Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0095

Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodottiTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2024; Imħassar b' 32023R0988

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/95/oj

32001L0095



Official Journal L 011 , 15/01/2002 P. 0004 - 0017


Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill

tat-3 ta’ Diċembru 2001

dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Huma u jaġixxu skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fit-2 ta’ Awissu 2001,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/59/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1992 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti [4], il-Kunsill ried jiddeċiedi, erba’ snin wara d-data ffissata sabiex tiġi implimentata d-Direttiva msemmija, fuq il-bażi ta’ rapport tal-Kummissjoni fuq l-esperjenza miksuba, flimkien mal-proposti approprjati jekk tiġix aġġustata d-Direttiva 92/59/KEE. Huwa meħtieġ li tiġi emendata d-Direttiva 92/59/KEE f’numru ta’ rigwardi, sabiex jiġu kkompletati, irrinfurzati u ċċarati uħud mid-dispożizzjonijiet tagħha fid-dawl ta’ l-esperjenza kif ukoll l-iżviluppi ġodda u rilevanti dwar is-siġurtà tal-prodotti tal-konsumatur, flimkien mal-bidliet magħmula lit-Trattat, b’mod speċjali l-Artikoli 152 li jirrigwarda s-saħħa u l-153 li jirrigwarda l-protezzjoni tal-konsumatur, u fid-dawl tal-prinċipju prekawzjonarju. Id-Direttiva 92/59/KEE għandha għaljekk tiġi abbozzata mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza. Dan l-abbozzament iħalli barra s-sigurtà tas-servizzi mill-iskop ta’ din id-Direttiva, ġaladarba l-Kummissjoni beħsiebha tidentifika l-ħtiġiet, il-possibbiltajiet u l-prijoritajiet għal azzjoni Komunitarja dwar is-sigurtà tas-servizzi u l-lijabbiltà tal-provvedituri tas-servizzi, bil-ħsieb li tippreżenta proposti approprjati.

(2) Huwa importanti li jiġu adottati miżuri bil-għan li jiġi mtejjeb il-funzjonament tas-suq intern li jikkomprendi firxa mingħajr fruntieri interni li fih huwa żgurat il-moviment ħieles ta’ l-oġġetti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital.

(3) Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji, il-leġislazzjoni orizzontali ta’ l-Istati Membri dwar is-sigurtà tal-prodotti, li timpono b’mod partikolari obbligu ġenerali fuq l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq biss prodotti ta’ sigurtà, tista’ tiddifferixxi fil-livell tal-protezzjoni offruta lill-konsumaturi. Dawn id-disparitajiet, u n-nuqqas ta’ leġislazzjoni orizzontali f’uħud mill-Istati Membri, jistgħu jkunu lijabbli li jinħolqu xkilijiet għall-kummerċ u t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni ġewwa s-suq intern.

(4) Sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni lill-konsumaturi, il-Komunità trid tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. Il-leġislazzjoni orizzontali Komunitarja li ddaħħal ħtieġa ta’ sigurtà ġenerali għall-prodotti, u li fiha dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ġenerali tal-produtturi u tad-distributuri, dwar il-ħtiġiet Komunitarji tas-sigurtà tal-prodotti u dwar l-iskambju rapidu tat-tagħrif u l-azzjoni fil-livell Komunitarju f’ċerti każi, għandha tikkontribwixxi għal dan il-għan.

(5) Huwa diffiċli ħafna li tiġi adottata l-leġilazzoni Komunitarja għal kull prodott li jeżisti jew li jista’ jiġi żviluppat; teżisti l-ħtieġa għal qafas leġislattiv b’bażi wiesa’ ta’ natura orizzontali sabiex jittratta dawn il-prodotti, u wkoll biex ikopri n-nuqqasijiet, b’mod partikolari sakemm tiġi rriveduta l-leġislazzjoni speċifika eżistenti, u għalbiex tikkumplimenta d-dispożizzjonijiet li jeżistu jew il-leġislazzjoni speċifika ġejjiena, b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-konsumaturi, kif meħtieġ bl-Artikolu 95 tat-Trattat.

