This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R1543
Commission Regulation (EC) No 1543/2001 of 27 July 2001 laying down the marketing standard for lettuces and curled-leaved and broad-leaved (Batavian) endives
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2001 tas-27 ta’ Lulju 2001 li jistabilixxi l-istandard għat-tqegħid fis-suq ta’ ħass u indivja b’weraq mibrum u b’weraq wiesa’ (Batavian)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2001 tas-27 ta’ Lulju 2001 li jistabilixxi l-istandard għat-tqegħid fis-suq ta’ ħass u indivja b’weraq mibrum u b’weraq wiesa’ (Batavian)
ĠU L 203, 28.7.2001, p. 9–12
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1221
Official Journal L 203 , 28/07/2001 P. 0009 - 0012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2001 tas-27 ta’ Lulju 2001 li jistabilixxi l-istandard għat-tqegħid fis-suq ta’ ħass u indivja b’weraq mibrum u b’weraq wiesa’ (Batavian) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat il-Ftehim li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2001 [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 2(2) ta’ dan, Billi: (1) Il-ħass, l-indivja mibruma u ċ-ċikwejra huma fost il-prodotti elenkati f’L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għalihom għandhom ikunu adottati standards. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 79/88 tat-13 ta’ Jannar 1988 li jistipula l-istandards ta’ kwalità għall-ħass, indivja b’weraq mibrum u indivja b’weraq wiesa’ (Batavian) [3] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1455/1999 [4], ġie emendat ta’ spiss u ma jistax aktar jiżgura ċarezza legali. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 79/88 għandu jitħassar u r-regoli li fih jinkitbu mill-ġdid. Għal dak il-għan u fl-interess li tkun preservata t-trasparenza fis-suq dinji, għandhom ikunu kunsidrati l-istandards għall-ħass u l-indivja b’weraq mibrum u wiesa’ (Batavian) rakkomandati mill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istandardizzazzjoni ta’ Prodotti tal-Biedja li jitħassru malajr u l-Iżvilupp ta’ Kwalità tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE). (3) L-applikazzjoni ta’ dan l-istandard għandha tneħħi mis-suq prodotti ta’ kwalità mhux sodisfaċenti, iġġib il-produzzjoni taqbel mal-ħtigijiet tal-konsumatur u tħaffef il-kummerċ bażat fuq kompetizzjoni ġusta, biex b’hekk tgħin jitjieb il-qligħ. (4) L-istandard japplika għall-istadji kollha tat-tqegħid fis-suq. Trasport fuq distanza twila, ħażna għal aktar minn ċertu perjodu u d-diversi proċessi li l-prodotti jgħaddu minnhom jistgħu jġibu taħsir minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti u li fin-natura tagħhom jitħassru ftit jew wisq malajr. Għalhekk jeħtieg li tingħata konsiderazzjoni lil dan it-taħsir meta jkun applikat l-istandard fl-istadji tat- tqegħid fis-suq wara li jkunu ntbagħtu. (5) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-istandard għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti li ġejjin għandu jkun kif jidher fl-Anness: - ħass, klassifikat taħt Kodiċijiet NM 0705 11 u 0705 19, - indivja b’weraq mibrum u b’weraq wiesa’(Batavian), klassifikata taħt Kodiċi NM 0705 29. L-istandard għandu japplika għall-istadji kollha tat-tqegħid fis-suq taħt il-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2200/96, Iżda, fl-istadji ta’ wara li jkunu ntbagħtu, il-prodotti jistgħu b’relazzjoni għall-kondizzjonijiet ta’ l-istandard juru nuqqas żgħir ta’ freskezza u ta’ nefħa, kif ukoll taħsir żgħir minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza tagħhom li jitħassru. Artikolu 2 Ir-Regolament (KEE) Nru 79/88 huwa mħassar. Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2002. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. [2] ĠU L 129, tal-11.5.2001, p. 3. [3] ĠU L 10, ta’ l-14.1.1988, p. 8. [4] ĠU L 167, tat-2.7.1999, p. 22. -------------------------------------------------- L-ANNESS STANDARD GĦALL- ĦASS, INDIVJA B’WERAQ MIBRUM U INDIVJA B’WERAQ WIESA’(BATAVIAN) I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT Dan l-istandard japplika għal: - ħass ta’ varjetajiet (cultivar) mkabbra minn: - Lactuca sativa L. var. capitata L. (ħass (kaboċċjat) inkluż ħass tat-tip "Iceberg"). - Lactuca sativa L. var. longifolia Lam. (ħass Cos jew Romaine), - Lactuca sativa L. var. crispa L. (ħass għat-tqattigħ) u - inkro’ji ta’ dawn il-varjetajiet, - indivja b’weraq mibrum tal-varjetajiet (cultivar) imkabbra mi[rsquo]-Cichorium endivia L. var. crispum Lam., - indivja b’weraq wiesa’ (Batavian) (escaroles) tal-varjetajiet (cultivar) imkabbra miċ-Cichorium endivia L. var. latifolium Lam., maħsuba biex ikunu forniti friski lill-konsumatur. Dan l-istandard ma japplikax għall-podotti maħsuba għall-ipproċessar industrijali, prodotti ppreżentati werqa werqa jew ħass fil-qsari. II. