EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0044

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

OJ L 12, 16.1.2001, p. 1–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 004 P. 42 - 64
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 004 P. 42 - 64
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 004 P. 42 - 64
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 004 P. 42 - 64
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 004 P. 42 - 64
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 004 P. 42 - 64
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 004 P. 42 - 64
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 004 P. 42 - 64
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 004 P. 42 - 64
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 003 P. 74 - 96
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 003 P. 74 - 96
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 003 P. 30 - 52

No longer in force, Date of end of validity: 09/01/2015; Imħassar b' 32012R1215 . Latest consolidated version: 09/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/44/oj

32001R0044



Official Journal L 012 , 16/01/2001 P. 0001 - 0023


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001

tat-22 ta' Diċembru 2000

dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 61(c) u l-Artikolu 67(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku w Soċjali [3],

Billi:

(1) Il-Komunità poġġiet quddiemha l-għan li tmantni u tiżviluppa żona ta' ħelsien, sigurtà u ġustizzja, li fiha jiġi żgurat il-moviment ħieles ta' persuni. Sabiex tiġi stabbilita ftit ftit din iż-żona, il-Komunità trid tadotta, fost affarijiet oħra, il-miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili meħtieġa għall-operat tajjeb tas-suq intern.

(2) Ċerti differenzi bejn regoli nazzjonali li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent ta' sentenzi jfixklu l-operat tajjeb tas-suq intern. Disposizzjonijiet biex jiġu unifikati r-regoli ta' kunflitt ta' ġurisdizzjoni f'materji ċivili u kummerċjali u sabiex jħaffu l-formalitajiet bl-iskop ta' għarfien malajr u sempliċi u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi minn Stati Membri marbuta b'dan ir-Regolament huma essenzali.

(3) Din iż-żona tinsab fil-qasam ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 65 tat-Trattat.

(4) Skond il-prinċipji ta' sussisdjarjetà u proporzjonalità kif mitluba fl-Artikolu 5 tat-Trattat, l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jilħqu b'mod sodisfaċenti l-obbjettivi ta' dan ir-Regolament u għalhekk ikunu jistgħu jintlaħqu aħjar mill-Komunità. Dan ir-Regolament jillimita lilu nnifsu għal minimu meħtieġ sabiex jilħaq dawk l-obbjettivi u ma jmurx aktar ‘l hinn milli jkun meħtieġ għal dak l-iskop.

(5) Fis-27 ta' Settembru 1968 l-Istati Membri, permezz ta' l-Artikolu 293, ir-raba' indent, tat-Trattat, ikkonkludew il-Konvenzjoni ta' Brussel dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, kif emendata bil-Konvenzjonijiet dwar l-Għaqda ta' Stati Membri Ġodda għal dik il-Konvenzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsemmija bħala l-"Konvenzjoni ta' Brussel") [4]. Fis-16 ta' Settembru 1988 Stati Membri u Stati EFTA kkonkludew il-Konvenzjoni ta' Lugano dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, li hija Konvenzjoni parallella għal Konvenzjoni ta' Brussel 1968. Inbdiet ħidma għar-reviżjoni ta' dawk il-Konvenzjonijiet, u l-Kunsill kien approva l-kontenut tat-testi reveduti. Għandha tiġi assigurata l-kontinwità fir-riżultati milħuqa f'dik ir-revizjoni.

(6) Sabiex jintlaħaq l-obbjettiv ta' moviment liberu ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, huwa meħtieġ u xieraq li r-regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u r-Rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi jkun regolat minn strument legali tal-Komunità li jkun jorbot u direttament applikabbli.

(7) L-iskop ta' dan ir-Regolament għandu jkopri il-materji prinċipali ċivili u kummerċjali apparti minn ċerti materji li jkunu ġew definiti.

(8) Għandu jkun hemm rabta bejn il-proċedimenti li dwarhom japplika dan ir-Regolament u t-territorju ta' l-Istati Membri marbuta b'dan ir-Regolament. Għahekk, regoli komuni ta' ġurisdizzjoni għandhom, bħala prinċipju, japplikaw meta l-konvenut jkun domiċiljat f'wieħed minn dawn l-Istati Membri.

(9) Konvenut li ma jkunx domiċiljat fi Stat Membru huwa ġeneralment suġġett għar-regoli nazzjonali ta' ġurisdizzjoni applikabbli fit-terrirorju ta' l-Istat Membru tal-qorti li teżamina l-każ, u konvenut li jkun domiċiljat fi Stat Membru li ma jkunx marbut b'dan ir-Regolament għandu jibqa' suggett għal Konvenzjoni ta' Brussel.

(10) Għall-iskopijiet ta' moviment ħieles ta' sentenzi, sentenzi mgħotija fi Stat Membru marbut b'dan ir-Regolament għandhom jiġu rikonoxxuti u eżegwiti fi Stat Membru ieħor marbut b'dan ir-Regolament, anki jekk id-debitur fis-sentenza jkun domiċiljat fi Stat terz.

(11) Ir-regoli ta' ġurisdizzjoni għandhom jiġu mbassra minn qabel u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut u l-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq dan il-lat ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tal-materja tal-litigazzjoni jew ta' awtonomija tal-partijiet tkun teħtieġ fattur differenti. Id-domiċilju ta' persuna ġuridika għandu jiġi definit b'awtonomija u b' hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta' ġurisdizzjoni.

(12) B'żieda mad-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm bażi alternattiva ta' ġurisdizzjoni bbażata fuq rabta mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.

(13) B'relazzjoni ma' assigurazzjoni, kuntratti tal-konsumatur u impjieg, il-parti l-anqas b'saħħitha għandha tiġi mħarsa b' regoli ta' ġurisdizzjoni l-aktar favorevoli għall-interessi tiegħu milli hemm provduti fir-regoli ġenerali.

(14) L-awtonomija tal-partijiet f'kuntratt, apparti minn assigurazzjoni, konsumatur jew kuntratt ta' impjieg, fejn tiġi permessa biss awtonomija limitata sabiex jiġu determinati l-qrati li għandhom ġurisdizzjoni, għandha tiġi rispettata skond il-bażi esklussivi ta' ġurisdizzjoni mitluba f'dan ir-Regolament.

(15) Fl-interessi tal-amministrazzjoni armoniżżata tal-ġustizzja huwa meħtieġ li titnaqqas il-possibiltà ta' proċedimenti simultanji u biex ikun assigurat li ma jiġux mogħtija ġudizzji rrikonċiljabbli f'żewġ Stati Membri. Għandu jkun hemm mekkaniżmu ċar u effettiv sabiex jiġu riżolti każijiet ta' lis pendens u azzjonijiet relatati u għal problemi ovvji li jirriżultaw minn differenzi nazzjonali dwar id-determinazzjoni taż-żmien meta jiġi rreġistrat każ bħala pendenti. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament dak iż-żmien għandu jiġi definit b'mod awtonomu.

(16) Il-fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni ta' ġustizzja fil-Komunità tiġġustifika illi sentenzi mogħtija fi Stat Membru jiġu awtomatikament rikonoxxuti mingħajr il-ħtieġa ta' xi proċedura ħlief f'każijiet ta' tilwim.

(17) Bis-saħħa ta' l-istess prinċipju ta' fiduċja reċiproka, il-proċedura sabiex tiġi eżegwita fi Stat Membru wieħed sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tkun effiċjenti u malajr. Għal dan il-għan, id-dikjarazzjoni li ġudizzju huwa eżegwibbli għandha ssir virtwalment awtomatikament wara verifiki puramenti formali tad-dokumenti pprovduti, mingħajr ma jkun hemm possibiltà li l-qorti li tqajjem b'mozzjoni tagħha uħud mir-raġunijiet għan-non eżekuzzjoni b'dan ir-Regolament.

(18) B'dana kollu, rispett għad-drittijiet tal-konvenut għandu jfisser illi l-konvenut għandu jkun jista' jappella fi proċedura avversarja, kontra d-dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni, jekk jikkonsidra wieħed mir-raġunijiet ta' non-eżekuzzjoni li jkunu preżenti. Proċeduri ta' rimedju għandhom ikunu disponibbli wkoll għal min iressaq il-każ meta l-applikazzjoni tiegħu għal dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni tkun ġiet miċħuda.

(19) Għandha tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-Konvenzjoni ta' Brussel u dan ir-Regolament, u għandhom jintalbu għal dan il-għan disposizzjonijiet transitorji. L-istess ħtieġa għal kontinwità tapplika għall-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Brussel mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Protokolli tal-1971 [5] għandhom jibqgħu japplikaw ukoll f'każijiet diġa pendenti meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

(20) Ir-Renju Unit u l-Irlanda, skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, taw avviż tax-xewqa tagħhom li jiehdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(21) Id-Danimarka, skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u għalhekk mhix marbuta bl-applikazzjoni tiegħu jew suġġetta għaliha,

(22) La darba l-Konvenzjoni ta' Brussel tibqa' fis-seħħ fir-relazzjonijiet bejn id-Danimerka u l-Istati Membri li huma marbuta b'dan ir-Regolament, kemm il-Konvenzjoni kif ukoll il-Protokoll tal-1971 jibqgħu applikabbli bejn id-Danimarka u l-Istati Membri marbuta b'dan ir-Regolament.

(23) Il-Konvenzjoni ta' Brussel tibqa' wkoll tapplika għat-territorji ta' l-Istati Membri li jaqgħu taħt l-iskop territorjali tal-Konvenzjoni u li huma esklużi minn dan ir-Regolament bis-saħħa ta' l-Artikolu 299 tat-Trattat.

(24) L-istess għal raġunijiet ta' konsistenza, dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa r-regoli li jirregolaw ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent ta' sentenzi li jinstabu fi strumenti speċifiċi tal-Komunità.

(25) Rispett għall-impennji internazzjonali li kienu daħlu għalihom l-Istati Membri jfisser li dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa konvenzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' materji speċifiċi li għalihom huma partijiet l-Istati Membri.

(26) Il-flessibilità meħtieġa għandha tiġi pprovduta għar-regoli bażiċi ta' dan ir-Regolament sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni r-regoli proċedurali speċifiċi f'ċerti Stati Membri. Ċerti disposizzjonijiet tal-Protokoll anness mal-Konvenzjoni ta' Brussel għandhom jiġu għalhekk inkorporati f'dan ir-Regolament.

(27) Sabiex titħalla armoniżazzjoni transitorja f'ċerti oqsma li kienu s-suġġett ta' disposizzjonijiet speċjali fil-Protokoll anness mal-Konvenzjoni ta' Brussel, dan ir-Regolament jesiġi, għal perjodu transitorju, disposizzjonijiet li jieħdu konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika f'ċerti Stati Membri.

