Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2491

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2491/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel.

OJ L 337, 20.12.2001, p. 9–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 006 P. 363 - 371
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 006 P. 363 - 371
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 006 P. 363 - 371
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 006 P. 363 - 371
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 006 P. 363 - 371
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 006 P. 363 - 371
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 006 P. 363 - 371
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 006 P. 363 - 371
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 006 P. 363 - 371
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 007 P. 254 - 262
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 007 P. 254 - 262

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2491/oj

32001R2491



Official Journal L 337 , 20/12/2001 P. 0009 - 0017


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2491/2001

tad-19 ta' Diċembru 2001

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 2001 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 436/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13, it-tieni inċiż tiegħu,

Billi:

(1) Il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli żviluppat sinjifikament fi snin riċenti. f'ħafna każi, l-produzzjoni organika m'għadhiex limitata għal produzzjonijiet lokali u kummerċ lokali iżda, għal kuntrarju, ħafna drabi jinvolvi ħafna ħaddiema u ħafna xogħol, bħalma huma l-importazzjoni, trasport, ħażna u ippakkjar.

(2) l-Anness III lir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 ipoġġi ħtiġijiet minimi ta' l-ispezzjoni u miżuri ta' prekawzjoni fl-iskema ta' spezzjoni li saret riferenza għaliha f'L-Artikoli 8 u 9 ta' dak ir-Regolament.

(3) l-Anness III diġa fih dispożizzjonijiet għax-xogħlijiet ewlenin u stadji differenti involuti fil-produzzjoni oganika ta' prodotti agrikoli. Iżda, sabiex tkun żgurata t-traċċjabilità ta' prodotti agrikoli organiċi matul l-istadji differenti tal-katina tal-kummerċ, u finalment il-konformità ta' dawn il-prodotti mad-dispożizzjonijiet li hemm fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 fid-dawl ta' l-iżviluppi riċenti, huwa meħtieġ li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet li hemm f'L-Anness III.

(4) Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jlestu l-miżuri li hemm f'L-Anness III sabiex jiżguraw li l-konsumaturi jingħataw garanziji li l-prodotti ġew magħmula f'konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

(5) Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu jiġi emendat b'mod xieraq.

(6) Il-miżuri li hemm provdut għalihom f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat li saret riferenza għalih fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-60 jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.07.1991, p. 1.

[2] ĠU L 63, tat-03.03.2001, p. 16.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS III

ĦTIĠIJIET MINIMI GĦALL-ISPEZZJONI U MIŻURI PREKAWZJONARJI FL-ISKEMA TA' SPEZZJONI LI SARET RIFERENZA GĦALIHA FL-ARTIKOLI 8 U 9

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Ħtiġijiet minimi għall-ispezzjoni

Il-ħtiġijiet għall-ispezzjoni ta' dan l-Anness għandu japlika mingħajr preġudizzju tal-miżuri adottati mill-Istati Membri metħieġa sabiex jiżguraw it-traċċjabilità tal-prodotti, kif inhu msemmi fl-Artikolu 9(12)(1) u (ċ), matul il-katina tal-produzzjoni sħiħa, u sabiex ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma sodisfatti.

2. Implimentazzjoni

L-operaturi li diġa qegħdin jaħdmu fid-data msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2491/2001 għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet li saret riferenza għalihom fil-punt 3 u lid-dispożizzjonijiet inizjali għall-ispezzjoni previsti fis-sezzjonijiet A, B, Ċ u D tad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan l-Anness.

3. Spezzjoni inizjali

Meta jiġu implimentati għall-ewwel darba l-arranġamenti għall-ispezzjoni, il-ħaddiem responsabbli għandu jħejji:

- deskrizzjoni sħiħa tal-unità u/jew bini u/jew attività,

- il-miżuri prattiċi kollha li għandhom jittieħdu fil-livell tal-unità u/jew bini u/jew attività sabiex tkun żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, u b'mod partikolari mal-ħtiġijiet f'dan l-Anness.

Id-deskrizzjoni u miżuri prattiċi konċernati għandhom jinsabu f'dikjarazzjoni, iffirmata mill-operatur responsabbli.

B'żieda għal dan, din id-dikjarazzjoni għandha tinkludi impenn mill-operatur:

- sabiex isiru x-xogħolijiet f’konformità ma' l-Artikoli 5, 6, 6° u, fejn hu rilevanti, l-Artikolu 11,

- sabiex jaċċetta, fl-eventwalità ta' ksur ta' regolamenti jew irregolaritajiet, l-infurzar tal-miżuri li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 9(9) u, fejn relevanti, fl-Artikolu 10(3), u

- sabiex jaċċetta li jinforma lix-xerrejja tal-prodott bil-miktub sabiex jiżgura li l-indikazzjonijiet li jirriferu għall-metodu ta' produzzjoni organika jitneħħew minn din il-produzzjoni.

Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi verifikata mill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni li toħroġ rapport li jidentifika d-defiċjenzi possibbli u n-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. L-operatur għandu jiffirma dan ir-rapport u jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa.

