EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1339

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 tat-28 ta' Ġunju tas-sena 2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni ta' l-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala l-munita unika tagħhom

OJ L 181, 4.7.2001, p. 11–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 004 P. 157 - 157
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 004 P. 157 - 157
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 004 P. 157 - 157
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 004 P. 157 - 157
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 004 P. 157 - 157
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 004 P. 157 - 157
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 004 P. 157 - 157
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 004 P. 157 - 157
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 004 P. 157 - 157
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 003 P. 174 - 174
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 003 P. 174 - 174
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 003 P. 57 - 57

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/02/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1339/oj

32001R1339



Official Journal L 181 , 04/07/2001 P. 0011 - 0011


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001

tat-28 ta' Ġunju tas-sena 2001

li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni ta' l-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala l-munita unika tagħhom

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 miġjub fih,

Wara li kkunsidra il-proposti mressqa mill-Kummissjoni [1], u

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi:

(1) Fil-proċess ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 [3], il-Kunsill iddeċieda li l-Artikoli 1 sa 11 tiegħu għandhom jkollhom effett f'dawk l-Istati Membri li adottaw il-euro bħala l-munita unika tagħhom.

(2) Iżda, huwa importanti li l-euro għandu jkollu l-istess livell ta' protezzjoni f'dawk l-Istati Membri li m'adottawx, u li l-prekawzjonijiet neċessarji għandhom jittieħdu għal dak l-għan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjoni ta' l-Artikoli 1 sa 11 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 għandha tiġi estiża għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala l-munita unika tagħhom.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2002. Iżda, għandu jidħol fis-seħħ mid-data tal-publikazzjoni tiegħu, għal karti tal-flus u muniti li għadhom ma nħarġux iżda li hemm il-ħsieb li jinħarġu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta' 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Rosengren

[1] ĠU C 337 E, tat-28.11.2000, p. 264.

[2] Opinjoni mogħtija fit-3 ta' Mejju tas-sena 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Ara paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Top