(28) Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikabilità tiegħu u, jekk ikun hemm bżonn, tissottometti proposti għal xi tibdil.

(29) Il-Kummissjoni għandha tbiddel l-Annessi I sa IV dwar ir-regoli ta' ġurisdizzjoni nazzjonali, il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti u proċeduri ta' rimedju disponibbli fuq il-bażi ta' l-emendi mressqa mill-Istat Membri kkonċernat; emendi magħmula għal l-Annessi V u VI għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tesiġi l-proċeduri dwar l-eżerċizzju ta' poteri ta' implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament għandu japplika f'materji ċivili u kummerċjali independentament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. M'għandux jestendi b'mod partikolari, għal introjtu minn taxxi, dwana jew materji amministrattivi.

2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a) l-istatus jew il-kapaċità ġuridika ta' persuni naturali, drittijiet ta' propjetà li joriġinaw minn relazzjonijiet matrimonjali, testmenti u suċċessjoni;

(b) falliment, proċedimenti li għandhom x'jaqsmu ma' għeluq ta' kumpanija falluti jew ta' persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġuridiki, komposizzjoni jew proċedimenti analogi;

(ċ) sigurtà soċjali;

(d) arbitraġġ.

3. F'dan ir-Regolament, it-terminu "Stat Membru" jfisser l-Istati Membri bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

KAPITOLU II

ĠURISDIZZJONI

Sezzjoni 1

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 2

1. Bla preġudizzju għal dan ir-Regolament, persuni b'domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta' dak l-Istat Membru.

2. Persuni li mhumiex ċittadini ta' l-Istat Membru li fih ikunu domiċiljati għandhom jaqgħu taħt ir-regoli ta' ġurisdizzjoni applikabbli għal ċittadini ta' dak l-Istat.

Artikolu 3

1. Persuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jiġi mfittxija fil-qrati ta' Stat Membru ieħor biss bis-saħħa tar-regoli mniżżla f'Sezzjonijiet 2 sa 7 ta' dan il-Kapitolu.

2. B'mod partikolari r-regoli ta' ġurisdizzjoni nazzjonali mniżżla f'L-Anness I ma japplikawx kontra tagħhom.

Artikolu 4

1. Jekk il-konvenut ma jkunx domiċiljat fi Stat Membru, il-ġurisdizzjoni tal-qrati ta' kull Stat Membru għandha, bla ħsara għall-Artikoli 22 u 23, tkun determinata bil-liġi ta' dak l-Istat Membru.

2. Minħabba li kontra tali konvenut, persuna domiċiljata fi Stat Membru tista', independentament min-nazzjonalità tagħha, tapprofitta ruħha f'dak l-Istat mir-regoli ta' ġurisdizzjoni applikabbli hemmhekk, u b'mod partikolari dawk speċifikati f'L-Anness I, bl-istess metodu bħal ċittadini ta' dak l-Istat.

Sezzjoni 2

Ġurisdizzjoni speċjali

Artikolu 5

Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista', fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja:

1. (a) f'materji li għandhom x'jaqsmu ma' xi kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettieq ta' l-obbligi f'dak il-każ;

(b) għall-iskopijiet ta' din id-disposizzjoni u sa kemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-post tat-twettieq ta' l-obbligi f'dak il-każ għandu jkun:

- fil-każ ta' bejgħ ta' oġġetti, il-post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, l-oġġetti ġew kunsinjati jew suppost li kienu kunsinjati,

- fil-każ ta' provista ta' servizzi, il-post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, fejn ġew provduti jew suppost li kienu provduti servizzi,

(ċ) jekk sub-paragrafu (b) ma japplikax, japplika s-sub-paragrafu (a);

2. f'materji li għandhom x'jaqsmu ma' manteniment, fil-qrati tal-post ta' fejn il-kreditur tal-manteniment ikollu d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu jew, jekk il-materja tagħmel parti minn proċedimenti li jikkonċernaw l-istatus ta' persuna, fil-qorti li, skond il-liġi tagħha, jkollha l-ġurisdizzjoni li tilqa' dawk il-proċedimenti, sa kemm dik il-ġurisdizzjoni tkun ibbażata biss fuq in-nazzjonalità ta' wieħed mill-partijiet;

3. f'materji li għandhom x'jaqsmu ma' tort, delitt jew kwasi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista' jitwettaq;

4. f'dak li għandu x'jaqsam ma' talba għad-danni jew restituzzjoni bbażata fuq att li jagħti bidu għal proċedimenti kriminali, fil-qorti li jkollha l-pussess ta' dawk il-proċedimenti, sal-limitu li dik il-qorti jkollha ġurisdizzjoni permezz tal-liġi tagħha li tilqa' proċedimenti ċivili bħal dawk;

5. f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwistjoni li toriġina mill-operazzjonijiet ta' fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor, fil-qrati tal-post li fih jkunu jinstabu l-fergħa, l-aġenzija jew l-istabbiliment;

6. bħala assiguratur, depositarju jew benefiċjarju ta' depositu maħluq bl-operat ta' statut, jew bi strument miktub, jew maħluq verbalment u ikkonfermat bil-kitba, fil-qrati ta' l-Istat Membru li fih ikun iddomiċiljat id-depositu;

7. f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwistjoni dwar l-pagament tar-remunerazzjoni mitluba għas-salvataġġ ta' tagħbija jew merkanzija, fil-qorti li jkollha awtorità fuq it-tagħbija jew merkanzija in kwistjoni:

(a) ikun ġie arrestat sabiex jiżgura dak il-pagament, jew

(b) seta' ġie arrestat, iżda li jkun ingħata pleġġ jew garanzija oħra;

basta illi din id-disposizzjoni tapplika biss jekk jiġi allegat illi l-konvenut ikollu interess fit-tagħbija jew il-merkanzija jew li kellu tali interess fil-mument tas-salvataġġ.

Artikolu 6

Persuna li tkun domiċiljata fi Stat Membru tista' wkoll tiġi mfittxija:

1. meta tkun waħda minn numru ta' konvenuti, fil-qrati tal-post fejn wieħed minnhom jkun domiċiljat, basta illi t-talbiet ikunu marbuta hekk mill-qrib li jkun aktar espedjenti li jinstemgħu u jiġu determinati flimkien sabiex jevitaw ir-riskju ta' ġudizzji irrikkonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati;

2. bħala parti terza f'azzjoni dwar mandat jew garanzija jew f'xi proċedimenti oħra dwar terzi partijiet, fil-qorti li tkun fil-pussess tal-proċedimenti oriġinali, sa kemm dawn kienu ġew mibdija biss bl-obbjettiv uniku li jitneħħa mill-ġurisdizzjoni tal-qorti kompetenti li tisma' l-każ tiegħu;

3. fuq kontro talba li toriġina mill-istess kuntratt dwar fatti li fuqhom kienet ibbażata t-talba oriġinali, fil-qorti li fiha tkun pendenti t-talba oriġinali;

4. f'materji li għandhom x'jaqsmu ma' kuntratt, jekk l-azzjoni tista' tkun marbuta ma' azzjoni kontra l-istess konvenut f'materji li għandhom x'jaqsmu ma' drittijiet in rem fuq propjetà immobbli, fil-qorti ta' l-Istat Membru li fih tinsab il-propjetà.

Artikolu 7

Bis-saħħa ta' dan ir-Regolament qorti ta' Stat Membru għandha ġurisdizzjoni f'azzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-responsabbiltà mill-użu jew l-operat ta' vapur, dik il-qorti, jew xi qorti oħra sostitwita għal dan l-iskop mil-liġi interna ta' dak l-Istat Membru, għandha wkoll ikollha l-ġurisdizzjoni fuq talbiet għal-limitazzjoni ta' dik ir-responsabbilità.

Sezzjoni 3

Ġurisdizzjoni f'materji li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni

Artikolu 8

F'materji li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b'din is-Sezzjoni bla ħsara għal l-Artikolu 4 u punt 5 ta' l-Artikolu 5.

Artikolu 9

1. Assiguratur domiċiljat fi Stat Membru jista' jiġi mfittex:

(a) fil-qrati tal-Istat Membru fejn jkun domiċiljat, jew

(b) fi Stat membru ieħor, fil-każ ta' azzjonijiet miġjuba minn dak li jkollu l-polza ta' assigurazzjoni, dak li jkun assigurat jew xi benefiċjarju, fil-qrati tal-post fejn l-attur ikun domiċiljat,

(ċ) jekk ikun ko-assiguratur, fil-qrati ta' Stat Membru li fih jinġiebu il-proċedimenti kontra l-assiguratur prinċipali.

2. Assiguratur li ma jkunx domiciljat fi Stat Membru iżda li jkollu fergħa, aġenzija jew xi stabbiliment ieħor f'wieħed mill-Istati Membri għandu, fi kwistjonijiet li jinqalgħu mill-operazzjonijiet tal-fergħa, aġenzija jew stabbiliment, ikun meqjus li jkun domiċiljat f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 10

F'dak li għandu x'jaqsam ma' assigurazzjoni ta' responsabbilità jew assigurazzjoni fuq propjetà immobli, l-assiguratur jista' jiġi mfittex ukoll fil-qrati tal-post fejn tkun seħħet il-ħsara. L-istess japplika jekk propjetà mobbli u immobli taqa' taħt l-istess polza ta' assigurazzjoni u t-tnejn jiġu effettwati ħażin bl-istess kontinġenza.

Artikolu 11

1. F'dak li għandu x'jaqsam ma' assigurazzjoni ta' responsabbilità, l-assiguratur jista' wkoll, jekk tippermetti l-liġi tal-qorti, inkluż fil-proċedimenti li l-parti li tkun ġarrbet il-ħsara tkun ressqet kontra l-assiguratur.

2. L-Artikoli 8, 9 u 10 għandhom japplikaw għall-azzjonijiet miġjuba mill-parti li tkun ġarrbet il-ħsara kontra l-assiguratur, meta jkunu permissibli tali azzjonijiet diretti.

3. Jekk il-liġi li tirregola tali azzjonijiet diretti jkun fiha disposizzjoni li min ikollu polza ta' assigurazzjoni jew dak li jkun assigurat jista' jkun imsieħeb bħala parti mill-azzjoni, l-istess qorti għandu jkollha ġurisdizzjoni fuqhom.

Artikolu 12

1. Mingħajr preġudizzu għal l-Artikolu 11(3), l-assiguratur jista' jressaq proċedimenti biss fil-qrati ta' l-Istat Membru li fih id-difensur jkun domiċiljat, irrispettivament milli jekk ikunx dak li jkollu l-polza ta' l-assigurazzjoni, l-assigurat jew il-benefiċjarju.