4. Komunikazzjonijiet

Il-ħaddiem responsabbli għandu jinnotifika kull bidla fid-deskrizzjoni jew fil-miżuri prattiċi li saret riferenza għalihom fil-punt 3 u fid-dispożizzjonijiet għall-ispezzjoni inizjali previsti fis-sezzjonijiet A, B, Ċ u D tad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan l-Anness lill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni fi żmien tajjeb.

5. Żjajjar għall-ispezzjoni

Il-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni għandu jagħmel spezzjoni fiżika sħiħa, mill-inqas darba fis-sena, tal-unitajiet jew bini ieħor tal-produzzjoni/preparament. Il-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni jista’ jieħu kampjuni għall-ittestjar tal-prodotti li m'humiex awtorizzati f'dan ir-Regolament jew sabiex jiġu ċċekkjati l-metodi ta' teknika tal-produzzjoni li m'humiex f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jistgħu jittieħdu u jiġu analizzati wkoll sabiex jinqabad tniġġiż possibbli minn prodotti li m'humiex awtorizzati. Iżda, din l-analiżi għandha titwettaq fejn huwa suspettat l-użu ta' prodotti li m'humiex awtorizzati. Għandu jitħejja rapport ta' l-ispezzjoni wara kull żjara, iffirmata mill-persuna responsabbli għall-unità jew ir-rappreżentant tiegħu.

Aktar minn hekk, il-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni għandu jwettaq żjajjar ta' spezzjoni bl-addoċċ, sew jekk imħabbra u sew jekk le. Iż-żjajjar għandhom ikopru b'mod partikolari dawk l-intrapriżi jew sitwazzjonijiet fejn jista’ jeżisti riskju speċifiku jew tpartit ta' prodotti minn produzzjoni organika ma' prodotti oħra.

6. Kontijiet dokumentari

Għandhom jinżammu rekords tal-ħażna u dawk finanzjarji fl-unità jew fil-bini, sabiex jawtorizzaw lill-operatur u l-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni sabiex jirrintraċċaw:

- il-fornitur u, fejn huwa differenti, l-bejjiegħ, jew l-esportatur tal-prodotti,

- in-natura u l-kwantitajiet tal-prodotti agrikoli kif hemm riferut fl-Artikolu 1 mwasslin sal-unità u, fejn huwa rilevanti, tal-materjali kollha mixtrijin u l-użu ta' dawn il-materjali,

- in-natura, l-kwantitajiet u l-kunsinjaturi u, fejn huwa differenti, ix-xerrejja ta' kull prodott kif hemm riferut fl-Artikolu 1, li ħallew l-unità jew il-bini jew faċilitajiet tal-ħażna ta' l-ewwel kunsinjatur,

- kull informazzjoni oħra meħtieġa mill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni għall-għanijiet ta' spezzjoni tajba.

Id-data fil-kontijiet għandha tkun dokumentata b'dokumenti ta' ġustifikazzjoni xierqa.

Il-kontijiet għandhom juru bejn id-dħul u l-ħruġ.

7. L-ippakkjar u trasport tal-prodotti lill-unitajiet jew bini ta' produzzjoni/preparament.

L-operaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti kif hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu trasportati għall-unitajiet oħra li jinkludu bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut, fil-pakketti xierqa biss, reċipjenti jew vetturi magħluqin b'tali mod li s-sostituzzjoni tal-kontenut ma tistax tinkiseb mingħajr ma jiġi manipulat jew ssir ħsara lis-siġill u provdut b'tikketta li tistqarr, mingħajr preġudizzju għal indikazzjonijiet oħra meħtieġa mill-liġi:

(a) l-isem u l-indirizz tal-operatur u, fejn huwa differenti, tas-sid jew il-bejjiegħ tal-prodott;

(b) l-isem tal-prodott, li jinkludi riferenza għall-metodu ta' produzzjoni organika, f’konformità ma' l-Artikolu 5;

(ċ) l-isem u/jew in-numru tal-kodiċi tal-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni li hu soġġett għalih l-operatur; u

(d) fejn hu rilevanti, il-marka ta' identifikazzjoni tal-lott skond sistema ta' marki jew approvat f'livell nazzjonali jew miftiehem mal-korp jew awtorità ta' spezzjoni u li jippermetti li l-lott jingħaqad mal-kontijiet li saret riferenza għalihom fil-punt 6.

L-informazzjoni li jinsabu f’(a), (b) u (d) jistgħu jiġu preżentati ukoll fuq dokument li jakkumpanja l-prodott, jekk dan id-dokument jistgħa jingħaqad mal-pakkett, reċipjent jew vettura tal-prodott mingħajr dubju. Dan id-dokument li jakkumpanja għandu jinkludi l-informazzjoni dwar il-fornitur u/jew it-trasportatur.

Iżda, l-għeluq tal-pakketti, reċipjenti jew vetturi m'huwiex meħtieġ fejn:

- it-trasport huwa dirett bejn produttur u operatur ieħor li huma t-tnejn suġġetti għas-sistema ta' spezzjoni li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 9, u

- il-prodotti huma akkumpanjati minn dokument li jagħti l-informazzjoni meħtieġa skond is-subparagrafu ta' qabel, u

- il-korp jew awtorità ta' spezzjoni sew ta' l-operatur li qiegħed jibgħat il-prodott u sew dak li qiegħed jirċievih ġew informati dwar dawn l-operazzjonijiet ta' trasport u qablu dwarhom. Dan il-ftehim jista’ jkun provdut għal operazzjoni ta' trasport wieħed jew aktar.

