EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0025

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2002 li twaqqaf kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-pixkeriji li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja (notifikat taħt dokument numru C(2002) 14/2)Test b’ riferenza għall-AEE

OJ L 11, 15.1.2002, p. 25–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 035 P. 7 - 12
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 035 P. 7 - 12
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 035 P. 7 - 12
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 035 P. 7 - 12
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 035 P. 7 - 12
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 035 P. 7 - 12
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 035 P. 7 - 12
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 035 P. 7 - 12
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 035 P. 7 - 12
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 040 P. 204 - 209
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 040 P. 204 - 209

No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/25(1)/oj

32002D0025



Official Journal L 011 , 15/01/2002 P. 0025 - 0030


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-11 ta’ Jannar 2002

li twaqqaf kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-pixkeriji li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja

(notifikat taħt dokument numru C(2002) 14/2)

(Test b’ riferenza għall-AEE)

(2002/25/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Filwaqt li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Filwaqt li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li twaqqaf il-kondizzjonijiet sanitarji li għall-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti tal-pixkeriji [1] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/EC [2], u partikolarment l-Artikolu 11(1) tagħha,

Billi:

(1) Saret ispezzjoni għall-Kummissjoni fir-Repubbika tal-Kroazja biex jiġu vverifikati l-kundizzjonijiet li taħthom il-prodotti tal-pixkeriji jiġu prodotti u jintbagħtu lejn il-Komunità.

(2) Id-disposizzjonijiet tal-liġi Kroata fuq l-ispezzjonijiet sanitarji u s-sorvaljanza fuq prodotti tal-pixkeriji jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE.

(3) Partikolarment, id-Direttorat Veterinajru tal-Ministeru ta’ l-Agrikultura u l-Forestiera huwa kapaċi li effettivament jivverifika l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ.

(4) Huwa xieraq li jitwaqqfu regoli ddettaljati dwar iċ-ċertifikat sanitarju li għandu, taħt id-Direttiva 91/493/KEE, jakkumpanja l-konsenji ta' prodotti tal-pixkeriji lejn il-Komunità mill-Kroazja. Partikolarment, dawn ir-regoli għandhom jispeċifikaw id-definizzjoni ta’ mudell taċ-ċertifikat, il-minimu tar-rewiżiti dwar il-lingwa jew lingwi li se jinkiteb biha/bihom u l-istat tal-persuna li għandha l-awtorità tiffirmah.

(5) Il-marka li għandha titwaħħal ma’ pakketti ta’ prodotti mill-pixkeriji għandha tagħti isem il-pajjiż terz u n-numri ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, vettura fabbrika, ħażna kiesħa jew vapur bil-friża ta’ l-oriġini ħlief xi prodotti ffriżati.

(6) Skond l-Artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha ssir lista ta’ stabbilimenti approvati, vapuri tal-fabbriki, jew ħażniet kiesħa, u lista ta’ vapuri bil-friżer ekwipaġġati skond id-Direttiva tal-Kunsill nru 92/48/KEE [3] għandha ssir ukoll. Dawn il-listi għandhom isiru fuq il-bażi tal-komunikazzjoni mid-DV lill-Kummissjoni. Għaldaqstant, sta għad-DV illi jaċċerta l-konformità mad-disposizzjonijiet stabbiliti għal dan l-iskop fid-Direttiva 91/493/KEE.

(7) Il-VD ipprovda assikurazzjonijiet uffiċjali dwar il-konformità mar-regoli mwaqqfa fil-Kapitolu B ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE, u dwar it-twettiq tar-rekwiżiti iġjeniċi ekwivalenti għal dawk stabbiliti minn dik id-Direttiva.

(8) Il-miżuri pprovduti f’ din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttorat Veterinajru tal-Ministeru ta’ l-Agrikultura u l-Forestiera għandu jkun l-awtorità kompetenti fil-Kroazja biex jivverifika u jattesta l-konformità tal-prodotti tal-pixkeriji u akkwakulturi mad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Il-prodotti tal-pixkeriji u ta’ l-akkwakultura li joriġinaw fil-Kroazja għandhom jilħqu dawn il-kundizzjonijiet:

1. kull konsenja għandha tiġi akkumpanjata minn ċertifikat sanitarju oriġinali enumerat, debitament mimli, iffirmat, datat u li jkun fih folja waħda skond il-mudell fl-Anness A għal din id-Direttiva;

2. Il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti, vapuri tal-fabbriki jew ħażniet imkessħa, jew minn vapuri bil-friża elenkati fl-Anness B għal din id-Direttiva;

3. ħlief fil-każ ta’ prodotti tal-pixkeriji ffriżati maħsuba għall-fabbrikazzjoni ta’ ikel ippriservat, il-pakketti kollha għandu jkollhom il-kelma "KROAZJA" u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, vapuri tal-fabbrika, ħażniet kesħin jew vapor bil-friża ta’ l-oriġini f’ittri li ma jitħassrux.