2. Id-disposizzjonijiet ta' din is-Sezzjoni m'għandhomx jaffetwaw id-dritt li titressaq kontro-talba fil-qorti li fiha, bi qbil ma' din is-Sezzjoni, tkun pendenti t-talba oriġinali.

Artikolu 13

Id-disposizzjonijiet ta' din is-Sezzjoni jistgħu jitwarrbu biss bi ftehim:

1. li jkun seħħ wara li tkun qamet il-kwistjoni, jew

2. li tippermetti lil min ikollu polza ta' assigurazzjoni, dak li jkun assigurat jew benefiċjarju li jressaq proċedimenti fi qrati apparti minn dawk indikati f'din is-Sezzjoni, jew

3. li jkunu ġew konklużi bejn dak li jkollu l-polza ta' l-assigurazzjoni u dak li jassigura, li t-tnejn li huma fil-waqt tal-konklużjoni tal-kontratt ikunu domiciljati jew abitwalment residenti fl-istess Stat Membru, u li jkollu l-poter li jagħti ġurisdizzjoni fuq il-qrati ta' dak l-Istat anki jekk l-inċident ta' ħsara kellu jseħħ il-barra mill-Istat, basta illi ftehim bħal dak ma jmurx kontra l-liġi ta' dak l-Istat, jew

4. li jiġi konkluż ma' dak li jkollu polza ta' assigurazzjoni li ma jkunx domiċiljat fi Stat Membru, ħlief sal-limitu li l-assigurazzjoni tkun obbligatorja jew relatata ma' propjetà immobli fi Stat Membru, jew

5. li tkun relatata ma' kuntratt ta' assigurazzjoni sa kemm ikopri wieħed jew aktar mir-riskji mniżżla fl-Artikolu 14.

Artikolu 14

Dawn li ġejjin huma r-riskji msemmija fl-Artikolu 13(5):

1. xi telf jew ħsara għal:

(a) vapuri tajbin għat-tbaħħir, installazzjonijiet il-barra mix-xatt jew fuq il-baħar, jew ajruplani, li joriġinaw mill-perikoli li għandhom x'jaqsmu ma' l-użu tagħhom jew għal skopijiet kummerċjali;

(b) oġġetti fi transitu apparti minn bagalji tal-passiġġieri meta t-transitu jkun jikkonsisti jew jinkludi t-trasport b'tali vapuri jew ajruplani;

2. xi responsabbilità, apparti minn dik ta' korriment tal-passiġġieri jew telf jew ħsara tal-bagalji tagħhom:

(a) li joriġinaw mill-użu jew operat tal-vapuri, installazzjonijiet jew ajruplani li hemm referenza għalihom f'punt 1(a) sakemm, f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawn ta' l-aħħar, il-liġi ta' l-Istat Membru fejn ikun irreġistrat dak l-ajruplan ma jkunx għamel ftehim ipprojbit dwar il-ġurisdizzjoni li tirrigwardja l-assigurazzjoni ta' riskji bħal dawk;

(b) għal telf jew ħsara ikkawżata lill-oġġetti fi transitu kif deskritti f'punt 1(b);

3. xi telf finanzjarju konness ma' l-użu jew l-operat ta' vapuri, installazzjonijiet jew ajruplani msemmija f'punt 1(a), b'mod partikolari t-telf ta' tagħbija jew ta' kiri b'charter;

4. kull riskju jew interess konness ma' uħud minn dawk msemmija f'punti 1 sa 3;

5. independentament minn punti 1 sa 4, "ir-riskji kbar" kollha kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE [7], kif emendat bid-Direttivi tal-Kunsill 88/357/KEE [8] u 90/618/KEE [9], kif jistgħu jiġu emendati.

Sezzjoni 4

Ġurisdizzjoni fuq kuntratti tal-konsumatur

Artikolu 15

1. F'materji li għandhom x'jaqsmu ma' kuntratt konkluż minn xi persuna, il-konsumatur, għal skop li jista' jkun meqjus ‘l hinn minn negozju jew professjoni tiegħu, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b'din is-Sezzjoni, mingħajr preġudizju għall-Artikolu 5 u punt 5 tal-Artikolu 5, jekk:

(a) ikun kuntratt ta' bejgħ ta' oġġetti bin-nifs b'termini ta' kreditu; jew

(b) ikun kuntratt għal self li jitħallas bin-nifs, jew għal xi għamla oħra ta' kreditu, magħmula sabiex tiffinanzja l-bejgħ ta' oġġetti; jew

(ċ) fil-każijiet l-oħra kollha, il-kuntratt ikun ġie konkluż ma' persuna li tinvolvi ruħha f'attivitajiet kummerċjali jew professjonali fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur jew, b'xi meżżi, imexxi tali attivitajiet għal dak l-Istat Membru jew għal diversi Stati inkluż dak l-Istat Membru, u li l-kuntratt jidħol fl-iskop ta' attivitajiet bħal dawk.

2. Meta konsumatur jidħol f'kuntratt ma' parti li ma jkunx domiciljat fi Stat Membru iżda illi jkollu fergħa, aġenzija jew xi stabbiliment ieħor f'wieħed mill-Istati Membri, dik il-parti għandu, fi kwistjonijiet li jinqalgħu mill-operazzjonijiet tal-fergħa, aġenzija jew stabbiliment, ikun meqjus bħala domiċiljat f'dak l-Istat.

3. Din is-Sezzjoni m'għandiex tapplika għal kuntratt ta' trasport apparti minn kuntratt li, għal prezz inklussiv, jipprovdi għal taħlita ta' vjaġġar u akkomodazzjoni.

Artikolu 16

1. Konsumatur jista' jressaq proċedimenti kontra l-parti l-oħra ta' kuntratt jew fil-qrati ta' l-Istat Membru li fih jkun domiċiljat dak il-parti jew fil-qrati tal-post fejn ikun domiċiljat il-konsumatur.

2. Jistgħu jitressqu proċeduri kontra konsumatur mill-parti l-oħra tal-kuntratt biss fil-qrati ta' l-Istat Membru li fih ikun domiċiljat il-konsumatur.

3. Dan l-Artikolu m'għandux jaffetwa d-dritt li titressaq kontro-talba fil-qorti li fih, skond din is-Sezzjoni, tkun pendenti t-talba oriġinali.

Artikolu 17

Id-disposizzjonijiet ta' din is-Sezzjoni jistgħu jitwarrbu biss bi ftehim:

1. li jkun seħħ wara li tkun qamet il-kwistjoni; jew

2. li jippermetti lill-konsumatur li jressaq proċedimenti fi qrati apparti minn dawk indikati f'din is-sezzjoni; jew

3. li jkun sar mill-konsumatur u l-parti l-oħra tal-kuntratt li t-tnejn li huma fil-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt ikunu domiċiljati jew ikunu abitwalment residenti fl-istess Stat Membru, u li jagħti l-ġurisdizzjoni lill-qrati ta' dak l-Istat Membru, basta li ftehim bħal dak ma jkunx kuntrarju għal-liġi ta' dak l-Istat Membru.

Sezzjoni 5

Ġurisdizzjoni dwar kuntratti individwali ta' impjieg

Artikolu 18

1. F'materji li għandhom x'jaqsmu ma' kuntratti individwali ta' impjieg, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b'din is-Sezzjoni bla ħsara għall-Artikolu 4 u punt 5 tal-Artikolu 5.

2. Meta impjegat jidħol f'kuntratt individwali ta' impjieg ma' min jimpjegah u dan ta' l-aħħar li ma jkunx domiciljat fi Stat Membru iżda li jkollu fergħa, aġenzija jew xi stabbiliment ieħor f'wieħed mill-Istati Membri, dak li jimpjega għandu, fi kwistjonijiet li jinqalgħu mill-operazzjonijiet tal-fergħa, aġenzija jew stabbiliment, huwa meqjus li jkun domiċiljat f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 19

Wieħed li jimpjega domiċiljat fi Stat Membru jista' jiġi imfittex:

1. fil-qrati tal-Istat Membru fejn jkun domiċiljat jew

2. fi Stat Membru ieħor:

(a) fil-qrati tal-post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu jew fil-qrati ta' l-aħħar post fejn kien jagħmel hekk, jew

(b) jekk l-impjegat ma jkunx jew inkella ma kienx abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu f'pajjiż wieħed, fil-qrati tal-post fejn ikun jinstab in-negozju li kien jimpiega lill-impjegat.

Artikolu 20

1. Wieħed li jimpjega jista' jressaq proċedimenti biss fil-qrati ta' l-Istat Membru fejn ikun domiċiljat l-impjegat.

2. Id-disposizzjonijiet ta' din is-Sezzjoni m'għandhomx jaffetwaw id-dritt li titressaq kontro-talba fil-qorti li fih tkun pendenti, skond din is-Sezzjoni, it-talba oriġinali.

Artikolu 21

Id-disposizzjonijiet ta' din is-Sezzjoni jistgħu jitwarrbu biss bi ftehim dwar il-ġurisdizzjoni:

1. li jkun seħħ wara li tkun qamet il-kwistjoni; jew

2. li jippermetti lill-impjegat li jressaq proċedimenti fi qrati apparti minn dawk indikati f'din is-sezzjoni.

Sezzjoni 6

Ġurisdizzjoni esklussiva

Artikolu 22

Dawn il-qrati li ġejjin għandhom ikollhom ġurisdizzjoni esklussiva, independentament mid-domiċilju:

1. fi proċedimenti li jkollhom l-obbjettiv tagħhom in rem fi propjetà immobbli jew kirjiet ta' propjetà immobbli, il-qrati ta' l-Istat Membru li fih tkun tinstab il-propjetà.