8. Ħażna tal-prodotti

Għall-ħażna ta' prodotti, għandhom jiġu mmaniġjati oqsma sabiex jiżguraw l-identifikazzjoni ta' lottijiet u sabiex jevitaw kull taħlit ma’ jew kontaminazzjoni minn prodotti u/jew sustanzi li m'humiex f'konformità ma' dan ir-Regolament.

9. Prodotti li huma suspettati li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tar-Regolament

Fejn operatur jikkunsidra jew jissuspetta li prodott li pproduċa, ipprepara, importa jew twassal għandu mingħand operatur ieħor, m'huwiex f'konformità ma’ dan ir-Regolament, għandu jibda l-proċeduri jew sabiex jirtira minn dan il-prodott kull riferenza lill-produzzjoni organika jew sabiex jissepara u jidentifika l-prodott. Jista jipproċċessah jew jippakkjah jew ipoġġih fuq is-suq biss wara l-eliminazzjoni ta' dak id-dubju, sakemm ma jitpoġġix fuq is-suq mingħajr indikazzjoni li tirriferi għall-metodu ta' produzzjoni organika. F'daż ta' dan id-dubju, l-operatur għandu jgħarraf lill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni minnufih. Il-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni jista' jeħtieġ li l-prodott ma jistax jitpoġġa fuq is-suq b'indikazzjonijiet li jirriferu għall-metodu ta' produzzjoni organika sakemm ikun sodisfatt, mill-informazzjoni li jkun irċieva mill-operatur jew minn sorsi oħra, li d-dubju ġie eliminat.

Fejn korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni għandu suspett sostanzjat li operatur għandu l-ħsieb li jpoġġi prodott fuq is-suq li m'huwiex f'konformità ma’ dan ir-Regolament iżda li għandu riferenza għall-metodu ta' produzzjoni organika, dan il-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni jista' jeħtieġ li l-operatur jista proviżjonalment ma jbieħx il-prodott b'din ir-riferenza. Din id-deċiżjoni għandha tkun supplimentata mill-obbligu li jirtira minn dan il-prodott kull riferenza għall-metodu ta' produzzjoni organika jekk il-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni huwa ċert li l-prodott ma jaderixxix mall-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament. Iżda jekk is-suspett ma jkunx konfermat, id-deċiżjoni ta' hawn fuq għandha tiġi kanċellata mhux aktar tard minn perijodu ta' żmien wara li tkun ittieħdet. Il-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni għandu jiddefinixxi dan il-perijodu ta' żmien. L-operatur għandu jikkopera bis-sħiħ mal-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni fir-risolviment tas-suspett.

10. Aċċess għall-faċilitajiet

L-operatur għandu jagħti lill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni, għall-għanijiet ta' spezzjoni, aċċess lill-partijiet kollha tal-unità u l-bini kollu, kif ukoll lill-kontijiet u dokumenti ta' appoġġ rilevanti. Għandu jipprovdi lill-korp jew awtorità ta' spezzjoni b'kull informazzjoni li tihder li hi xierqa għall-għanijiet ta' l-ispezzjoni.

Meta ssir talba mill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni, l-operatur għandu jissottometti r-riżultati ta' l-ispezzjoni voluntarja u programmi ta' kampjunar tiegħu stess.

B'żieda għal dan, l-importaturi u l-ewwel kunsinjaturi għandhom jissottomettu kull awtorizzazzjoni importanti skond l-Artikolu 11(6) u ċertifikati ta' l-ispezzjoni għal importazzjonijiet minn terzi pajjiżi.

11. Skambju ta' informazzjoni

Meta l-operatur u s-sottokuntratturi tiegħu jiġu spezzjonati minn korpi jew awtoritajiet ta' l-ispezzjoni differenti, id-dikjarazzjoni li saret riferenza għaliha fil-punt 3 għandha tinkludi ftehim mill-operatur f'ismu u f'isem is-sottokuntratturi tiegħu, li l-korpi jew awtoritajiet ta' l-ispezzjoni differenti jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li qegħdin jiġu spezzjonati u dwar il-mod li jista’ jiġi implimentat dan l-iskambju ta' informazzjoni.

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

A. Produzzjoni ta' pjanti, prodotti tal-pjanti, bhejjem u/jew prodotti li jiġu mill-bhejjem

Din is-sezzjoni tapplika għal kull unità involut fil-produzzjoni kif inhu definit fl-Artikolu 4(2) tal-prodotti li saret riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(a) għal kont tiegħu stess jew għal kont ta' terza parti.