Artikolu 3

1. Ċertifikati kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom isiru f’ għall-inqas ilsien wieħed uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn jiwettqu l-verifiki

2. Iċ-ċertifikati għandu jkollhom l-isem, il-kapaċità u l-firma tar-rappreżentant tad-DV u t-timbru tiegħu f’kulur differenti minn firem oħrajn.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-60 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula f’ Brussell, 11 ta’ Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41.

--------------------------------------------------

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

LISTA TA' STABBILIMENTI U VETTURI

Leġġenda:

PP : Pjanta ta' l-ipproċessar

ZV : Vettura friża.

Nru ta' approvazzjoni | Isem | Belt | Limitu ta' approvazzjoni | Kategorija |

3 | Marinada, Ltd | SLATINA | | PP |

6 | Mardesic, Ltd | SALI | | PP |

9 | Graso Ltd | PULA | | PP |

13 | Adria, Ltd | ZADAR | | PP |

14 | Marituna Ltd | ZADAR | | PP |

16 | Cenmar, Ltd | ZADAR | | PP |

17 | S.M.S., Ltd | SPLIT | | PP |

24 | Intercommerce, Ltd | UMAG | | PP |

28 | Marikultura Porto Budava,Ltd | PULA | | PP |

31 | Marimirna, Ltd | ROVINJ | | PP |

32 | Adria-Simuni, Ltd | RIJEKA | | PP |

42 | F.M.R., Ltd | ZADAR | | PP |

47 | Sinje More, Ltd | TRIBUNJ | | PP |

53 | SIC Ltd | POREC | | PP |

58 | Lubin, Ltd | ZAGREB | | PP |

62 | Adria Octopus, Ltd | BIOGRAD | | PP |

86 | Stefanutti, Ltd | PAZIN | | PP |

87 | EL.NLRO., Ltd | ROVINJ | | PP |

92 | Ugor, Ltd | RIJEKA | | PP |

101 | S.T.I. Zeba, Ltd | UMAG | | PP |

102 | Sangulin, Ltd | BIOGRAD | | PP |

107 | Pinazela Ltd | SPLIT | | PP |

129 | Slamka, Ltd | ZADAR | | PP |

130 | San Zak, Ltd | SVETI FILIP JAKOV | | PP |

133 | Conex, Ltd | SOLIN | | PP |

134 | Palinurus, Ltd | SPLIT | | PP |

136 | Marikomerc, Ltd | ZADAR | | PP |

140 | Azzurra, Ltd | ROVINJ | | PP |

170 | Sardina, Ltd | POSTIRE | | PP |

172 | Neptun, Ltd | KOMIZA | | PP |

178 | Jadranka, Ltd | VELA LUKA | | PP |

187 | Mirna, Ltd | ROVINJ | | PP |

210 | Interfish, Ltd | MEDULIN | | PP |

401 | Marina Vinici, Ltd | MURTER | | PP |

402 | Medikomerc, Ltd | POREC | | PP |

432 | Felicita, Ltd | ZAKLOPATICA | | PP |

453 | Z, Ltd | FIVAR | | PP |

500 | Tonia, Ltd | POREC | | PP |

550 | Peter Pan Tours, Ltd | VOLOSKO | | PP |

561 | Bingo Trade Ltd | OSIJEK | | PP |

677 | Irida, Ltd | DARUVAR | | PP |

757 | Ittimurter, Ltd | MURTER | | PP |

758 | Kali Tuna, Ltd | ZADAR | | PP |

766 | Ancora Commerce, Ltd | SPLIT | | PP |

806 | S.I.C., Ltd | VABRIGA | | PP |

824 | Krajani Ltd | MALINSKA | | PP |

903 | RO-Trade, Ltd | KRK | | PP |

1168 | Branko I Edi Ltd | MURTER | | PP |

1176 | Palma Ltd | VELI LOSINJ | | PP |

1200 | T.O. Rak | VISKOVO | | PP |

1255 | Pape & Sons Ltd | BENKOVAC | | PP |

1274 | Badioli-Maksan Ltd | PAKOSTANE | | PP |

1335 | Ribarska zadruga Komiza | KOMIZA | | PP |

1402 | Zabika Ltd | NOVI VINODOLSKI | | PP |

B 001 | Marinero I (Meduza d.o.o.) | SPLIT | | ZV |

B 002 | Marinero II (Prosperity d.o.o.) | SPLIT | | ZV |

B 003 | Nikolas (Frank & sons d.o.o.) | SIBENIK | | ZV |

--------------------------------------------------

Top