EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1037

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1037/2001 ta’ t-22 ta’ Mejju 2001 li jawtorizza l-offerta u l-fornitura għall-konsum uman dirett ta’ ċerti nbejjed importati li jistgħu jkunu għaddew minn proċessi enoloġiċi mhux provduti fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999

OJ L 145, 31.5.2001, p. 12–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 032 P. 284 - 287
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 032 P. 284 - 287
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 032 P. 284 - 287
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 032 P. 284 - 287
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 032 P. 284 - 287
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 032 P. 284 - 287
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 032 P. 284 - 287
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 032 P. 284 - 287
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 032 P. 284 - 287
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 037 P. 209 - 212
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 037 P. 209 - 212
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 021 P. 31 - 34

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1308

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1037/oj

32001R1037



Official Journal L 145 , 31/05/2001 P. 0012 - 0015


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1037/2001

ta’ t-22 ta’ Mejju 2001

li jawtorizza l-offerta u l-fornitura għall-konsum uman dirett ta’ ċerti nbejjed importati li jistgħu jkunu għaddew minn proċessi enoloġiċi mhux provduti fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 45 [2] tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) L-Artikolu 45(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, li sostitwixxa r-Regolament (KEE) Nru 822/87(2), b’effett mill-1 ta’ Awissu 2000, jistabbilixxi li derogi msemmija fil-paragrafu 1 għall-prodotti mportati għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 133 tat-Trattat.

(2) L-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jistabbilixxi li l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jiġu mportati biss jekk ikunu akkumpanjati b’ċertifikat bil-għan li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-produzzjoni, marketing u, fejn xieraq, fornitura għal konsum uman dirett f’pajjiżi terzi minn fejn joriġinaw.

(3) Ir-Regolament (KEE) Nru 1873/84 [3] jiprovdi għal deroga li tawtorizza l-importazzjoni fil-Komunità ta’ nbejjed mill-Istati Uniti li għaddew minn ċertu proċessi enoloġiċi mhux provduti mir-regoli tal-Komunità. Għal ċerti proċessi enoloġiċi, din l-awtorizzazzjoni hija valida biss sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2003.

(4) L-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 ħassar, b’effett mill-1 ta’ Awissu 2000, numru ta’ Regolamenti tal-Kunsill inkluż Regolament (KEE) Nru 1873/84. Madankollu, Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1608/2000 ta’ l-24 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi miżuri transitorji kemm-il darba il-miżuri definittivi li jimplimentaw Regolament (KE) Nru 1493/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [4] jipprovdi li ċertu dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1873/84 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġi addottat dan ir-Regolament mill-Kunsill, imma mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2003.

(5) Negozjati jinsabu bħalissa għaddejjin bejn il-Komunità, rappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bil-għan li jiġi konkluż ftehim dwar in-negozju ta’ l-inbid. Dawn jinvolvu partikolarment il-proċessi enoloġiċi rispettivi taż-żewġ partijiet, kif ukoll il-ħarsien ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi. Fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2000, il-Kunsill ta’ l-Agrikoltura ħa nota tar-rapport tal-Kummissjoni fuq in-negozjati li hemm provdut għalihom fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1873/84 u kkonferma x-xewqa tiegħu sabiex ikompli għaddej bin-negozjati u li jfassal il-mod li għandu jiġi segwit minnhom.

(6) Bil-għan li jiġi żgurat il-progress bla xkiel ta’ dawn in-negozjati, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1873/84 għandhom jiġu estiżi u l-proċessi enoloġiċi msemmija f’1(b) ta’ l-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 1873/84 għandhom ikomplu jiġu awtoriżati fuq bażi transitorja sad-dħul fis-seħħ tal-ftehim li jirriżulta min-negozjati, imma mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2003, kif miftiehem mill-Kunsill fir-Regolament (KE) Nru 2839/98, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1873/84.

(7) Fid-dawl ta’ żvillupi fil-qafas regolatorju u fil-proċessi enoloġiċi, aspetti tekniċi ta’ l-Anness għandhom jiġu aġġornati sabiex isir konsistenti mar-regoli preżenti fis-seħħ f’dan is-settur,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Minkejja l-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1493/1999, għandu jkun permess li jiġu offruti jew fornuti għall-konsum uman dirett fil-Komunità prodotti li jaqgħu fil-Kodiċi NM 220410, 220421, 220429 u 22043010 u miksub mill-għeneb maħsud u magħmul f’inbid fit-territorju ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li għalih, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Uniti, wieħed jew aktar tal-proċessi enoloġiċi elenkati f’1(a) u (b) ta’ l-Anness għal dan ir-Regolament setgħu ġew użati matul il-ħidma ta’ manifattura jew ħażna.

