EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0748

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Settembru 2002 li temenda d-Deċiżjoni 98/676/KE fir-rigward tal-fluazolat (notifikata taħt dokument numru C(2002) 3324)Test b’relevanza għall-Ftehim EE

OJ L 243, 11.9.2002, p. 19–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 037 P. 49 - 50
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 037 P. 49 - 50
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 037 P. 49 - 50
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 037 P. 49 - 50
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 037 P. 49 - 50
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 037 P. 49 - 50
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 037 P. 49 - 50
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 037 P. 49 - 50
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 037 P. 49 - 50
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 044 P. 80 - 81
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 044 P. 80 - 81
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 004 P. 9 - 10

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/748/oj

32002D0748



Official Journal L 243 , 11/09/2002 P. 0019 - 0020


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-10 ta’ Settembru 2002

li temenda d-Deċiżjoni 98/676/KE fir-rigward tal-fluazolat

(notifikata taħt dokument numru C(2002) 3324)

(Test b’relevanza għall-Ftehim EE)

(2002/748/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fis-suq [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/37/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-Renju Unit irċieva fid-29 ta’ Settembru 1997 applikazzjoni minn Twinagro Ltd. għall-inklużżjoni tas-sustanza attiva fluazolat fl-Anness I li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/676/KE [3] ikkonfermat illi, wara eżami preliminari, id-dossier kien komplet fis-sens li seta’ jitqies bħala li jissodisfa, fil-prinċipju, il-ħtiġiet tat-tagħrif u ta’ l-informazzjoni ta’ l-Anness II u l-Anness III li jinsabu mad-Direttiva 91/414/KEE.

(3) L-Istati membri kienu b’dan ingħataw il-possibiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-fluazolat, skond l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE. Ebda Stat membru ma uża din il-possibiltà.

(4) Ir-Renju Unit, bħala l-Istat Membru li jirrapporta, kien indika lill-Kummissjoni li eżami dettaljat tad-dossier wera li diversi bċejjeċ ta’ tagħrif kienu għadhom meħtieġa taħt l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari b’relazzjoni ta’ l-impatt ambjentali tas-sustanza attiva u l-prodotti tagħha ta’ degradazzjoni. B’hekk, id-dossier ma jistgħax jitqies aktar li huwa komplet.

(5) L-applikant informa lir-Renju Unit u lill-Kummissjoni bil-ħsieb tiegħu li ma jsostnix l-evalwazzjoni dejjem għaddejja aktar u li ma jibgħatx aktar tagħrif dwar is-sustanza attiva jew il-prodotti tagħha ta’ degradazzjoni. Bħala riżultat, huwa ċar li d-dossier mhux sejjer jitlesta u għalhekk sejjer ikun imposibbli li r-Renju Unit jabbozza rapport ta’ stima dwar il-fluazolat u jqassmu lill-Kummissjoni u lill-Istati membri l-oħra. Il-possibiltà li tingħata awtorizzazzjoni provviżorja għall-fluazolat għanda għalhekk tiġi rtirata.

(6) Ebda perjodu transitorju għad-disponiment, ħażna, tqegħid fis-suq u użu tal-ħażniet eżistenti tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-fluazolat ma huwa meħtieġ billi ebda Stat membru ma ta awtorizzazzjoni provviżorja għal din is-sustanza attiva.

(7) Id-Deċiżjoni 98/676/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata.

(8) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 98/676/KE, il-punt 4 huwa mħassar.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Settembru 2002.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.08.1991, p. 1.

[2] ĠU L 117, ta' l-4.5.2002, p. 10.

[3] ĠU L 317, tas-26.11.1998, p. 47.

--------------------------------------------------

Top