Il-produzzjoni għandha ssir f'unità li l-bini tal-produzzjoni, land parcels, pasturage, żoni għall-eżerċizzju fil-ftuħ, open air runs, bini fejn jinżammu l-bhejjem, u, fejn huwa applikabbli, il-bini għall-ħażna ta' ħxejjex, prodotti tal-ħxejjex, prodotti li jiġu mill-bhejjem, materji primi u dħul, huma separati ċarament minn dawk ta' kull unità ieħor li ma jipproduċix f'konformità mar-regoli li hemm f'dan ir-Regolament.

Proċessar, ippakkjar u/jew bejgħ jista’ jsir fl-unità tal-produzzjoni, fejn dawn l-attivitajiet huma limitati għall-prodott agrikolu tiegħu stess.

Kwantitajiet mibjugħa direttament lill-konsumatur aħħari għandhom ikunu magħduda kuljum.

Il-ħażna, fl-unità, ta' prodotti ta' dħul ħlief minn dawk permessi minn l-Artikolu 6(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 6(3)(a), huwa projbit.

Meta jirċievi prodott kif inhu msemmi fl-Artikolu 1, l-operatur għandu jiċċekkja l-għeluq tal-pakkett jew reċipjent fejn hu meħtieġ u l-preżenza ta' l-indikaturi li saret riferenza għalihom fil-punt 7 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan l-Anness. Ir-riżultat ta' din il-verifika għandu jkun imsemmi b'mod espliċitu fil-kontijiet dokumentari li ssir riferenza għaliha fil-punt 6 tad-dispożizzjonijiet ġenerali.

A.1. Il-pjanti u prodotti ta' pjanti minn produzzjoni jew ġbir fl-irziezet.

1. Spezzjoni inizjali

Id-deskrizzjoni sħiħ tal-unità li ssir riferenza għaliha fil-punt 3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan l-Anness għandha:

- titħejja anke fejn il-produttur jillimita l-attività tiegħu għall-ġbir ta' pjanti slavaġ,

- juru l-bini tal-ħażna u produzzjoni u land parcels u/jew żoni ta' ġbir u, fejn huwa applikabbli, il-bini fejn isiru ċerti xogħolijiet ta' proċessar u/jew ippakkjar, u

- tispeċifika d-data ta' l-aħħar applikazzjoni fuq il-pakketti u/jew żoni ta' ġbir konċernati mill-prodotti, li l-użu tagħhom m’huwiex kompatibbli ma l-Artikolu 6(1)(b).

Fil-każ ta' ġbir ta' pjanti slavaġ, il-miżuri prattiċi li ssir referenza għalihom fil-punt 3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan l-Anness għandhom jinkludu l-garanziji mogħtija mit-terzi partijiet li l-produttur jista’ jipprovdi sabiex jiżgura li d-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I, sezzjoni A, punt 4 jiġu mħarsa.

2. Komunikazzjonijiet

Kull sena, qabel id-data indikata mill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni, l-produttur għandu jinforma lill-korp jew l-awtorità dwar l-iskeda ta' produzzjoni tal-prodotti ta' ħxejjex tiegħu, billi jagħti dettalji għal kull pakkett.

3. Ħafna unitajiet ta' produzzjoni mħaddma mill-istess operatur

Fejn operatur iħaddem ħafna unitajiet ta' produzzjoni fl-istess żona, l-unitajiet li jipproduċu l-ħxejjex jew prodotti ta' ħxejjex mhux koperti minn l-Artikolu 1, flimkien mal-bini ta' ħażna għall-prodotti ta' dħul (bħalma huma fertilizzanti, prodotti li jipproteġu l-pjanti, żerriegħa) għandhom ikunu suġġett ukoll għall-arranġamenti ġenerali għall-ispezzjoni mpoġġija fid-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan l-Anness kif ukoll għad-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ispezzjoni b'rigward għall-punti 1, 2, 3, 4 u 6 tad-dispożizzjonijiet ġenerali.

L-istess varjetà bħal, jew varjetà li ma tistgħax tingħaraf faċilment minn dawk il-prodotti fl-unità li saret riferenza għalihom fit-tieni paragrafu tas-sezzjoni A, ma jistgħux jiġu prodotti f'dawn l-unitajiet.

Iżda, l-produtturi jistgħu jidderogaw mir-regola li saret riferenza għaliha fl-aħħar sentenza tas-subparagrafu preċedenti:

(a) fil-każ ta' produzzjoni ta' prodotti ta' ħxejjex perennial (siġar tal-frott ta' l-ikel, dwieli u l-hops) sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. il-produzzjoni tifforma parti minn pjan ta' konverżjoni li bih il-produttur jagħti impenn sod u li tipprovdi għall-bidu tal-konverżjoni ta' l-aħħar parti taż-żoni konċernati għall-produzzjoni organika fl-iqsar perijodu possibbli li fl-ebda eventwalità m'għandha tkun aktar minn ħames snin,

2. ikunu ttieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw is-separazzjoni permanenti tal-prodotti miksuba minn kull unità konċernat,

3. il-korp jew aworità ta' l-ispezzjoni tiġi mgħarrfa dwar il-ħsad tal-prodotti konċernati mill-inqas 48 siegħa qabel,

4. malli jitlesta l-ħsad, il-produttur għandu jinforma lill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni dwar il-kwantitajiet eżatti maħsuda fl-unitajiet konċernati flimkien ma’ kull fattur partikolari li jiddistingwihom (bħalma huma l-kwalità, kulur, piż medju, eċċ.) u jikkonferma li l-miżuri meħudha sabiex jinfirdu l-prodotti ġew applikati,

5. il-pjan ta' konverżjoni u l-miżuri li saret riferenza għalihom fil-punt 1 u fil-punt 3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ġew approvati mill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni. Din l-approvazzjoni għandha tiġi kkonfermata kull sena wara li jibda l-pjan ta' konverżjoni.

