi pubbliċi on-line għaċ-ċittadini u l-SME's, sigurtà’ personali, ambjent u turiżmu, appoġġ kummerċjali għall-SME's (inklużi servizzi informatiċi u kummerċ elettroniku), u servizzi mmirati lejn it-twessiegħ tal-parteċipazzjoni fil-proċess demokratiku tat-teħid tad-deċiżjonijiet ser jiġu appoġġati fil-livelli kollha: Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali. Is-servizzi jistgħu jingħataw minn, jew bl-appoġġ ta', awtoritajiet pubbliċi bħala servizz fl-interess pubbliku ta' benefiċċju għaċ-ċittadini u l-SME's.

- Saħħa: in-networks u s-servizzi telematiċi tas-saħħa joffru opportunitajiet sinjifikanti għat-titjib ta' l-aċċess u l-kwalità ta' kura, kif ukoll l-immanniġġjar ta' l-impatti ta' l-avvanzi mediċi u t-tibdliet demografiċi. Ser jiġu appoġġati servizzi innovattivi li jikkollegaw l-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa u punti oħrajn tal-kura, u li jipprovdu servizzi tas-saħħa direttament lill-pubbliku, b'mod partikolari billi jappoġġjaw azzjonijiet dwar prevenzjoni tal-mard u l-promozzjoni tas-saħħa.

- Persuni b'disablilità u anzjani: żviluppi fin-networks tal-komunikazzjonijiet joffru opportunitajiet sinjifikanti għall-parteċipazzjoni ta' persuni anzjani u persuni b'diżabilità fis-soċjetà ta' l-informatika. L-applikazzjonijiet u servizzi tan-networks li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jistgħu jikkontribwixxu biex jingħelbu l-ostakoli soċjo-ekonomiċi, ġeografiċi u kulturali. Ser jingħataw appoġġ servizzi li jipprovdu għall-ħtiġijiet ta' persuni anzjani u persuni b'diżabilità bl-għan li tiġi promossa l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà ta' l-informatika.

- Tagħlim u kultura: livelli għoljin ta' edukazzjoni, taħriġ u għarfien kulturali huma kruċjali għall-iżvilupp eknomiku u l-koeżjoni soċjali. L-importanza tagħhom ser tkompli tiġi sottolineata fil-futur bl-influwenza dejjem iżżid tat-teknoloġija fis-soċjetà ta' l-informatika. Ser jingħataw appoġġ servizzi li joffru modi innovativi kif tiġi ppreżentata informazzjoni edukattiva u kulturali, inklużi servizzi għat-tagħlim għall-ħajja kollha.

II. Servizzi ġeneriċi

- Servizzi mobbli avvanzati: qed isiru provi dwar l-aspetti ta' interoperabilità ta' applikazzjonijiet innovativi għan-networks mobbli minn 2,5 sa 3G. Ser jistabbilixxu l-bażi għal soluzzjonijiet avanzati u minn punt għal ieħor fl-ambjent mobbli, u jipprovdu servizzi bbażati fuq il-lokazzjoni, personalizzati u sensitivi skond il-kuntest. Jingħata appoġġ għat-tnedija ta' applikazzjonijiet u servizzi mobbli avanzati fl-interess ġenerali inklużi dawk għan-navigazzjoni u gwida, informazzjoni dwar traffiku u vjaġġar, sigurtà tan-network u l-ħruġ tal-kontijiet, m-commerce, m-business u xogħol mobbli, tagħlim u kultura, servizzi ta' emerġenza u saħħa.

- Servizzi ta' fiduċja u kunfidenza: l-involviment attiv ta' negozji u ċittadini fis-soċjetà ta' l-informatika jiddependi fuq il-fiduċja u l-kunfidenza tagħhom fis-servizzi disponibbli. Is-sigurtà hija għalhekk kwistjoni ta' priorità li tippresenta sfida kbira għall-futur. Ser jingħata appoġġ għal servizzi fl-interess pubbliku mmirati lejn l-aspetti kollha tas-sigurtà nkluża l-kooperazzjoni għal network effettiv fl-Unjoni Ewropea fuq sistemi nazzjonali ta' CERT.

III. Interkonnessjoni u interoperabilità tan-networks

- Interkonnessjoni u interoperabilità: l-interkonnessjoni u interoperabilità tan-networks hija pre-rekwiżit għal servizzi trans-Ewropej effettivi. Jingħata appoġġ għall-interkonnessjoni, interoperabilità u s-sigurtà tan-networks meħtieġa għall-operazzjoni ta' servizzi speċifiċi ta' interess pubbliku. Proġetti dwar l-iżvilupp u t-tisħiħ tan-networks tat-telekomunijazzjoni jirċievu skrutinju partikolari biex jiġi aċċertat li m'hemm l-ebda interferenza mal-kundizzjonijiet tas-suq liberu.

IV. Azzjonijiet ta' appoġġ supplimentari u ta' koordinazzjoni

Minbarra l-appoġġ għal proġetti ta' interess komuni, il-Komunità għandha tibda azzjonijiet immirati lejn il-provvista ta' ambjent xieraq għar-realizzazzjoni tal-proġetti. L-iffinanzjar ta' dawn l-azzjonijiet m'għandux jieħu b'mod sinjifikanti mill-ammonti allokati għall-bqija tal-programm. L-azzjonijiet jikkontribwixxu għal għarfien tal-programm, żvilupp ta' konsensus u sforzi konġunti dwar attivitajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali għall-istimulazzjoni u l-promozzjoni ta' l-applikazzjonijiet u s-servizzi ġodda, konformi ma’ l-implimentazzjoni ta' programmi f'oqsma oħrajn, kif ukoll l-iżvilupp tan-networks tal-firxa wiesgħa. Għandhom jinvolvu konsultazzjoni mal-korpi Ewropej dwar l-istandardizzazzjoni u l-ippjanar strateġiku u l-koordinament ma’ azzjonijiet ffinanzjati mill-istrumenti finanzjarji Komunitarji differenti, inklużi:

- studji strateġiċi għall-ispeċifikar tal-miri, u transizzjoni lejn dawn il-miri. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet ser jgħinu lill-atturi jagħmlu deċiżjonijiet ta' investiment ekonomiku tajbin.

- definizzjoni tal-mezzi ta' aċċess għan-networks tal-firxa wiesg]a,

- stabbiliment ta' speċifikazzjonijiet komuni bbażati fuq standards Ewropej u dinjin,

- żieda fil-kooperazzjoni bejn l-atturi fis-settur, inklużi sħab pubbliċi u privati (PPP),

- il-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet meħuda taħt din id-Deċiżjoni li għandhom x'jaqsmu ma’ programmi Komunitarji u nazzjonali.

"

--------------------------------------------------

Top