B' dana kollu, fi proċedimenti li jkollhom l-obbjettiv tagħhom kirjiet ta' propjetà immobbli li jkunu konklużi għal użu privat temporanju għal massimu ta' sitt xhur konsekuttivi, il-qrati ta' l-Istat Membru li fih jkun domiċiljat il-konvenut għandhom ukoll ikollhom il-ġurisdizzjoni, basta illi l-kerrej tkun persuna naturali u li s-sid tal-kera u l-kerrej ikunu domiċiljati fl-Istat Membru;

2. fi proċedimenti li jkollhom bħala l-obbjettiv tagħhom il-validità tal-kostituzzjoni, in-nullità jew id-dissoluzjoni ta' kumpanniji jew ta' persuni ġuridiċi oħra jew għaqdiet ta' persuni naturali jew ġuridiċi, jew il-validità tad-deċiżjonijiet ta' l-organi tagħhom, il-qrati ta' l-Istat Membru li fih il-kumpannija, persuna ġuridika jew għaqda jkollha s-sede tagħhom. Sabiex tiġi determinata s-sede, il-qorti għandha tapplika r-regoli tal-liġi privata internazzjonali;

3. fi proċedimenti li jkollhom bħala l-obbjettiv tagħhom il-validità tad-dħul f'reġistri pubbliċi, il-qrati ta' l-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru;

4. fi proċedimenti li għandhom x'jaqsmu mar-reġistrazzjoni jew validità ta' patenti, trade marks, disinnji, jew drittijiet oħra simili meħtieġa sabiex jiġu depożitati jew reġistrati, il-qrati ta' l-Istat Membru li fih tkun saret l-applikazzjoni għad-depożitu jew ir-reġistrazzjoni, ikun seħħ jew ikunu taħt it-termini ta' strument tal-Komunità jew ta' konvenzjoni internazzjoni huwa meqjus li jkun seħħ.

Bla ħsara għal ġurisdizzjoni ta' l-Uffiċju Ewropew tal-Patenti skond il-Konvenzjoni dwar l-Għoti ta' Patenti Ewropew, iffirmata f'Munich fil-5 ta' Ottubru 1973, il-qrati ta' kull Stat Membru għandhom ikollhom il-ġurisdizzjoni esklussiva, independentament mid-domiċilju, fi proċedimenti li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni jew il-validità ta' xi patent Ewopew mogħti għal dak l-Istat;

5. fi proċedimenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-eżekuzzjoni ta' sentenzi, il-qrati ta' l-Istat Membru li fih il-ġudizzju kien jew li għandu jiġi eżegwit.

Sezzjoni 7

Prorogazzjoni ta' ġurisdizzjoni

Artikolu 23

1. Jekk il-partijiet, wieħed jew aktar minnhom ikollu d-domiċilju fi Stat Membru, ikunu qablu li qorti jew qrati ta' Stat Membru għandu jkollu ġurisdizzjoni sabiex isolvu xi kwistjonijiet li jkunu qamu jew li jistgħu iqumu in konnessjoni ma' relazzjoni legali partikolari, dak il-qorti jew dawk il-qrati għandhom ikollhom ġurisdizzjoni. Ġurisdizzjoni bħal dik għandha tkun esklussiva sa kemm il-partijiet ma jiftehmux mod ieħor. Ftehim bħal dak li jagħti ġurisdizzjoni għandhu jkun jew:

(a) bil-kitba jew ikkonfermat bil-kitba; jew

(b) f'għamla li taqbel mal-prattiċi li l-partijiet ikunu stabbilixxew bejniethom; jew

(ċ) f'negozju jew kummerċ internazzjonali, f'għamla li taqbel ma' l-użanza li biha l-partijiet huma jew li għandhom ikunu konxji u li dwarhom dak in-negozju jew kummerċ ikun magħruf sewwa, u regolarment osservat minn, partijiet għal kuntratti tat-tip involut f'dak in-negozju jew kummerċ partikolari ikkonċernat.

2. Xi komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi li tipprovdi meżż dewwiemi tal-ftehim għandu jkun ekwivalenti għal "kitba'."

3. Meta ftehim bħal dan ikun konkluż minn partijiet, li ħadd minnhom ma jkollu d-domiċilju fi Stat Membru, il-qrati ta' l-Istati Membri l-oħra m'għandhomx ikollhom ġurisdizzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet sa kemm il-qorti jew qrati magħżula ma jkunux ċaħdu l-ġurisdizzjoni.

4. Il-qorti jew qrati ta' Stat Membru li lilhom tkun ingħatat il-fiduċja ta' strument ta' ġurisdizzjoni għandhom ikollhom ġurisdizzjoni esklussiva f'xi proċedimenti kontra dak li jwettaq, fiduċjarju jew benefiċjarju, jekk ikunu involuti r-relazzjonijiet bejn dawn il-persuni jew id-drittijiet jew l-obbligi tagħhom permezz tal-fiduċja.

5. Ftehim dwar disposizzjonijiet ta' strument ta' fiduċja li jagħti ġurisdizzjoni m'għandux ikollhom forza legali jekk dawn ikunu kuntrarji għal l-Artikoli 13, 17 jew 21, jew jekk il-qrati li l-ġurisdizzjoni tagħhom dawn iridu jeskludu jkollhom il-ġurisdizzjoni esklussiva bis-saħħa ta' l-Artikolu 22.

Artikolu 24

Apparti mill-ġurisdizzjoni li toħroġ minn disposizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament, qorti ta' Stat Membru fejn il-konvenut ikun deher għandha jkollha l-ġurisdizzjoni. Din ir-regola m'għandiex tapplika meta d-dehra kienet saret biex ikun ikkontestat il-ġurisdizzjoni, jew meta qorti oħra jkollha ġurisdizzjoni esklussiva bis-saħħa ta' l-Artikolu 22.

Sezzjoni 8

Eżami dwar ġurisdizzjoni u ammisibilità

Artikolu 25

Meta qorti ta' Stat Membru jkollha quddiemha talba li tkun prinċipalment konċernata b' materja li dwarha l-qrati ta' Stat Membru ieħor ikollhom il-ġurisdizzjoni esklussiva bis-saħħa ta' l-Artikolu 22, din għandha tiddikjara b'inizjattiva tagħha li m' għandhiex ġurisdizzjoni.

Artikolu 26

1. Meta konvenut domiċiljat fi Stat Membru wieħed ikun infittex f'qorti ta' Stat Membru ieħor u li ma jidhirx quddiem il-qorti, il-qorti għandha tiddikjara bl-inizjattiva tagħha stess li m' għandhiex ġurisdizzjoni sa kemm il-ġurisdizzjoni tagħha ma tkunx ġejja mid-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2. Il-qorti għandha twaqqaf il-proċedimenti sa kemm ma jkunx jidher li dak il-konvenut seta' rċieva d-dokument li jiftħu l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti sabiex ikun jista' jħejji d-difiża tiegħu jew li jkunu ttieħdu l-passi kollha meħtieġa għal dan il-għan.

3. L-Artikolu 19 ta' Regolament (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membru ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji f'materji ċivili u kummerċjali [10] għandhom japplikaw minflok id-disposizzjonijiet ta' paragrafu 2 jekk id-dokument li jiftaħ il-proċedimenti jew dokument ekwivalenti jkun ġie trasmess minn Stat Membru wieħed lill Stat Membru ieħor bis-saħħa ta' dan ir-Regolament.

4. Meta d-disposizzjonijiet ta' Regolament (KE) Nru 1348/2000 ma japplikawx, l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta' The Hague tal-15 ta' Novembru 1965 dwar Servizz Barrani ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extra-Ġudizzjarji f'Materji Ċivili u Kummerċjali għandhom japplikaw jekk id-dokument li jiftħu l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti kellu jkun trasmess bis-saħħa ta' dik il-Konvenzjoni.

Sezzjoni 9

Lis pendens - azzjonijiet relatati

Artikolu 27

1. Meta proċedimenti jinvolvu l-istess kawża ta' azzjoni u bejn l-istess partijiet ikunu miġjuba quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, xi qorti apparti mil-ewwel qorti li jkollha quddiema l-każ għandha bl-inizjattiva tagħha stess tissosspendi l-proċedimenti ta' quddiemha sa dak iż-żmien li fih tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni ta' l-ewwel qorti invokata.

2. Meta tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni ta' l-ewwel qorti invokata, xi qorti oħra apparti mill-ewwel qorti invokata għandha tastieni mill-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti.

Artikolu 28

1. Meta azzjonijiet relatati jkunu pendenti fi qrati ta' Stati Membri differenti, xi qorti apparti mill-qorti li tkun l-ewwel invokata għandha tissosspendi l-proċedimenti ta' quddiemha.

2. Meta dawn l-azzjonijiet ikunu pendenti quddiem il-qorti tal-prima istanza, xi qorti ieħor apparti mill-ewwel qorti invokata tista' wkoll, fuq applikazzjoni ta' wieħed mill-partijiet, tiċħad il-ġurisdizzjoni jekk il-qorti l-ewwel invokat ikollha ġurisdizzjoni fuq l-azzjonijiet f'dak il-każ u li l-liġi tagħha tippermetti l-konsolidazzjoni ta' dan.

3. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, azzjonijiet huma meqjusa li jkunu relatati meta jkunu konnessi hekk mill-qrib illi jkun aktar konvenjenti illi jinstemgħu u jiġu determinati flimkien sabiex ikun evitat ir-riskju ta' ġudizzji irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati.

Artikolu 29

Meta azzjonijiet jidħlu fil-ġurisdizzjoni esklussiva ta' diversi qrati, xi qorti oħra apparti mill-ewwel qorti invokata għandha tastieni mill-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti.

Artikolu 30

Għall-iskopijiet ta' din is-Sezzjoni, qorti għandha tkun meqjusa bħala invokata:

1. fil-waqt meta d-dokument li jiftaħ il-proċedimenti jew dokument ekwivalenti jkun ippreżentat fil-qorti, basta illi l-attur ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-passi li kien meħtieġ jieħu sabiex ikollu s-servizz effettwat fuq il-konvenut, jew

2. jekk id-dokument għandu jkun servut qabel ma jkun ippreżentat fil-qorti, fil-waqt meta jitwassal għand l-awtorità responsabbli għas-servizz, basta illi l-attur ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-passi li kien meħtieġ jieħu biex jara li d-dokument ikun ippreżentat lill-qorti.

Sezzjoni 10

Miżuri proviżorji, inklużi miżuri protettivi

Artikolu 31

Tista' ssir applikazzjoni lill-qrati ta' Stat Membru għal miżuri proviżorji bħal dawn, inklużi miżuri protettivi, skond kif jista' jkun disponibbli permezz tal-liġi ta' dak l-Istat, permezz ta' dan ir-Regolament, li qrati ta' Stat Membru ieħor li jkollhom il-ġurisdizzjoni dwar is-sustanza tal-materja.

KAPITOLU III

RIKONOXXIMENT U EŻEKUZZJONI

Artikolu 32

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, "sentenza" tfisser xi sentenza mogħtija minn qorti jew tribunal ta' Stat Membru, independentament minn kif tista' tissejjaħ dik is-sentenza, inkluża dikjarazzjoni, ordni, deċiżjoni jew mandat ta' eżekuzzjoni, kif ukoll dwar id-determinazzjoni tan-nefqa u l-ispejjeż minn uffiċjal tal-qorti.