(b) fil-każ ta' żoni maħsuba għar-riċerka agrikola miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet 2, 3 u 4 tal-parti rilevanti tal-kundizzjoni 5 li saret riferenza għalihom f'(a);

(ċ) fil-każ tal-produzzjoni ta' żerriegħa vegetative propagating material u trapjanti, sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet 2, 3 u 4 u l-parti rilevanti tal-kundizzjoni 5 li saret riferenza għalihom f'(a);

(d) fil-każ ta' art bil-ħaxix esklussivament użata għall-għalf.

A.2. Bhejjem u prodotti ġejjin mill-bhejjem prodotti mill-biedja ta' l-annimali

1. Spezzjoni inizjali

Fejn is-sistema ta' spezzjoni li tapplika speċifikament għall-produzzjoni tal-bhejjem tiġi implimentata għall-ewwel darba, id-deskrizzjoni sħiħa tal-unità li saret riferenza għalih fil-punt 3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan l-Anness għandha tinkludi:

- deskrizzjoni sħiħa tal-bini fejn jinżammu l-bhejjem, l-art fejn jirgħu, żoni għall-eżerċizzju fil-ftuħ, open-air runs, eċċ., u, fejn japplika, l-bini għall-ħażna, ippakkjar u proċessar ta' bhejjem, prodotti li jiġu mill-bhejjem, materji primi u inputs,

- deskrizzjoni sħiħa ta' l-istallazzjonijiet għall-ħażna tad-demel tal-bhejjem.

Il-miżuri prattiċi li saret riferenza għalihom fil-punt 3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan l-Anness għandhom jinkludu:

- il-pjan għat-tixrid tad-demel miftiehem mall-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni, flimkien ma’ deskrizzjoni sħiħa mogħtija lill-produzzjoni tal-ħxejjex,

- fejn xieraq, b'rigward għat-tixrid tad-demel, l-arranġamenti bil-miktub ta' intrapriżi oħra li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament,

- pjan għall-immaniġġjar għall-unità ta' produzzjoni organika tal-bhejjem (eż. manniġġjar għat-tmiegħ, riproduzzjoni, saħħa, eċċ.).

2. Identifikazzjoni tal-bhejjem

Il-bhejjem għandhom jiġu identifikati b'mod permanenti billi jintużgħaw metodi ta' teknika adattati għal kull speċje, individwalment fil-każ ta' mammali kbar u individwalment jew bil-grupp fil-każ ta' tjur u mammali żgħar.

3. Rekords tal-bhejjem

Ir-rekords tal-bhejjem għandhom jitħejjew fil-forma ta' reġistru u jinżammu disponibbli lill-awtoritajiet jew korpi ta' l-ispezzjoni fil-ħinijiet kollha fl-indirizz ta' l-intrapriża.

Dawn ir-rekords, li għandhom jipprovdu deskrizzjoni sħiħa tas-sistema ta' mmaniġġjar tal-merħla jew qatta, għandhom ikun fihom l-istess informazzjoni:

- skond l-ispeċje, b'rigward għall-bhejjem li jaslu fl-intrapriża: oriġini u data tal-wasla, perijodu ta' konverżjoni, marka ta' identifikazzjoni u rekord veterinarju,

- b'rigward għal bhejjem li ser jitilqu mill-intrapriża: età, numru ta' bhejjem, piż fil-każ ta' qatla, marka ta' identifikazzjoni u destinazzjoni,

- dettalji ta' kull annimal mitluf u raġunijiet,

- rigward l-għalf: tip, li jinkludu supplimenti ta' l-għalf, proporzjonijiet ta' diversi ingredjenti ta' proporzjonijiet u perijodi ta' aċċess għal free-range areas, perijodi ta' transhumance fejn japplikaw ir-restrizzjonijiet,

- rigward il-prevenzjoni tal-mard u trattament u kura veterinarja: data tat-trattament, dijanjożi, tip ta' prodott tat-trattament, metodu ta' trattamtent u riċetti tal-veterinarju għall-kura veterinarja bir-raġunijiet u perijodi ta' irtirar li japplikaw qabel jistgħu jiġu marketed prodotti li jiġu mill-bhejjem.

4. Ħafna unitajiet ta' produzzjoni mħaddma mill-istess operatur

Fejn produttur, f'konformità mal-punti 1.6 tas-sezzjoni B u 1.3 tas-sezzjoni Ċ ta' l-Anness I jimmaniġġja ħafna unitajiet tal-produzzjoni, l-unitajiet li jipproduċu l-bhejjem jew prodotti li jiġu mill-bhejjem li m'humiex koperti minn l-Artikolu 1 għandhom jiġu suġġetti wkoll għas-sistema ta' spezzjoni għar-rigward għall-punt 1 ta' din is-sottosezzjoni fuq il-bhejjem u l-prodotti li jiġu mill-bhejjem u b'rigward għad-dispożizzjonijiet fuq l-immaniġġjar tal-bhejjem, rekords tal-bhejjem u l-prinċipji li jirregolaw il-ħażna tal-prodotti tal-biedja tal-bhejjem użati.

