Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1343

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1343/2001 tat-3 ta’ Lulju ta’ l-2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 449/2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskemi ta’ l-għajnuna għal prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex

OJ L 181, 4.7.2001, p. 16–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 033 P. 96 - 96
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 033 P. 96 - 96
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 033 P. 96 - 96
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 033 P. 96 - 96
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 033 P. 96 - 96
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 033 P. 96 - 96
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 033 P. 96 - 96
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 033 P. 96 - 96
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 033 P. 96 - 96

No longer in force, Date of end of validity: 02/09/2003; Impliċitament imħassar minn 32001R0449

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1343/oj

32001R1343



Official Journal L 181 , 04/07/2001 P. 0016 - 0016


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1343/2001

tat-3 ta’ Lulju ta’ l-2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 449/2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskemi ta’ l-għajnuna għal prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru ta’ l-1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti pproċessati ta’ frott u ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2699/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 3(4)(e) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 449/2001 [3] jipprovdi li t-termini li jirregolaw il-pagament ta’ materja prima mill-proċessur lill-organizzazzjoni produttura huma stabbiliti fil-kuntratti u jistipulaw b’mod partikolari li d-data ta’ għeluq għal pagament ma tistax tkun aktar minn 60 ġurnata mid-data ta’ distribuzzjoni ta’ kull kunsinna.

(2) Sabiex issir dispożizzjoni għall-flessibilità meħtieġa u sabiex l-iskema tkun magħmula iktar faċli sabiex tiġi amministrata, dik id-data ta’ għeluq għandha tiġi estiża sa l-aħħar tat-tieni xahar mix-xahar ta’ distribuzzjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tkun disponnibbli biss għal kuntratti konklużi wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(3) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u Ħxejjex Ipproċessati,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-Artikolu 3(4)(e) huwa b’dan il-mezz sostitwit permezz tas-segwenti:

"(e) il-prezz li għandu jitħallas għall-materja prima jista’ jvarja skond il-varjetà u/jew il-kwalità u/jew il-perjodu ta’ distribuzzjoni.

Fil-każ ta’ tadam, ħawħ u lanġas, il-kuntratt għandu jindika wkoll il-fażi tad-distribuzzjoni li fiha japplika dak il-prezz u t-termini ta’ ħlas. Kull data ta’ għeluq ta’ pagament ma għandhiex tkun aktar minn xaharejn mill-aħħar tax-xahar ta’ distribuzzjoni ta’ kull kunsinna."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament għall-Istati Membri.

Magħmul Brussel, fit-3 ta’ Lulju 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29.

[2] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 9.

[3] ĠU L 64, tas-6.3.2001, p. 16.

--------------------------------------------------

Top