Sezzjoni 1

Rikonoxximent

Artikolu 33

1. Sentenza mogħtija minn Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta mill-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa proċedura speċjali.

2. Xi parti interessata li tqajjem rikonoxximent ta' sentenza bħala s-suġġet prinċipali fi kwestjoni tista', bi qbil mal-proċeduri li hemm disposizzjoni dwarhom f'Sezzjonijiet 2 u 3 ta' dan il-Kapitolu, japplika għal deċiżjoni li s-sentenza tiġi rikonoxxuta.

3. Jekk ir-riżultat tal-proċedimenti f'qorti ta' Stat Membru jiddependi mid-determinazzjoni ta' kwistjoni inċidentali tar-rikonoxximent, dik il-qorti għandha jkollha ġurisdizzjoni fuq dak il-każ.

Artikolu 34

Sentenza m'għandhiex tiġi rikonoxxuta:

1. jekk dak ir-rikonoxximent ikun manifestament kontra l-istrateġija pubblika ta' l-Istat Membru li fih ġie mfittex ir-rikonoxximent;

2. meta jkun b'nuqqas ta' dehra, jekk il-konvenut ma kienx ġie servut bid-dokument li jkun fetaħ il-proċedimenti jew b'dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'tali manjiera li dan ikun jista' jħejji għad-difiża tiegħu, sa kemm id-difensur ma jkunx naqas milli jibda l-proċedimenti biex jiddisputa s-sentenza meta kien possibli għalih jagħmel hekk;

3. jekk ikun irrikonċiljabbli ma' sentenza mogħtija fi kwistjoni bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru li fih ġie mfittex ir-rikonoxximent;

4. jekk ikun irrikonċiljabbli ma' sentenza mogħtija aktar kmieni fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz li jinvolvi l-istess kawża ta' azzjoni u bejn l-istess partijiet, basta illi dik is-sentenza aktar kmieni twettaq il-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru indirizzat.

Artikolu 35

1. Aktar minn hekk, sentenza m'għandhiex tiġi rikonoxxuta jew tmur kontra s-Sezzjonijiet 3, 4 jew 6 ta' Kapitolu II, jew fil-każ li hemm disposizzjoni dwaru fl-Artikolu 72.

2. Fl-eżami tal-bażi tas-sentenza msemmija fil-paragrafu ta' qabel, il-qorti jew l-awtorità għandha tkun marbuta bis-sejbiet dwar il-fatt li fuqhom il-qorti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini tkun ibbażat il-ġurisdizzjoni tagħha.

3. Suġġett għal paragrafu 1, il-ġurisdizzjoni tal-qorti ta' l-Istat Membru ta' oriġini ma tistax tiġi reveduta. It-test ta' strateġija pubblika msemmija f'punt 1 ta' l-Artikolu 34 ma' jistax jiġi applikat għal regoli li għandhom x'jaqsmu ma' ġurisdizzjoni.

Artikolu 36

Sentenza barranija taħt l-ebda ċirkostanzi ma' tista' tiġi reveduta fuq is-sustanza tagħha.

Artikolu 37

1. Qorti ta' Stat Membru li fih ikun imfittex ir-rikonoxximent għal sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor jista' jwaqqaf il-proċeduri jekk ikun ġie ppreżentat appell ordinarju kontra s-sentenza.

2. Qorti ta' Stat Membru li fih ikun imfittex ir-rikonoxximent għal sentenza mogħtija fl-Irlanda jew fir-Renju Unit tista' twaqqaf il-proċeduri jekk l-infurzar ikun sospiż fl-Istat ta' oriġini, permezz ta' appell.

Sezzjoni 2

Eżekuzzjoni

Artikolu 38

1. Sentenza mogħtija fi Stat Membru u eżegwita f'dak l-Istat għandha tiġi eżegwita fi Stat Membru ieħor meta, fuq applikazzjoni ta' parti nteressata, tkun ġiet dikjarata eżegwibbli hemmhekk.

2. B'dan kollu, fir-Renju Unit, sentenza bħal din għandha tiġi eżegwita fl-Ingilterra u Wales, fl-Iskozja jew fl-Irlanda ta' Fuq meta, fuq applikazzjoni tal-parti interessata, tkun ġiet irreġistrata għall-eżekuzzjoni f'dik il-parti tar-Renju Unit.

Artikolu 39

1. L-applikazzjoni għandu tiġi ppreżentata lill-qorti jew awtorità kompetenti indikati fil-lista ta'L-Anness II.

2. Il-ġurisdizzjoni lokali għandha tiġi determinata b'referenza għal post tad-domiċilju tal-parti li kontra tagħha ikun imfittex l-eżekuzzjoni, jew fil-post ta' l-eżekuzzjoni.

Artikolu 40

1. Il-proċedura biex issir l-applikazzjoni għandha tiġi regolata bil-liġi ta' l-Istat Membru li fih tkun imfittxija l-eżekuzzjoni.

2. L-applikant għandu jipprovdi indirizz għas-servizz tal-proċess f'dik iż-żona tal-ġurisdizzjoni ta' qorti ta' fejn tkun saret l-applikazzjoni. B'dan kollu, jekk il-liġi ta' l-Istat Membru li fih ikun imfittxija l-eżekuzzjoni ma jipprovdix għal għoti ta' indirizz bħal dak, l-applikant għandu jaħtar rappreżentant ad litem.

3. Id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 53 għandhom ikunu mehmużin ma' l-applikazzjoni.

Artikolu 41

Is-sentenza għandha tiġi ddikjarata eżegwibbli immedjatament mat-twettieq tal-formalitajiet fl-Artikolu 53 mingħajr xi reviżjoni permezz ta' l-Artikoli 34 u 35. Il-parti li kontra tagħha tkun imfittxija l-eżekuzzjoni m'għandiex f'dan l-istadju tal-proċeduri tkun intitolata li tagħmel xi sottomissjonijiet dwar l-applikazzjoni.

Artikolu 42

1. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni għandha tkun miġjuba immedjatament għall-attenzjoni ta' l-applikant skond il-proċedura rikjesta bil-liġi ta' l-Istat Membru li fih tkun imfittxija l-eżekuzzjoni.

2. Id-dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni għandha tiġi servuta fuq il-parti li kontra tagħha tkun imfittxija l-eżekuzzjoni, akkumpanjata mis-sentenza, jekk dan ma jkunx diġa ġie servut fuq dik il-parti.

Artikolu 43

1. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta'eżekuzzjoni tista' tkun appellata minn kull parti.

2. L-appell għandu jkun ippreżentat fil-qorti indikata fil-lista ta' l-Anness III.

3. L-appell għandu jkun ittrattat skond ir-regoli li jirregolaw il-proċeduri f'materji kontradittorji.

4. Jekk il-parti li kontra tagħha tkun imfittxija l-eżekuzzjoni tonqos milli tidher quddiem il-qorti ta' l-appell fil-proċedimenti li jikkonċernaw appell imressaq mill-applikant, l-Artikolu 26(2) sa (4) għandu japplika anki meta l-parti li kontra tagħha tkun imfittxija l-eżekuzzjoni ma jkunx domiċiljat f'xi wieħed mill-Istati Membri.

5. Appell kontra id-dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni għandu jiġi ippreżentat fi żmien xahar mis-servizz tagħha. Jekk il-parti li kontra tagħha tkun imfittxija l-eżekuzzjoni jkun domiċiljat fi Stat Membru apparti minn dak li fih tkun ingħatat id-dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni, iż-żmien ta' l-appell għandu jkun ta' xahrejn u għandu jibda jgħodd mid-data tas-servizz, jew fuqu jew inkella fir-residenza tiegħu. L-ebda estenzjoni taż-żmien ma tista' tingħata minħabba distanza.

Artikolu 44

Il-ġudizzju mogħti fuq appell jista' jiġi kkontestat biss bl-appell imsemmi f'L-Anness IV.

Artikolu 45

1. Il-qorti fejn l-appell għandu jiġi ppreżentat permezz ta' l-Artikolu 43 jew l-Artikolu 44 għandu jiċħad jew jirrevoka dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni biss fuq il-bażi speċifikati f'L-Artikoli 34 u 35. Din għandha tagħti d-deċiżjoni mingħajr dewmien.

2. Taħt l-ebda ċirkostanzi, ma tista' jiġi reveduta s-sentenza barranija fuq is-sustanza tagħha.

Artikolu 46

1. Il-qorti li fih l-appell ikunu ġie ippreżentat permezz ta' l-Artikolu 43 jew l-Artikolu 44 jista', ma' l-applikazzjoni tal-parti li kontra tagħha jkun imfittex, jissosspendi l-proċedimenti jekk ikun tressaq appell ordinarju kontra s-sentenza fl-Istat Membru ta' oriġini jew jekk iż-żmien għal dak l-appel ma jkunx għadu skada; f'dan il-każ ta' l-aħħar, il-qorti tista tispeċifika iż-żmien li fih għandu jiġi mressaq dan l-appell.

2. Meta tkun ingħatat sentenza fl-Irlanda jew ir-Renju Unit, xi forma ta' appell disponibbli fl-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jkun ittrattat bħala appell ordinarju għall iskopijiet ta' paragrafu 1.

3. Il-qorti jista' wkoll jagħmel eżekuzzjoni kondizzjonali fuq id-disposizzjonijiet ta' garanzija kif tiddetermina hi.

Artikolu 47

1. Meta sentenza għandha tiġi rikonoxxuta skond dan ir-Regolament, xejn m'għandu jfixkel lil-applikant milli jagħmel użu mill-miżuri proviżjorji, inklużi miżuri protettivi, skond il-liġi ta' l-Istat Membru mitlub mingħajr ma tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni permezz ta' l-Artikolu 41.

2. Id-dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni għandu jkollha il-qawwa li tipproċedi għal xi miżuri protettivi.

3. Matul iż-żmien speċifikat għal appell bis-saħħa ta' l-Artikolu 43(5) kontra id-dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni u sa kemm xi appell bħal dak ikun ġie determinat, l-ebda miżuri ta' eżekuzzjoni ma jistgħu jittieħdu apparti minn miżuri protettivi kontra il-propjetà tal-parti li kontra tagħha tkun imfittxija l-eżekuzzjoni.

Artikolu 48

1. Meta tkun ingħatat sentenza barranija rigward diversi materji u d-dikjarazzjoni ta' l-eżekuzzjoni ma tkunx tista tkun mogħtija għalihom kollha, il-qorti jew l-awtorità kompetenti għandu jawtoriżża l-eżekuzzjoni għal wieħed jew aktar minnhom.

