EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1965

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1965/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2807/83 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni tal-qbid tal-ħut ta' l-Istati Membri

OJ L 268, 9.10.2001, p. 23–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 04 Volume 005 P. 242 - 242
Special edition in Estonian: Chapter 04 Volume 005 P. 242 - 242
Special edition in Latvian: Chapter 04 Volume 005 P. 242 - 242
Special edition in Lithuanian: Chapter 04 Volume 005 P. 242 - 242
Special edition in Hungarian Chapter 04 Volume 005 P. 242 - 242
Special edition in Maltese: Chapter 04 Volume 005 P. 242 - 242
Special edition in Polish: Chapter 04 Volume 005 P. 242 - 242
Special edition in Slovak: Chapter 04 Volume 005 P. 242 - 242
Special edition in Slovene: Chapter 04 Volume 005 P. 242 - 242
Special edition in Bulgarian: Chapter 04 Volume 006 P. 202 - 202
Special edition in Romanian: Chapter 04 Volume 006 P. 202 - 202

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/05/2011; Imħassar b' 32011R0404

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1965/oj

32001R1965



Official Journal L 268 , 09/10/2001 P. 0023 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1965/2001

tat-8 ta' Ottubru 2001

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2807/83 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni tal-qbid tal-ħut ta' l-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2846/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika tas-sajd komuni [1], kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2846/98 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(8) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 jeħtieġ li kaptani ta' bastimenti tas-sajd li t-tul tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn 10 metri sabiex iżommu reġistru. Il-bastiment tas-sajd li għalih dan il-bżonn japplika għandu għalhekk ikun speċifikat ċar fl-Annessi IV u V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta' Settembru 1983 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-irrekordjar tal-qbid ta' ħut ta' l-Istati Membri [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2737/1999 [4].

(2) L-Anness VIIIa għar-Regolament (KEE) Nru 2807/83 jelenka l-istazzjonijiet tar-radju li bihom bastimenti tas-sajd tal-Komunità jittrasmettu ċerti messaġġi. L-istazzjonijiet Franċiżi u Germaniżi tar-radju elenkati f'dan l-Anness definittivament waqfu joperaw. Ir-referenzi għalihom għandhom għalhekk jiġu mneħħija mill-Anness in-kwistjoni

(3) Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KEE) Nru 2807/83 sabiex jirrifletti dan.

(4) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Gestjoni tas-Sajd u l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2807/83 huwa emendat kif ġej:

1. Punt 2.1.1 ta' l-Annessi IV u V huwa mibdul b'dan li ġej:

"2.1.1. Bastimeti meħtieġa li jżommu reġistru

Kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità li t-tul sħiħ tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn 10 metri għandhom iżommu reġistru.

Kaptani ta' bastimenti tas-sajd li t-tul sħiħ tagħhom huwa anqas minn 10 metri għandhom ukoll iżommu reġistru jekk l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment qed iġorr il-bandiera jew fejn ikun irreġistrat hekk jeħtieġ."

2. Is-segwenti linji għandhom jiġu mneħħija mill-Anness VIIIa:

"Norddeich | DAN |

Boulogne | FFB |

Bordeaux-Arcachom | FFC |

Saint-Nazaire | FFO |

Brest | FFU'" |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara li jiġi pubblikat fil-Gurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Ottubru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1.

[2] ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 5.

[3] ĠU L 276, ta' l-10.10.1983, p. 1.

[4] ĠU L 328, tat-22.12.1999, p. 54.

--------------------------------------------------

Top