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITA[rsquo] L-għan ta’ l-istandard huwa li jiddefinixxi l-kondizzjonijiet dwar kwalità għall-prodotti wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar. A. Kondizzjonijiet minimi Fil-kategoriji kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull kategorija u t-tolleranza permessa, il-prodott irid ikun: - sħiħ, - mhux imħassar; huma esklużi prodotti milquta minn taħsir jew deterjorament li jirrendihom mhux tajbin biex jittieklu, - imnaddaf, jiġifieri tista’ tgħid ħieles mill-ħamrija jew kull mezz ieħor ta’ tkabbir u ħieles minn kull materja barranija oħra li tidher, - ta’ dehra friska - minfuħ, - tista’ tgħid ħieles minn insetti ta’ ħsara, - tista’ tgħid ħieles minn ħsara kaġunata minn insetti ta’ ħsara, - ma rabbiex iż-żerriegħa, - ħieles minn umdità mhux normali minn barra, - ħieles minn kull riħa u/jew togħma barranija. Fil-każ tal-ħass, jitħalla telf ta’ kulur fl-aħmar, kaġunat minn temperatura baxxa matul it-tkabbir, sakemm ma jolqotx b’mod serju d-dehra tal-prodott. L-għeruq iridu jinqatgħu qrib il-bażi tal-weraq ta’ barra u l-qatgħa għandha tkun pulita. Il-prodott irid ikun ta’ żvilupp normali. L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-prodotti għandhom ikunu hekk li jippermettu: - li jkunu jifilħu għat-trasport u t-trattament konness miegħu, u - li jasal f’kondizzjoni sodisfaċenti fil-post ta’ destinazzjoni. B. Klassifika Il-prodotti huma kklassifikati fiż-żewġ kategoriji definiti hawn taħt: (i) Kategorija I Il-prodotti f’din il-kategorija jridu jkunu ta’ kwalità tajba. Huma għandhom ikollhom il-karatteristika tal-varjetà jew tat-tip kummerċjali, speċjalment il-kulur. Il-prodotti jridu jkunu wkoll: - iffurmati sew, - sodi, waqt li jkunu kkunsidrati l-metodi ta’ tkabbir u t-tip ta’ prodott, - ħielsa minn ħsara jew deterjorazzjoni li ma jħalluhomx tajbin biex jittieklu, - ħielsa minn ħsara mill-ġlata. Il-ħass kaboċċjat irid ikollu qalba wahda ffurmata sewwa. Iżda, fil-każ ta’ ħass kaboċjat li jitkabbar taħt protezzjoni, il-qalba tista’ tkun żgħira. Il-ħass Cos irid ikollu qalba, li tista’ tkun żgħira. Il-qalba ta’ l-indivja b’weraq mibrum u ta’ l-indivja b’weraq wiesa’ (Batavian) għandha tkun ta’ kulur isfar. (ii) Kategorija II Din il-kategorija tinkludi prodotti li ma jikkwalifikax għad-dħul f’Kategorija I, iżda jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi speċifikati hawn fuq. Il-prodotti jridu: - jkunu raġonevolment iffurmati sew, - ħielsa minn ħsara u deterjorazzjoni li b’mod serju ma jħalluhomx ikunu tajbin biex jittieklu. Id-difetti li ġejjin jistgħu jitħallew sakemm il-prodotti jżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fejn jidħlu l-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni: - difetti żgħar ħafna fil-kulur, - ħsara żgħira ħafna kkaġunata mill-insetti ta’ ħsara. Il-ħass ikkaboċċjat irid ikollu qalba, li tista’ tkun żgħira. Iżda, fil-każ ta’ ħass kaboċċjat li jitkabbar taħt protezzjoni, in-nuqqas ta’ qalba jista’ jkun permess. Il-ħass Cos jista’ ma jippreżentax qalba. III. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-GĦAŻLA SKOND ID-DAQS Id-daqs ikun determinat mill-piż ta’ unità waħda. A. Piż minimu Il-piż minimu għall-Klassijiet I u II huwa: | Imkabbra fil-beraħ | Imkabbra taħt protezzjoni | Ħass ikkaboċċjat (mbarra ħass tat- tip "Iceberg") u ħass Cos jew Romaine (mbarra ħass b'weraq oħxon) | 150 g | 100 g | Ħass tat-tip "Iceberg" | 300 g | 200 g | Ħass għat-tqattigħ u ħass b'weraq oħxon | 100 g | 100 g | Indivja b'weraq mibrum u indivja b'weraq wiesa' (Batavian) | 200 g | 150 g | B. Uniformità (a) Ħass Fil-kategoriji kollha, id-differenza bejn l-eħfef u l-itqal unità f’ kull pakkett ma tridx taqbeż: - 40 g meta l-eħfef unità tiżen anqas minn 150 g kull unità, - 100 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 150 g u 300 g kull unità, - 150 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 300 g u 450 g kull unità, - 300 g meta l-eħfef unità tiżen aktar minn 450 g kull unità, (b) Indivja b’weraq mibrum u b’weraq wiesa’(Batavian) Fil-kategoriji kollha, id-differenza bejn l-eħfef u l-itqal unità f’ kull pakkett ma tridx taqbeż it-300 g. IV. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI Tolleranzi dwar kwalità u daqs għandhom ikunu mħollija f’kull pakkett għall-prodotti li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tal-kategorija indikata. A. Tolleranzi ta’ kwalità (i) Kategorija I 10 % fin-numru ta’ unitajiet li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tal-kategorija iżda li jilħqu dawk tal- Kategorija II jew, eċċezjonalment, li jidħlu fit-tolleranzi ta’ dik il-kategorija. (ii) Kategorija II 10 % fin-numru ta’ unitajiet li ma jissodisfawx la l-kondizzjonijiet tal-kategorija u lanqas il-kondizzjonijiet minimi, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti mimsusa minn taħsir jew deterjorazzjoni oħra li ma jħalluhomx ikunu tajbin biex jittieklu. B. Tolleranzi ta’daqs Fil-kategoriji kollha, 10 % fin-numru ta’ unitajiet li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet dwar id-daqs, iżda li ma jkunux jiżnu aktar jew anqas minn 10 % tal-piż ikkonċernat. V. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI A. Unformità Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss prodotti ta’ l-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs. Iżda, tista’ tkun ippakkjata flimkien taħlita tat-tipi differenti deskritti f’dan l-istandard, sakemm dawn il-prodotti jkunu uniformi fil-kwalità u, għal kull tip konċernat, fid-daqs. Barra minn hekk, it-tipi għandhom ikunu jintgħarfu wieħed mill-ieħor b’mod ċar u l-proporzjon ta’ kull tip fil-pakkett għandu jkun jidher mingħajr ma ssir ħsara lill-pakkett. Il-parti li tidher tal-kontenut tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu. B. Ippakkjar Il-prodotti jridu jkunu ppakkjati b’mod li jkunu mħarsa kif inhu xieraq. Il-materjal użat ġewwa l-pakkett irid ikun ġdid, nadif u ta’ kwalità li ma jħallix li ssir ebda ħsara minn barra jew minn ġewwa lill-prodotti. L-użu ta’ materjal, partikularment ta’ karta jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess sakemm l-istampar jew l-ittikettjar ikun sar b’linka jew kolla mhux tossiċi. Il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kull materja barranija. Ċ. Preżentazzjoni Il-prodotti ppreżentati f’aktar minn saff wieħed jistgħu jkunu ppakkjati bil-qiegħ ta’ wieħed fuq il-qalba ta’ l-ieħor sakemm is-saffi jew l-irjus ikunu protetti jew separati kif ikun xieraq. VI. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin f’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jistgħu jinqraw, li ma jitħassrux u li jidhru minn barra. A. Identifikazzjoni Min ippakkja u/jew bagħat: isem u indirizz jew marka ta’ kodiċi maħruġa w aċċettata uffiċjalment. Iżda, meta tintuża marka ta’ kodiċi, il-kliem ta’ referenza ‘Min ippakkja u/jew bagħat ’ (jew taqsiriet ekwivalenti) għandhom ikunu indikati qrib il-marka ta’ kodiċi. B. Natura tal- Prodotti - "Ħass b’weraq oħxon", Ħass "Butterhead", "Batavia", "Ħass Iceberg", "Ħass Cos", "Ħass għat-tqattigħ" (jew, per eżempju u jekk xieraq, "Werqa tal-ballut", "Lollo bionda", "Lollo rossa", "Indivja b’weraq mibrum" jew "indivja b’ weraq wiesa’ (Batavian)" jew kliem ieħor li jfisser l-istess jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra - "Ħass b’weraq oħxon" meta jkun xieraq jew kliem ieħor li jfisser l-istess - L-indikazzjoni "imkabbra taħt protezzjoni", jew xi indikazzjoni oħra xierqa, meta jkun il-każ - L-isem tal-varjetà (mhux tabilfors) - Meta tipi differenti ta’prodotti jkunu mħallta flimkien: - l-indikazzjoni "insalata mħallta", jew, - l-indikazzjoni ta’ kull tip ta’ prodott, u, meta l-kontenut ma jkunx jidher minn barra, l-indikazzjoni tan-numru ta’ biċċiet minn kull tip. Ċ. Oriġini tal-prodotti - Il-pajjiż ta’ l-oriġini u, mhux tabilfors, id-distrett fejn ikunu tkabbru, jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew lokali. D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali - Il-kategorija - Id-daqs, espress mill-piż minimu għal kull unità jew in-numru ta’ unitajiet - Piż nett (mhux tabilfors), E. Marka ta’ kontroll uffiċjali (mhux ta’ bilfors) --------------------------------------------------