2. Applikant jista' jitlob dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni limitata għal parti mis-sentenza.

Artikolu 49

Sentenza barranija li tordna pagamenti perjodiċi bħala penali għandu jkun eżegwibbli, fl-Istat Membru li fih tkun imfittxija l-eżekuzzjoni, biss jekk l-ammont tal-pagament ikun ġie finalment determinat mill-qrati ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini.

Artikolu 50

Applikant li, fl-Istat Membru ta' l-oriġini, ikun ibbenefika minn għajnuna legali sħiħa jew parzjali jew mill-eżenzjoni tan-nefqa u l-ispejjeż għandu jkun intitolat, fil-proċedura li hemm disposizzjoni dwarha f'din is-Sezzjoni, għal benefiċċju ta' għajnuna legali l-aktar favorevoli jew l-eżenzjoni l-aktar estensiva mill-infiq u l-ispejjeż li hemm disposizzjoni dwarhom fil-liġi ta' l-Istat Membru indirizzat.

Artikolu 51

L-ebda garanzija, obbligu jew depożitu, independentament kif deskritt, m'għandu jkun meħtieġ minn parti li fi Stat Membru japplika għal eżekuzzjoni ta' sentenzi mogħtija fi Stat Membru ieħor fuq il-bażi li hu jkun ċittadin barrani jew li hu ma jkunx domiċiljat jew residenti fl-Istat li fih tkun imfittxija l-eżekuzzjoni.

Artikolu 52

Fil-proċedimenti għal ħruġ ta' dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni, m'għandhom jiġu mposti l-ebda impost, dazju jew miżata kkalkulati b'referenza għal valur tal-materja f'dak il-każ fl-Istat Membru li fih tkun imfittxija l-eżekuzzjoni.

Sezzjoni 3

Disposizzjonijiet komuni

Artikolu 53

1. Parti li tfittex r-Rikonoxximent jew li tapplika għal dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni għandha tipproduċi kopja tas-sentenza li jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha.

2. Parti li tapplika għal dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni għandha wkoll tipproduċi ċ-ċertifikat msemmija fl-Artikolu 54, bla ħsara għal l-Artikolu 55.

Artikolu 54

Il-qorti jew l-awtorità kompetenti ta' Stat Memnru fejn kienet ingħatat is-sentenza għandha toħroġ, fuq it-talba ta' xi parti interessata, ċertifikat li juża l-formola normali f'L-Anness V ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 55

1. Jekk ma jiġix prodott iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 54, il-qorti jew l-awtorità kompetenti tista' tispeċifika żmien għal preżentazzjoni tiegħu jew taċċetta dokument ekwivalenti jew, jekk tikkunsidra li jkollha informazzjoni suffiċjenti quddiemha, teżenta mil-produzzjoni tiegħu.

2. Jekk il-qorti jew l-awtorità kompetenti tkun teħtieġ,għandha tiġi prodotta traduzzjoni ta' dawk id-dokumenti. It-traduzzjoni għandha tkun iċċertifikata minn persuna kwalifikata biex tagħmel hekk fl-Istat Membru.

Artikolu 56

L-ebda legaliżazzjoni jew formalità oħra simili m'għandha tkun meħtieġa rigward id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 55(2), jew rigward dokument li jaħtar rappreżentant ad litem.

KAPITOLU IV

STRUMENTI AWTENTIĊI U TWETTIEQ TAL-QRATI

Artikolu 57

1. Dokument li kien ġie formalment imħejji jew irreġistrat bħala strument awtentiku u li jkun infurzabbli fi Stat Membru għandu, fi Stat Membru ieħor, ikun iddikjarat eżegwibbli hemm, ma' l-applikazzjoni magħmula skond id-disposizzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 38, et seq. Il-qorti li fih ikun ġie ippreżentat appell permezz ta' l-Artikolu 43 jew l-Artikolu 44 għandu jiċħad jew jirrevoka dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni biss jekk l-eżekuzzjoni ta' l-istrument tkun manifestament kontra strateġija pubblika fl-Istat Membru indirizzat.

2. Arranġamenti li għandhom x'jaqsmu ma' obbligi ta' manteniment konklużi ma' awtoritajiet amministrattivi jew awtentikati minnhom għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala strumenti awtentiċi fil-qofol ta' dak li jfisser paragrafu 1.

3. L-istrument prodott għandu jissoddisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa sabiex tkun stabbilita l-awtentiċità tiegħu fl-Istat Membru ta' l-oriġini.

4. Sezzjoni 3 ta' Kapitolu III għandha tapplika kif xieraq. Il-qorti jew l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn l-istrument ta' awtentiċità jkun tħejja jew irreġistrat għandha toħroġ, fuq it-talba ta' xi parti interessata, ċertifikat li juża l-formola normali f'L-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 58

Ftehim approvat minn qorti matul il-kors ta' proċedimenti u li jkun eżegwibbli fl-Istat Membru li fih ikun ġie konkluż għandu jkun eżegwibbli fl-Istat indirizzat premezz ta' l-istess kondizzjonijiet bħal strumenti awtentiċi. Il-qorti jew l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn it-twettieq tal-qorti kien ġie approvat għandha toħroġ, fuq it-talba ta' xi parti interessata, ċertifikat li juża l-formola normali f'L-Anness V ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 59

1. Sabiex ikun iddeterminat jekk parti jkollhiex id-domiċilju fl-Istat Membru li l-qrati tieghu ikunu invokati bil-materja, il-qorti għandu japplika il-liġi interna tiegħu.

2. Jekk parti ma tkunx domiċiljata fl-Istat Membru li l-qrati tiegħu ikunu invokati bil-materja, allura, sabiex ikun iddeterminat jekk parti jkolliex id-domiċilju fi Stat membru ieħor, il-qorti għandha tapplika il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 60

1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, kumpannija jew persuna ġuridika oħra jew assoċjazzjoni ta' persuni naturali jew ġuridika jkollha d-domiċilju fil-post fejn hi jkollha:

(a) is-sede statutorja, jew

(b) iċ-ċentru amministrattiv, jew

(ċ) il-post prinċipali tan-negozju.

2. Għall-iskopijiet tar-Renju Unit u l-Irlanda "sede statutorja" tfisser l-uffiċċju rreġistrat jew, meta ma jkun hemm imkien l-ebda uffiċċju bħal dan, il-post ta' l-inkorporazzjoni jew meta ma jkun hemm imkien l-ebda post bħal dan, il-post skond il-liġi li fih tkun seħħet il-formazzjoni.

3. Sabiex jiġi determinat jekk "trust" jkollhiex id-domiċilju fl-Istat Membru li l-qrati tieghu ikunu invokati bil-materja, il-qorti għandu japplika il-liġi privata internazzjonali.

Artikolu 61

Bla ħsara għal xi disposizzjonijiet aktar favorevoli tal-liġijiet nazzjonali, persuni li jkollhom d-domiċilju fi Stat Membru li jkunu għaddejin minn prosekuzzjoni fil-qrati kriminali ta' Stat Membru ieħor li tiegħu ma jkunux ċittadini għal offiża li ma kienitx imwettqa intenzjonalment jistgħu jiġi difiżi minn persuni hekk kwalifikati, anki jekk ma jidhrux huma personalment. B'dana kollu, il-qorti invokata fil-materja tista' tordna d-dehra personali; fil-każ ta' nuqqas ta' dehra, ġudizzju mogħti fl-azzjoni ċivili mingħajr ma' l-persuna jkollha l-opportunità li tħejji għad-difiża tagħha mhux bil-fors li jiġi rikonoxxut jew eżegwibbli fl-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 62

Fl-Isvezja, proċedimenti sommarji li jirrigwardjaw l-ordnijiet għal ħlas (betalningsföreläggande) u l-assistenza (handräckning), l-espressjoni "qorti" tinkludi "Is-Servizz ta' Infurzar Svediż"(kronofogdemyndighet)

Artikolu 63

1. Persuna domiċiljata fit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u li tkun imfittxija fil-qorti ta' Stat Membru ieħor bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(1) tista' tirrifjuta li tissottometti l-ġurisdizzjoni f'dak il-qorti jekk il-post finali tal-kunsinna ta' l-oġġetti jew il-forniment tas-servizzi jkun fil-Lussemburgu.

2. Meta, permezz ta' paragrafu 1, il-post finali għal kunsinna ta' oġġetti jew għal forniment tas-servizzi ikun fil-Lussemburgu, xi ftehim li jikkonċedi l-ġurisdizzjoni għandu, sabiex ikun validu, ikun aċċettat bil-kitba jew ikkonfermat bil-kitba fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 23(1)(a).

3. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw għal kuntratti għal forniment ta' servizzi finanzjarji.

4. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal perjodu ta' sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 64

1. Fi proċedimenti li jinvolvu kwistjoni bejn il-kaptan u l-membri ta' l-ekwipaġġ ta' vapur li jbaħħar irreġistrat fil-Greċja jew fil-Portugall, rigward remunerazzjoni jew kondizzjonijiet oħra ta' servizz, qorti fi Stat Membru għandha tistabilixxi jekk l-uffiċjal diplomatiku jew konsulari responsabbli għal vapur ikunx ġie notifikat bil-kwistjoni. Il-qorti tkun tista' taġixxi malli dak l-uffiċjal jiġi notifikat.

2. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal perjodu ta' sitt snin mid-dħul b'effett ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 65

1. Il-ġurisdizzjoni speċifikata fl-Artikolu 6(2), u l-Artikolu 11 f'azzjonijiet dwar mandat ta' garanzija jew f'xi proċedimenti oħra ta' parti terza jistgħu ma jkunux invokati fil-Ġermanja u l-Awstrija. Kwalunkwe persuna domiċiljata fi Stat Membru ieħor tista' tkun imfittxija fil-qrati:

(a) fil-Ġermanja, bis-saħħa ta' l-Artikolu 68 u 72 sa 74 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung) li tikkonċerna avviżi lill-partijiet terzi.

(b) fl-Awstrija, bis-saħħa ta' l-Artikolu 21 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung) li tikkonċerna avviżi lill-partijiet terzi.

2. Sentenzi mogħtija fi Stati Membri oħra bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(2), jew l-Artikolu 11 jistgħu jiġu rikonoxxuti u eżegwibbli fil-Ġermanja u l-Awstrija skond il-Kapitolu III. Xi effetti li sentenzi mogħtija f'dawn l-Istati jista' jkollhom fuq partijiet terzi bl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' paragrafu 1 għandhom ukoll jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra.

KAPITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI

Artikolu 66

1. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal proċedimenti legali istitwiti u għal dokumenti formalment imħejjija jew irreġistrati bħala strumenti awtentiċi wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

2. B'dana kollu, jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta' l-oriġini infetħu qabel id-dħul b'effett ta' dan ir-Regolament, sentenza mogħtija wara dik id-data għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwibbli skond il-Kapitolu III,

(a) jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta' l-oriġini infetħu wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta' Brussel jew il-Konvenzjoni ta' Lugano, kemm fl-Istat Membru ta' l-oriġini u fl-Istat Membru indirizzat;

(b) fil-każi l-oħra kollha, jekk il-ġurisdizzjoni kienet ibbażata fuq ir-regoli li kienu mogħtija ma' dawk li hemm disposizzjoni dwarhom jew f'Kapitolu II jew f'konvenzjoni konkluża bejn l-Istat Membru ta' l-oriġini u l-Istat Membru indirizzat li kienet tapplika meta nfetħu l-proċedimenti.

KAPITOLU VII

RELAZZJONIJIET MA' STRUMENTI OĦRA

Artikolu 67

Dan ir-Regolament m'għandux jippreġudika l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet li jirregolaw ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenza f'materji speċifiċi li jinstabu fi strumenti tal-Komunità jew f'leġislazzjoni nazzjonali armoniżżata bis-saħħa ta' strumenti bħal dawn.

Artikolu 68

1. Dan ir-Regolament għandu, bħal bejn Stati Membri, jissupera il-Konvenzjoni ta' Brussel, ħlief f'dak li jirrigwardja t-territorji ta' l-Istati Membri li jidħlu fl-iskop territorjali ta' din il-Konvenzjoni u li huma esklużi minn dan ir-Regolament bis-saħħa ta' l-Artikolu 299 tat-Trattat.

2. Sakemm dan ir-Regolament jieħu post id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Brussel bejn Stati Membri, xi referenzi għal Konvenzjoni għandhom jinfthiemu bħala referenza għal dan ir-Regolament.

Artikolu 69

Suġġett għal l-Artikolu 66(2) u l-Artikolu 70, dan ir-Regolament għandu, bħal bejn Stati Membri, jissupera dawn il-konvenzjonijiet u t-trattat li ġejjin konklużi bejn tnejn jew aktar minnhom:

- il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u Franza dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Validità u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet ta' Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi, iffirmat f'Pariġi fit-8 ta' Lulju 1899,

- il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Olanda dwar il-Ġurisdizzjoni, Falliment u l-Validità u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet ta' Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi, iffirmat fi Brussel fit-28 ta' Marzu 1925,

- il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Italja dwar l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Ruma fit-3 ta' Ġunju 1930,

- il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Italja dwar r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Ruma fid-9 ta' Marzu 1936,

- il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Awstrija dwar r-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi u Strumenti Awtentiċi li għandhom x'jaqsmu ma' l-Obbligi ta' Manteniment, iffirmata fi Vjenna fil-25 ta' Ottubru 1957,

- il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Belġju dwar r-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet f'Arbitraġġ u Strumenti ta' Awtentiċità f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Bonn fit-30 ta' Ġunju 1958,

- il-Konvenzjoni bejn l-Olanda u l-Italja dwar r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Ruma fis-17 ta'April 1959,

- il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Awstrija dwar r-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet u Strumenti ta' Awtentiċità f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fis-6 ta' Ġunju 1959,

- il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Awstrija dwar r-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet ta' Arbitraġġ u Strumenti ta' Awtentiċità f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fis-16 ta' Ġunju 1959,

- il-Konvenzjoni bejn il-Greċja u l-Ġermanja dwar r-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet u Strumenti ta' Awtentiċità f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Ateni fil-4 ta' Novembru 1961,

- il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Italja dwar r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Ruma fis-6 t'April 1962,

- il-Konvenzjoni bejn l-Olanda u l-Ġermanja dwar r-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi u Strumenti Inforzabbli Oħra f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'The Hague fit-30 ta'Awissu 1962,

- il-Konvenzjoni bejn l-Olanda u l-Awstrija dwar r-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi u Strumenti Awtentiċi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'The Hague fis-6 ta' Frar 1963,

- il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Awstrija dwar r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet u Strumenti ta' Awtentiċità f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fil-15 ta' Lulju 1966,

- il-Konvenzjoni bejn Spanja u Franza dwar r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet ta' Arbitraġġ f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Pariġi fit-28 ta' Mejju 1969,

- il-Konvenzjoni bejn il-Lussemburgu u l-Awstrija dwar r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet u Strumenti ta' Awtentiċità f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fil-Lussemburgu fid-29 ta' Lulju 1971,

- il-Konvenzjoni bejn l-Italja u l-Awstrija dwar r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, f'Materji Ċivili u Kummerċjali, u ta' Għotjiet Ġudizzjarji u ta' Strumenti Awtentiċi iffirmata f'Ruma fis-29 ta' Novembru 1971,

- il-Konvenzjoni bejn Spanja u l-Italja dwar l-Għajnuna Legali u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Madrid fit-22 ta' Mejju 1973,

- il-Konvenzjoni bejn il-Finlandja, l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvezja u d-Danimarka dwar r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili, iffirmata f'Copenhagen fil-11 ta' Ottubru 1977,

- il-Konvenzjoni bejn l-Awstrija u l-Isvezja dwar r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili, iffirmata fi Stokkolma fis-16 ta' Settembru 1982,

- il-Konvenzjoni bejn Spanja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet u Strumenti Eżegwibbli ta' Awtentiċità f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Bonn fl-14 ta' Novembru 1983,

- il-Konvenzjoni bejn l-Awstrija u Spanja dwar r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet u Strumenti Eżegwibbli ta' Awtentiċità f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fis-17 ta' Frar 1984,

- il-Konvenzjoni bejn il-Finlandja u l-Awstrija dwar r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili, iffirmata fi Vjenna fis-17 ta' Novembru 1986, u

- it-Tratt bejn il-Belġju, l-Olanda u l-Lussemburgu dwar Ġurisdizzjoni, Falliment u Validità u Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet ta' Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi, iffirmat fi Brussel fl-24 ta' Novembru 1961, sakemm dan ikun għadu effettiv.

Artikolu 70

1. It-Trattat u Konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 69 għandu jibqa' jkollhom effett fir-rigward ta' materji li dwarhom dan ir-Regolament ma japplikax.

2. Għandu jibqa' jkollhom effett fir-rigward ta' sentenzi mogħtija u dokumenti formalment imħejjija jew reġistrati bħala strumenti awtentiċi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 71

1. Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa xi konvenzjoni li dwari l-Istati Membri jkunu parti u li b'relazzjoni għal materji partikolari, jirregola ġurisdizzjoni jew r-Rikonoxximent jew eżekuzzjoni ta' sentenzi.

2. Bil-għan ta' l-interpretazzjoni uniformi tiegħu, paragrafu 1 għandu jiġi applikat b'dan il-mod:

(a) dan ir-Regolament m'għandux ifixkel qorti ta' Stat Membru, li jkun parti mill-konvenzjoni dwar materja partikolari, milli jassumi ġurisdizzjoni skond dik il-konvenzjoni, anki meta l-konvenut ikun domiċiljat fi Stat Membru ieħor li ma jkunx partu minn dik il-konvenzjoni. Il-qorti li jkun jisma' l-azzjoni għandu, fi kwalunkwe każ, japplika l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament;

(b) sentenzi mgħotija fi Stat Membru minn qorti fl-eżerċizju ta' ġurisdizzjoni li hemm disposizzjoni dwarha f'konvenzjoni dwar materja partikolari għandhom jiġu rikonoxxuti u eżegwibbli fl-Istati Membru l-oħra skond dan ir-Regolament.

Meta konvenzjoni dwar materja parikolari li dwarha kemm l-Istat Membru tal-oriġini u l-Istat Membru indirizzat ikunu partijiet ikunu qiegħdu kondizzjonijet għall-eżekuzzjoni ta' sentenzi, dawn il-kondizzjonijiet għandhom japplikaw. Fi kwalunkwe każ, id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw il-proċedura għal rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi jistgħu japplikaw.

Artikolu 72

Dan ir-Regolament m'għandux jaffetwa ftehim li permezz tiegħu Stati Membri ntrabtu, qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament bis-saħħa ta' l-Artikolu 59 tal-Konvenzjoni ta' Brussel, li ma jirrikonoxxux sentenzi mogħtija, b'mod partikolari fi Stati Kontrattanti oħra għal dik il-Konvenzjoni, kontra konvenuti li jkunu domiċiljati jew abitwalment residenti f'pajjiż terz meta, f'każi li hemm disposizzjoni dwarhom fl-Artikolu 4 ta' dik il-Kovenzjoni, il-ġudizzju jista' biss ikun ibbażat fuq bażi ta' ġurisdizzjoni speċifkata fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni.

KAPITOLU VIII

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 73

Mhux aktar tard minn ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku w Soċjali rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk hemm bżonn, minn proposti għal xi tibdiliet f'dan ir-Regolament.

Artikolu 74

1. Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-testi li jemendaw il-listi mniżżla f'L-Annessi I sa IV. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-Annessi kkonċernati kif jenħtieġ.

2. L-aġġornment jew l-aġġustamenti tekniċi għal formoli, li kampjuni tagħhom jidhru f'L-Annessi V u VI, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75(2).

Artikolu 75

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna minn kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 ta' Deċiżjoni 1999/468/KE.

3. Il-Kumitat għandu jadotta ir-regoli tal-proċedura tiegħu.

Artikolu 76

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Marzu 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Pierret

[1] ĠU C 376, 28.12.1999, p. 1.

[2] L-opinjoni mogħtija fil-21 ta' Settembru 2000 (li għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 117, 26.4.2000, p. 6.

[4] ĠU L 299, 31.12.1972, p. 32.ĠU 304, 30.10.1978, p. 1.ĠU L 388, 31.12.1982, p. 1.ĠU L 285, 3.10.1989, p. 1.ĠU C 15, 15.1.1997, p. 1.Għal test ikkonsolidat, ara ĠU C 27, 26.1.1998, p. 1.

[5] ĠU L 204, 2.8.1975, p. 28.ĠU L 304, 30.10.1978, p. 1.ĠU L 388, 31.12.1982, p. 1.ĠU L 285, 3.10.1989, p. 1.ĠU C 15, 15.1.1997, p. 1.Għal test ikkonsolidat, ara ĠU C 27, 26.1.1998, p. 28.

[6] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[7] ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65).

[8] ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2000/26/KE.

[9] ĠU L 330, 29.11.1990, p. 44.