Deroga rigward il-ħtieġa ta' speċje differenti involuti fil-punt 1.6 ta' l-Anness I, parti B, tista’ tingħata lill-intrapriżi li jwettqu r-riċerka agrikola mill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni fi ftehim ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru, fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

- miżuri xierqa, miftiehma mal-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni ttieħdu sabiex jiggarantixxu s-separazzjoni permanenti bejn il-bhejjem, prodotti li jiġu mill-bhejjem, demel u għalf ta' kull wieħed mill-unitajiet,

- il-produttur jinforma lill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni minn qabel dwar kull forniment jew bejgħ ta' bhejjem jew prodotti li ġejjin mill-bhejjem,

- l-operatur jinforma lill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni dwar il-kwantitajiet eżatti prodotti fl-unitajiet flimkien mall-karatteristiċi kollha li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodotti u jikkonferma li l-miżuri meħudha sabiex jiġu separati l-prodotti ġew applikati.

5. Ħtiġijiet oħra.

B'mod ta' deroga minn dawn ir-regoli, l-ħażna ta' prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi u antibijotiċi hija permessa fl-intrapriżi sakemm ġew preskritti minn veterinarju f'konnessjoni mat-trattament kif issir riferenza għalih f'L-Anness I, li jinħażnu f'post sorveljat u li huma miktuba fir-reġistru tar-razzett.

B. Unitajiet għall-preparament ta' prodotti li ġejjin mill-pjanti jew mill-bhejjem u għalf magħmul minn prodotti li ġejjin mill-pjanti u mill-bhejjem

Din is-sezzjoni tapplika għal kull unità involuta fil-preparament, kif inhu definit fl-Artikolu 4(3), tal-prodotti li saret riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1), għall-kont tiegħu stess jew għall-kont ta' terza parti, u li jinkludu b'mod partikolari wkoll:

- unitajiet involuti fL-ippakkjar u/jew ippakkjar mill-ġdid ta' dawn il-prodotti,

- unitajiet involuti fit-tikkettjar u/jew tikkettjar mill-ġdid ta' dawn il-prodotti.

1. Spezzjoni inizjali

Id-deskrizzjoni sħiħa tal-unità li saret riferenza għalih fil-punt 3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan l-Anness għandhom juru l-faċilitajiet użati sabiex jirċievu, jiġu pproċessati, ppakkeġġjati, ittikkettjati u maħżuna l-prodotti agrikoli qabel u wara x-xogħolijiet li jikkonċernawhom, kif ukoll il-proċeduri għat-trasport tal-prodotti.

2. Kontijiet dokumentari

Il-kontijiet dokumentaji li saret riferenza għalihom fil-punt 6 tad-dispożizzjonijiet ġenerali għandhom jinkludu l-verifika li ssir riferenza għalihom fil-punt 5 ta' din is-sottosezzjoni.

3. Unitajiet għall-preparament li jieħdu ħsieb ukoll prodotti li ma jiġux minn produzzjoni organika.

Meta l-prodotti li ma saritx riferenza għalihom fl-Artikolu 1 jiġu ppreparati, ippakkeġġjati u maħżuna wkoll fl-unità ta' preparament konċernat:

- l-unità għandha jkollha żoni separati bil-post jew bil-ħin fi ħdan il-bini għall-ħażna ta' dawn il-prodotti kif hemm riferut fl-Artikolu 1, qabel u wara x-xogħolijiet,

- ix-xogħolijiet għandhom isiru kontinwament sakemm tkun saret ir-run kollha, separati bl-ispazju jew bil-ħin minn xogħolijiet simili li jitwettqu fuq prodotti li m'humiex koperti minn l-Artikolu 1,

- jekk dawn ix-xogħolijiet ma jsirux f’ħinijiet regolari jew f'ġurnata fissata, għandhom ikunu magħrufa minn qabel, b'limitu ta' żmien miftiehem mall-korp jew awtorità ta' spezzjoni,

- kull miżura għandha tittieħed sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni tal-gruppi u sabiex ikun prevenut it-taħlit u tpartit ma' prodotti li ma nkisbux f'konformità mar-regoli mqiegħda f'dan ir-Regolament,

- xogħolijiet fuq prodotti f'konformità mar-regoli mqiegħda f'dan ir-Regolament għandhom isiru biss wara li jitnaddaf it-tagħmir ta' produzzjoni. L-effettività tal-miżuri ta' tindif għandha tiġi ċċekkjata u rrekordjata.

