EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0790

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 790/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' l-implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jitwettqu l-kontrolli u s-sorveljanza fuq il-fruntieri

OJ L 116, 26.4.2001, p. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 004 P. 102 - 103
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 004 P. 102 - 103
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 004 P. 102 - 103
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 004 P. 102 - 103
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 004 P. 102 - 103
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 004 P. 102 - 103
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 004 P. 102 - 103
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 004 P. 102 - 103
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 004 P. 102 - 103

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/10/2006; Imħassar b' 32006R0562

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/790/oj

32001R0790



Official Journal L 116 , 26/04/2001 P. 0005 - 0006


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 790/2001

ta' l-24 ta' April 2001

li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' l-implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jitwettqu l-kontrolli u s-sorveljanza fuq il-fruntieri

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(2)(a) u (b) u l-Artikolu 67(1) tiegħu;

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Portugiża [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Il-Manwal Komuni [3] ġie stabbilit bil-ħsieb li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta Lulju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni, minn issa "l quddiem imsejjaħ" il-Konvenzjoni.

(2) Ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jitwettqu l-kontrolli u s-sorveljanza fuq il-frutieri fuq il-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-koperazzjoni iktar mill-qrib riferita fl-Artikolu 1 tal-Protokoll tax-Schengen, ikkontenuti fil-Manwal Komuni u fl-Annessi ta' miegħu, iridu jiġu adottati u emendati u aġġornati regolarment sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet operattivi ta' l-awtoritajiet rilevanti fuq il-fruntieri.

(3) Dispożizzjonijiet varji tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Konvenzjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha u tas-CCI, jipprovdu sabiex jiġu implimentati d-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-Kumitat Eżekuttiv, stabbilit bil-ftehimijiet ta' Schengen adottati qabel l-1 ta' Mejju 1999, li għalihom il-Kunsill issa ġie ssostitwit, skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll tax-Schengen. Skond l-Artikolu 1 tal-Protokoll, il-koperazzjoni fil-kuntest ta' l-acquis tax-Schengen irid jiġi kondott ġewwa l-qafas istituzzjonali u legali ta' l-Unjoni Ewropea u rigward id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

(4) Huwa għalhekk approprjat li tiġi ddikjarata f'att Komunitarju l-proċedura li biha jridu jittieħdu d-deċiżjonijiet ta' l-implimentazzjoni.

(5) Ġaladarba l-Istati Membri għandhom rwol imtejjeb rigward l-iżvilupp tal-politika ta' fuq il-fruntieri, li tirrifleti s-sensittività f'din iż-żona, b'mod partikolari li tinvolvi r-relazzjonijiet politiċi mal-pajjiżi terzi, il-Kunsill jirriserva d-dritt, matul il-perjodu transitorju taż-żmien ta' ħames snin riferit fl-Artikolu 67(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jadotta, jemenda u jaġġorna d-dispożizzjonijiet dettaljati u l-proċeduri prattiċi riferiti hawn fuq bl-unanimità, sakemm issir rivista mill-Kunsill tal-kondizzjonijiet li bihom jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni dawn il-poteri ta' implimentazzjoni wara t-tmiem ta' dan il-perjodu transitorju taż-żmien.

(6) Uħud minn dawn id-dispożizzjonijiet u proċeduri jeħtieġu trattament kunfidenzali sabiex jiġi pprevenut ir-riskju ta' abbuż.

(7) Huwa meħtieġ ukoll li tiġi pprovvduta proċedura li biha l-membri tal-Kunsill jiġu mgħarrfa mingħajr dewmien bl-emendi kollha għal dawn l-Annessi mal-Manwal Komuni li jikkonsisti, fl-intier tiegħu jew f'parti minnu, f'listi ta' tagħrif fattwali li jrid jiġi pprovvdut minn kull wieħed mill-Istati Membri skond ir-regoli li huwa japplika korrentement, u li għalhekk ma jidħlux sabiex jiġu jiġi adottati, emendati jew aġġornati bħala att tal-Kunsill.