[10] ĠU L 160, 30.6.2000, p. 37.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Regoli ta' ġurisdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 4(2)

Ir-regoli ta' ġurisdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 4(2) huma dawn li ġejjin:

- fil-Belġju: l-Artikolu 15 tal-Kodiċi Ċivili (Code civil/Burgerlijk Wetboek) u l-Artikolu 638 tal-Kodiċi Ġudizzjarja (Code judiciaire/Gerechtelijk Wetboek);

- fil-Ġermanja: l-Artikolu 23 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung),

- fil-Greċja, l-Artikolu 40 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Κώδικας Πολιτικής Δικονομίας);

- fi Franza: l-Artikoli 14 u 15 tal-Kodiċi Ċivili) (Code Civil),

- fl-Irlanda: ir-regoli li jawtoriżżaw ġurisdizzjoni bbażata fuq id-dokument li jiftħu l-proċedimenti li jkun ġie servut fuq il-konvenut matul il-preżenza temporanja tiegħu fl-Irlanda,

- fl-Italja: l-Artikoli 3 u 4 ta' Att 218 tal-31 ta' Mejju 1995,

- fil-Lussemburgu: l-Artikoli 14 u 15 tal-Kodiċi Ċivili (Code civil),

- fl-Olanda: l-Artikoli 126(3) u 127 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Wetboek van Burgerlijke Rechtsvordering),

- fl-Awstrija: l-Artikolu 99 ta' l-Att tal-Qorti tal-Ġurisdizzjoni (Jurisdiktionsnorm),

- fil-Portugal: l-Artikolu 65 u 65a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil) u l-Artikolu 11 tal-Kodiċi tal-Proċedura tax-Xogħol (Código de Processo de Trabalho),

- fil-Finlandja: it-tieni, it-tielet u r-raba' sentenzi ta' l-ewwel paragrafu ta' Sezzjoni 1 ta' Kapitolu 10 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (oikeudenkäymiskaari/rättegångsbalken),

- fl-Isvezja: l-ewwel sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' Sezzjoni 3 ta' Kapitolu 10 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (rättegångsbalken),

- fir-Renju Unit: regoli li jawtoriżżaw ġurisdizzjoni bbażata fuq:

(a) id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti illi jkun ġie servut fuq il-konvenut matul il-preżenza temporanja tiegħu fir-Renju Unit; jew

(b) il-preżenza fir-Renju Unit ta' propjetà li tappartjeni lil-konvenut; jew

(ċ) is-sekwestru mill-attur ta' propjetà li tkun tinsab fir-Renju Unit.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Il-qrati jew awtoritajiet kompetenti li dwarhom l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 39 tista' tkun sottomessa huma dawn li ġejjin:

- fil-Belġju, il- "tribunal de première instance" jew "rechtbank van eerste aanleg" jew "erstinstanzliches Gericht",

- fil-Ġermanja, l-imħallef li jippresiedi il-kamra tal-"Landgericht",

- fil-Greċja, il-' "Μονομελές Πρωτοδικείο",

- fi Spanja, il-"Juzgado de Primera Instancia",

- Fi Franza, l-Imħallef presidenti tat-"tribunal de grande instance",

- fl-Irlanda, il-High Court,

- fl-Italja, il-"Corte d'appello",

- Fil-Lussemburgu, l-Imħallef li jippressiedi t-"Tribunal d'arrondissement",

- fl-Olanda, l-Imħallef li jippressiedi l-"arrondissementsrechtbank",

- fl-Awstrija, il-"Bezirksgericht",

- fil-Portugall, it-"Tribunal de Comarca",

- fil-Finlandja, il-"käräjäoikeus/tingsrätt",

- fl-Isvezja, il-"Svea hovrätt",

- fir-Renju Unit:

(a) fl-Ingilterra u Wales, Il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja, jew fil-każ ta' ġudizzju ta' manteniment, il-Qorti tal-Maġistrati dwar it-trasmissjoni mis-Segretarju ta' l-Istat;

(a) fl-Iskozja, il-Qorti tas-Sezzjoni, jew fil-każ ta' ġudizzju ta'manteniment, il-Qorti tax-Sheriff dwar it-trasmissjoni mis-Segretarju ta' l-Istat;

(ċ) fl-Irlanda ta' Fuq, il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja, jew fil-każ ta' ġudizzju ta' manteniment, il-Qorti tal-Maġistrati dwar it-trasmissjoni mis-Segretarju ta' l-Istat;

(d) fil-Ġibiltà, il-Qorti Suprema tal-Ġibiltà, jew fil-każ ta' ġudizzju ta' manteniment, il-Qorti tal-Maġistrati dwar ir-trasmissjoni mill-Avukat Ġenerali tal-Ġibiltà.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Il-qrati li lihom l-appelli msemmija fl-Artikolu 43(2) jistgħu ikunu ppreżentati huma dawn li ġejjin:

- fil-Belġju,

(a) f'dak li għandu x'jaqsam ma' appell mil-konvenut: it-"tribunal de première instance" jew "rechtbank van eerste aanleg", jew "erstinstanzliches Gericht",

(b) f'dak li għandu x'jaqsam ma' appell mill-applikant: il-"Cour d'appel" jew "hof van beroep",

- fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-, "Oberlandesgericht",

- fil-Greċja, il-'"Εφετείο"?

- fi Spanja, il-"Audiencia Provincial",

- fi Franza, il-"Cour d'appel",

- fl-Irlanda, il-High Court,

- fl-Italja, il-"Corte d'appello",

- fil-Lussemburgu, il-"Cour supérieure de Justice" li jkun jaġixxi bħala qorti ta' l-appell,

- fl-Olanda:

(a) għall-konvenut: il-"arrondissementsrechtbank",

(b) għall-applikant: il-"gerechtshof",

- fl-Awstrija, il-"Bezirksgericht"

- ,–fil-Portugall, il-"Tribunal de Relação",

- fil-Finlandja, il-"hovioikeus/hovrätt"

- ,–fl-Isvezja, il-"Svea hovrätt",

- –fir-Renju Unit:

(a) fl-Ingilterra u Wales, Il-Qorti Superjuri tal-Ġustizja, jew fil-każ ta' sentenza ta' manteniment, il-Qorti tal-Maġistrati;

(b) fl-Iskozja, il-Qorti tas-Sezzjoni, jew fil-każ ta' sentenza ta' manteniment, il-Qorti tax-Sheriff;

(ċ) fl-Irlanda ta' Fuq, Il-Qorti Superjuri tal-Ġustizja, jew fil-każ ta' sentenza ta' manteniment, il-Qorti tal-Maġistrati;

(d) f'Ġibiltà, il-Qorti Suprem ta' Ġibiltà, jew fil-każ ta' sentenza ta' manteniment, il-Qorti tal-Maġistrati.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

L-appelli li jistgħu ikunu ippreżentati bis-saħħa ta' l-Artikolu 44 huma dawn li ġejjin:

- bil-Belġju, l-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u fl-Olanda, b'appell fil-kassazzjoni,

- fil-Ġermanja, minn "Rechtsbeschwerde",

- fl-Irlanda, b'appell fuq il-punt tal-liġi lill Qorti Suprema,

- fl-Awstrija, minn "Revisionsrekurs",

- fil-Portugall, b'appell fuq il-punt tal-liġi,

- fil-Finlandja, b'appell lil "korkein oikeus/högsta domstolen",

- fl-Isvezja, b'appell lil "Högsta domstolen",

- fir-Renju Unit, b'appell waħdieni ieħor fuq punt tal-liġi.

--------------------------------------------------

ANNESS V

Ċertifikat imsemmi fl-Artikoli 54 u 58 tar-Regolament dwar sentenzi u deċiżjonijiet tal-qrati

(English, inglés, anglais, inglese,…)

1. Stat Membru tal-oriġini

2. Il-qorti jew l-awtorità kompetenti li toħroġ ic-ċertifikat

2.1. Isem

2.2. Indirizz

2.3. Tel./fax/e-mail

2.4. Il-qorti li tat is-sentenza/jew approvat il-ftehim tal-qorti [1]

2.5. It-tip ta' qorti

2.6. Il-lokalità tal-qorti

2.7. Is-sentenza jew ftehim tal-qorti [2]

2.8. Data

2.9. Numru ta' referenza

2.9.1. Il-partijiet għas-sentenza/ftehim tal-qorti [3]

2.9.2. Isem/ismijijet tal-attur(i)

2.9.3. Isem/ismijiet tal-konvenut(i)

2.9.4. Isem/ismijiet tal-parti/partijiet oħrajn (jekk ikun hemm)

2.10. Data tas-servizz tad-dokument li jibda l-proċeduri fejn is-sentenza ġie mogħti mingħajr dehra l-qorti

2.11. It-test tas-sentenza/ftehim tal-qorti [4] anness ma' dan iċ-ċertifikat

3. Ismijiet tal-partjiet li ingħatalhom għajnuna legali

Is-sentenza/ftehim tal-qorti [5] huwa infurzabbli fl-Istat Membru tal-oriġini (L-Artikoli 38 and 58 tar-Regolament) kontra:

Isem:

Magħmul fi …, data…

Firma u/jew timbru…

[1] Ħassar fejn xieraq.

[2] Ħassar fejn xieraq.

[3] Ħassar fejn xieraq.

[4] Ħassar fejn xieraq.

[5] Ħassar fejn xieraq.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

Ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 57(4) tar-Regolament fl-istrumenti awtentiċi

(English, inglés, anglais, inglese…)

1. Stat Member ta' oriġini

2. L-awtorità kompetenti li toħroġ ic-ċertifikat

2.1. Isem

2.2. Ismijiet

2.3. Tel./fax/e-mail

3. L-awtorità li awtentikat l-istrument

3.1. L-awtorità involuta fl-iddraftjar tal-istrument awtentku (fejn applikabbli)

3.1.1. Isem u deskrizzjoni tal-awtorità

3.1.2. Lokalità tal-awtorità

3.2. L-awtorità li rreġistrat l-istrument awtentiku (fejn applikabbli)

3.2.1. Tip ta' awtorità

3.2.2. Lokalità tal-awtorità

4. Strument awtentiku

4.1. Deskrizzjoni tal-istrument

4.2. Data

4.2.1. li fiha sar l-istrument

4.2.2. jekk differenti: li fiha ġie rreġistrat l-istrument

4.3. Numru ta' referenza

4.4. Partijiet għall-istrument

4.4.1. Isem tal-kreditur

4.4.2. Isem tad-debitur

5. Test tal-obbligu eżegwibbli kif anness maċ-ċertifikat

L-instrument awtentiku huwa eżegwibbli kontra d-debitur fl-Istat Membru tal-oriġini (L-Artikolu 57(1) tar-Regolament)

Magħmul …, data…

Firma u/jew timbru…

--------------------------------------------------

Top