4. Ippakkjar u trasport ta' prodotti sal-unitajiet tal-preparament

Ħalib, bajd u prodott tal-bajd ġejjin mill-biedja organika għandhom jinġabru indipendement mill-prodotti mhux prodotti f'konformità ma’ dan ir-Regolament. B'deroga, u soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel mill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni, tista' ssir ġabra simultanja, fejn ikunu ttieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu kull taħlit jew tpartit possibbli ma’ prodotti mhux prodotti f'konformità ma' dan ir-Regolament u sabiex jiżguraw l-identifikazjzoni tal-prodotti prodotti skond id-disposizzjonijet ta' dan ir-Regolament. L-operatur għandu jżomm l-informazzjoni relatata mall-ġranet, siegħat, ċirkwit u data tal-ġbir u l-ħin ta' meta jirċievu l-prodotti disponibbli għall-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni.

5. Riċeviment ta' prodotti minn unitajiet oħra.

Meta jirċievi prodott kif inhu msemmi fl-Artikolu 1, l-operatur għandu jiċċekkja l-għeluq tal-pakkett jew reċipjent fejn hu meħtieġ u l-preżenza ta' l-indikaturi li saret riferenza għalihom fil-punt 7 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan l-Anness. L-operatur għandu jiċċekkja l-informazzjoni fuq it-tikketta li saret riferenza għaliha fil-punt 7 tad-dispożizzjonijiet ma’ l-informazzjoni fuq id-dokumenti li jakkumpanjawhom. Ir-riżultat ta' dawn il-verifiki għandu jkun imsemmi b'mod espliċitu fil-kontijiet dokumentari li ssir riferenza għaliha fil-punt 6 tad-dispożizzjonijiet ġenerali.

C. Importazzonijiet ta' pjanti, prodotti tal-pjanti, bhejjem, prodotti ġejjin mill-bhejjem u għalf magħmulha minn prodotti ġejjin mill-pjanti u/jew bhejjem minn terzi pajjiżi

Din is-sezzjoni tapplika lill-kull operatur involut, bħala importatur u/jew l-ewwel kunsinjatur, fl-importazzjoni u/jew riċeviment, għall-kont tiegħu stess jew għall-kont ta' operatur ieħor, tal-prodotti li saret riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1). Għall-għanijiet ta' din is-sezzjoni:

- l-importatur għandu jfisser il-persuna naturali jew legali fi ħdan il-Komunità Ewropea li jippreżenta kunsinna sabiex tinħeles fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità Ewropea, jew waħdu, permezz ta' rappreżentant,

- l-ewwel kunsinjatur għandu jfisser il-persuna naturali jew legali li saret riferenza għaliha fl-Artikolu 11(3)(a) lil min titwassal il-kunsinna u li jirċivieha għal aktar preparament u/jew bejgħ.

1. Spezzjoni inizjali

Importaturi

- Id-deskrizzjoni tal-unità li saret riferenza għaliha fil-punt 3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan l-Anness għandha tinkludi l-bini ta' l-importatur u ta' l-attivitajiet ta' importazzjoni tiegħu, li jindikaw il-postijiet ta' dħul tal-prodotti fil-Komunità u kull faċilità li l-importatur għandu l-ħsieb li juża għall-ħażna tal-prodotti impurtati sakemm jaslu lill-ewwel kunsinjatur,

- B'żieda għal dan, id-dikjarazzjoni li saret riferenza għaliha fil-punt 3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali għandha tinkludi impriża mill-importatur sabiex jiżgura li kull faċilità li ser juża l-importatur għall-ħażna tal-prodotti huma sottometti għall-ispezzjoni, li għandha titwettaq jew mill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni jew, fejn dawn il-faċilitajiet tal-ħażna jinsabu fi Stat Membru jew reġjun ieħor, minn korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni approvati għall-ispezzjoni f'dak l-Istat Membru jew reġjun.

L-ewwel kunsinjatur

- Id-deskrizzjoni sħiħa tal-unità li saret riferenza għaliha fil-punt 3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali għandha turi l-faċilitajiet użati għar-riċeviment u ħażna. Fejn isiru attivitajiet oħra, bħalma huma l-iproċessar, ippakkjar, tikkettjar u ħażna ta' prodotti agrikoli qabel u wara x-xogħolijiet li jikkonċernawhom, kif ukoll it-trasport tal-prodotti, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti li jinsabu fis-sezzjoni B.

Meta l-importatur u l-ewwel kunsinjatur huma l-istess persuna legali u jaħdmu f'unità wieħed, ir-rapporti li ssir riferenza għalihom fil-punt 3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali jistgħu jiġu formalizzati f'rapport wieħed.

2. Kontijiet dokumentari

Fejn l-importatur u l-ewwel kunsinjatur m'humiex jaħdmu f'unità wieħed, it-tnejn li huma għandhom iżommu rekords ta' l-istokk u dawk finanzjarji.

Fuq talba mill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni, kull dettal dwar l-arranġamenti tat-trasport mill-esportatur fil-pajjiż terz lill-ewwel kunsinjatur u, mill-bini jew faċilitajiet tal-ħażna mill-ewwel kunsinjatur sal-kunsinjaturi fi ħdan il-Komunità għandu jkun provdut.