(8) Dawk l-elementi tal-Manwal Komuni u ta' l-Annessi ta' miegħu li ma jkunux bla ħsara għal emenda minn waħda miż-żewġ proċeduri pprovvduti f'dan ir-Regolamenr u li ma jikkorrespondu ma' l-ebda element ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-Viżi għall-Missjonijiet Diplomatiċi u l-Postijiet Konsulari (minn issa ‘l quddiem imsejħa "l-Istruzzjonijiet Konsulai Komuni") [4] li jistgħu jiġu emendati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nu 789/2001 [5] li ser jiġi emendat skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(2)(a) u l-Artikolu 67 tiegħu.

(9) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan l-istrument u għalhekk mhix marbuta bih jew bla ħsara għall-applikazzjoni tiegħu. Mogħti l-fatt illi dan l-istrument huwa att li jimmira li jibni fuq l-acquis tax-Schengen skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeà, japplika l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi hwn fuq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-Kunsill, huwa u jaġixxi bl-unanimità, fuq l-inzjattiva ta' wieħed mill-membri tiegħu jew fuq proposta mill-Kummisjoni, għandu jemenda, kif meħtieġ, il-punti 1.2, 1.3, 1.3.1, 1.3.3, 2.1, 3.1.2, 3.1.3, 3.1.4, 3.2.4, 4.1, 4.1.1, 4.1.2, and Part II points 1.1, 1.3, 1.4.1, 1.4.1a, 1.4.4, 1.4.5, 1.4.6, 1.4.7, 1.4.8, 2.1, 2.2.2, 2.2.3, 2.2.4, 2.3, 3.1, 3.2, 3.3.1, 3.3.2, 3.3.3, 3.3.4, 3.3.5, 3.3.6, 3.3.7, 3.3.8, 3.4, 3.5, 4.1, 4.2, 5.2, 5.3, 5.4, 5.5, 5.6, 6.4, 6.5, 6.6, 6.7, 6.8, 6.9, 6.10 u 6.11 tal-Parti I tal-Manwal Komuni kif ukoll l-Anness 9 ta' miegħu.

2. Safejn u sakemm dawn l-emendi jirrigwardaw dispożizzjonijiet u preċeduri kunfidenzali, it-tagħrif li jinsab fihom għandu jintgħamel disponibbli biss lill-awtoritajiet innominati mill-Istati Membri u lill-persuni awtorizzati kif mistħoqq minn kull wieħed mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej, jew intitolati xorta oħra li jiksbu aċċess għal dan it-tagħrif.

Artikolu 2

1. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jikkomunika mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill dawk l-emendi li jixtieq jagħmel lill-punt 1.3.2 tal-Parti i u lill-Annessi, 1, 2, 3, 7, 12 u 13 tal-Manwal Komuni.

2. L-emendi magħmula skond il-paragrafu1 għandhom jitqiesu li jidħlu fl-effett mid-data li fiha s-Segretarju Ġenerali jikkomunika dawn l-emendi lill-membri tal-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jkun responsabbli mill-verżjonijiet irriveduti tal-Manwal Komuni u ta' l-Annessi ta' miegħu, sabiex jinkorpora l-emendi magħmula skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 1 u 2 ta' dan ir-Regolament u skond ir-Regolament (KE) Nru 789/2001, rigward dawk l-elementi ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni li jikkorrispondu ma' ċerti l-Annessi tal-Manwal Komuni. Għandu jittrasmetti dawn il-verżjonijiet lill-Istati Membri kif meħtieġ.

Artikolu 4

L-emendi għall-Annessi 4, 5, 5a, 6, 6a, 6b, 6c, 8, 8a, 10, 11, 14a u 14b tal-Manwal Komuni għandhom isiru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 789/2001.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-24 ta' April 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Winberg

[1] ĠU C 73, tas-6.3.2001, p. 8.

[2] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Marzu 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Elenkat taħt ir-referenza SCH/Kumm-ex (99) 13 fl-Anness A mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/435/KE (ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 1).

[4] Elenkat taħt ir-referenza SCH/Kumm-ex (99) 13 fl-Anness A mad-Deċiżjoni 1999/435/KE.

[5] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriseva lill-Kunsill il-poteri ta' l-implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet iddettaljati u proċeduri prattiċi fl-eżaminazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal viża (ara l-p. 2 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

--------------------------------------------------

Top