Madankollu, din l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida, fir-rigward tal-proċessi enoloġiċi elenkati f’1(b) ta’ l-Anness, biss sad-dħul fis-seħħ tal-ftehim li jirriżulta min-negozjati ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bil-għan li jiġu konkluż ftehim fin-negozju ta’ l-inbid li jikkonċerna, b’mod partikolari, proċessi enoloġiċi u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, imma mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2003.

2. Stati Membri ma’ jistgħux jipprojbixxu l-offerta jew il-forniment għal konsum uman dirett ta’ l-inbid miksub mill-għeneb maħsud u magħmul inbid fit-territorju ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ f’dak il-pajjiz fuq il-bażi li wieħed jew aktar tal-proċessi enoloġiċi elenkati fi 2(a) u (b) ta’ l-Anness setgħu ġew użati.

3. Inbejjed miksuba mill-għeneb maħsud u magħmul inbid fit-territorju ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li setgħu ġew suġġetti għaż-żieda taz-zokkor f’soluzzjoni akweja ma jistgħux jiġu offruti jew fornuti għall-konsum uman dirett fil-Komunità.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Mejju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Winberg

[1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2).

[2] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1.

[3] ĠU L 176, tat-3.7.1984, p. 6. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2839/1998 (ĠU L 354, tat-30.12.1998, p. 12).

[4] ĠU L 185, tal-25.7.2000, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 491/2001 (ĠU L 71, tat-13.3.2001, p. 3).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. Proċessi Enoloġiċi permessi

(a) mingħajr ebda limitu ta’ ħin:

- katalase miksub minn Aspergillus niger,

- glucose oxydase miksub minn Aspergillus niger,

- ferrous sulphate,

- dqiq tas-soya;

(b) sa’ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2003:

- dimethylpolysiloxane,

- polyoxyethylene-40-monostearate,

- sorbitan monostearate,

- fumaric acid,

- resini ta’ l-ion-exchange,

- aċidu laktiku,

- malic acid.

2. Proċessi oenoloġiċi li huma identiċi għal, jew komparabbli għal, dawk permessi fil-Komunità

(a) proċessi oenoloġiċi li huma identiċi:

- akaċja (gum arabic),

- karbonju attivat,

- albumina tal-annimali (inklużi terra ovalbumina u soluzzjoni ovalbumina),

- ammonja fosfata (dibasic),

- ascorbic acid,

- bentonite (Wyoming clay),

- bentonite slurry,

- dijossidu karboniku,

- kasejn,

- aċidu ċitriku,

- arja kompressata (aerajazzjoni),

- sulfat tar-ram,

- terra diatomixxa,

- enżimi: pektolitiku, li jiġi minn Aspergillus niger,

- ġelatina li tittiekel,

- ġelatina slurry,

- isinglass,

- nitroġenu,

- potassa bitartrate,

- potassa caseinate,

- potassa disulphite,

- potassa sorbate,

- silika ġel (colloidal silicon dioxide -30 %),

- sorbic acid,

- tannin,

- tartaric acid,

- karbonat tal-kalċju, li possibilment ikun fih kwantitajiet żgħar ta’ melħ tal-kalċju tartariku L (+) u aċidu maliku L (-),

- sulfat tal-kalċju, għal manifattura ta’ l-imbejjed likuri,

- polyvinylpolypyrrolidone (PVPP),

- ossiġinu;

(b) proċessi oenoloġiċi li huma komparabbli:

- agar agar,

- ammonium carbonate,

- ammonium phosphate (monobasic),

- sufra granulari,

- trab tal-ħalib,

- biċċiet tal-oak u ċana, mhux maħruq u mhux trattat,

- karbonat tal-potassa,

- carageenan,

- ċellulasi miksub minn Aspergillus niger,

- ċellulosi,

- ħmira autolyzer,

- sustanzi magħmula minn potassa ferrocyanide u sulfat aqueous ferrous, possibilment kombinati ma’ sulfat tar-ram u karbonju attivat.

--------------------------------------------------

Top