3. Informazzjoni dwar kunsinni impurtati

L-impurtatur għandu, sa l-aktar tard fil-ħin li ċ-ċertifikat jiġi sottomess lill-awtorità rilevanti ta' l-Istat Membru f'konformità ma' l-Artikolu 4, punt 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1788/2001 tas-7 ta' Settembru 2001 li jpoġġi r-regoli dettaljati sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-ispezzjoni għal importazzjonijiet minn terzi pajjiżi skond l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirriferu għalih dwar prodotti u oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], li jinfurmaw lill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni dwar kull kunsinna li għandha tiġi impurtata fil-Komunità, billi jagħti:

- l-isem u l-indirizz ta' l-ewwel kunsinjatur,

- kull dettal li dan il-korp jew awtorità jista’ jeħtieġ, bħal ma hi kopja taċ-ċertifikat ta' l-ispezzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti li ġejjin mill-biedja organika. Fuq it-talba tal-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni ta' l-importatur, dan ta' l-aħħar għandu jgħaddi lill-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni ta' l-ewwel kunsinjatur

4. Importaturi u l-ewwel kunsinjaturi li jinnegozjaw ukoll prodott li ma jiġux minn produzzjoni organika.

Meta prodotti mpurtati li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 1 jinħażnu f'faċilitajiet tal-ħażna fejn jinħażnu wkoll prodotti agrikoli jew oġġetti ta' l-ikel oħra

- il-prodotti li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 1 għandhom jinżammu mifrudin mill-prodotti agrikoli u/jew oġġetti ta' l-ikel oħra,

- għandha tittieħed kull miżrua sabiex tiżgura l-identifikazzjoni ta' kunsinni u sabiex tipprevjeni t-taħlit u tpartit ma’ prodotti li ma jinkisbux f'konformità mar-regoli li hemm f'dan ir-Regolament.

5. Żjajjar għall-ispezzjoni

Il-korp jew awtorità ta' l-ispezzjoni għandha tispezzjona r-rekords ta' l-istokk u dawk finanzjarji msemmija fis-Sezzjoni Ċ, punt 2 u ċ-ċertifikati li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 11(1)(b) u l-Artikolu 11(3) u stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1788/2001.

Fejn impurtatur iwettaq ix-xogħolijiet ta' importazzjoni minn unitajiet jew bini differenti, għandu jagħmel disponibbli fuq talba, r-rapporti previsti fil-punti 3 u 4 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan l-Anness għal kull wieħed minn dawn il-faċilitajiet.

6. Riċeviment ta' prodotti minn terz pajjiż.

Prodotti li saret riferenza għalihom fl-Artikolu 1 għandhom jiġu impurtati minn pajjiż terz f'ippakkjar jew reċipjenti xierqa, magħluqa b'mod li jipprevjeni sostituzzjoni tal-kontenut u provduti bl-identifikazzjoni ta' l-esportatur u b'kull marka u numri oħra li jservu sabiex jidentifikaw il-grupp maċ-ċertifikat ta' l-ispezzjoni għall-importazzjoni minn terzi pajjiżi.

Meta jirċievi prodott li saret riferenza għalih fl-Artikolu 1, impurtat minn pajjiż terz, l-ewwel kunsinjatur għandu jiċċekkja l-għeluq tal-pakkett jew reċipjent u l-korrispondenza ta' l-identifikazzjoni tal-kunsinna maċ-ċertifikat li ssir riferenza għalih fir-Regolament (KE) Nru 178/2001. Ir-riżultat ta' din il-verifika għandha tissemma espliċitament fil-kontijiet li ssir riferenza għalihom fis-sezzjoni Ċ, punt 2.

D. Unitajiet involuti fil-produzzjoni, preparament jew importazzjoni ta' prodotti li saret riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1) u li partijiet minnhom jew kollha kemm huma ġew kuntrattati lill-terzi partijiet ix-xogħolijiet attwali konċernati.

Spezzjoni inizjali

B'rigward għax-xogħolijiet, li huma kuntrattati lill-terzi partijiet, id-deskrizzjoni sħiħa li ssir riferenza għaliha fil-punt 3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali għandha tinkludi:

- lista tas-sottokuntratturi b'deskrizzjoni ta' l-attivitajiet tagħhom u l-korpi jew awtoritajiet ta' l-ispezzjoni li huma soġġetti għalihom; dawn is-sottokuntratturi għandhom ikunu qablu li jkollhom l-intrapriża tagħhom suġġetta għar-reġim ta' spezzjoni ta' l-Artikolu 9, f'konformità mas-sezzjonijiet rilevanti ta' l-Anness III,

- il-miżuri prattiċi kollha, li jinkludu inter alia sistema xierqa ta' kontijiet dokumentarji, li għandhom jittieħdu fil-livell tal-unità sabiex jiżguraw li l-prodotti li l-operatur ipoġġi fis-suq jistgħu jiġu traċċjati lill-fornituri tagħhom, u, fejn huma differenti, lill bejjiegħa tagħhom, kif ukoll lill-kunsinjaturi tagħhom u, fejn differenti, lix-xerrejja tagħhom.

"

[1] ĠU L 243, tat-13.9.2001, p. 3.

--------------------------------------------------

Top