(6) Huwa għalhekk metieġ li tiġi stabbilita fil-livell Komunitarju ħtieġa ġenerali tas-sigurtà għal kull prodott imqiegħed fis-suq, jew fornit xorta oħra jew magħmul disponibbli għall-konsumaturi, maħsub għall-konsumaturi jew li x’aktarx jintuża mill-konsumaturi fuq kondizzjonijiet raġjonevoli previsti saħansitra jekk mhux maħsuba għalihom. F’dawn il-każijiet kollha, il-prodotti taħt konsiderazzjoni jistgħu joppreżentaw riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi li jridu jiġu pprevenuti. Ċerti oġġetti sekonda man għandhom madankollu jiġu esklużi min-natura tagħhom stess.

(7) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti irrispetivament mill-metodi tat-teknika tal-bejgħ, inklużi l-bejgħ mill-bogħod u l-bejgħ elettroniku.

(8) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b’mod partikolari l-kategorija tal-konsumaturi li tista’ tkun vulnerabbli b’mod partikolari għar-riskju maħluq mill-prodotti taħt konsiderazzjoni, b’mod partikolari t-tfal u l-persuni anzjani.

(9) Din id-Direttiva ma tkoprix is-servizzi, imma sabiex jiġi żgurat illi jintlaħqu l-miri tal-protezzjoni fil-kwistjoni, id-diposizzjonijiet tagħha għandhom japplikaw ukoll għall-prodotti forniti jew magħmula disponibbli lill-konsumaturi fil-kuntest tal-provvediment tas-servizzi għall-użu minnhom. Is-sigurtà tat-tagħmir użat mill-provvedituri tas-servizzi nfushom għalbiex ifornu servizz lill-konsumaturi ma jidħolx fl-iskop ta’ din id-Direttiva ġaladarba trid tiġi ttrattata f’għaqda mas-sigurtà tas-servizz ipprovvdut. B’mod partikolari, it-tagħmir li fuqu l-konsumaturi jirkbu jew jivvjaġġaw li jkun imħaddem minn provveditur tas-servizzi huwa eskluż mill-iskop ta’ din id-Direttiva.

(10) Il-prodotti li huma ddisinjati b’mod esklussiv għall-użu professjonali imma li wara ġew imdawra għas-suq tal-konsumatur għandhom ikunu bla ħsara għall-ħtiġiet ta’ din id-Diretiva għaliex jistgħu joħolqu riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi meta wżati taħt kondizzjonijiet previsti raġjonevolment.

(11) Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet iktar speċifiċi, ġewwa l-qafas tal-leġislazzjoni Komunitarja li tkopri s-sigurtà tal-prodotti interessati, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva sabiex jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur.

(12) Jekk leġislazzjoni speċifika Komunitarja tiddikjara l-ħtiġiet tas-sigurtà li jkopru biss ċerti riskji jew kategoriji ta’ riskji, rigward il-prodotti interessati l-obbligi ta’ l-operaturi ekonomiċi rigward dawn ir-riskji huma dawk stabbiliti bid-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni speċifika, filwaqt li l-ħtieġa ġenerali tas-sigurtà ta’ din id Direttiva għandha tapplika għar-riskji l-oħra.

(13) Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li għandhom x’jaqsmu ma ’ l-obbligi l-oħra tal-produtturi u d-distributuri, l-obbligi u l-poteri ta’ l-Istati Membri, l-iskambji tat-tagħrif u s-sitwazzjonijiet ta’ interventi rapidi u d-disseminazzjoni u l-kunfidenzjalità tat-tagħrif japplikaw fil-każ tal-prodotti koperti bir-regoli speċifiċi tal-liġijiet Komunitarji, jekk dawn ir-regoli ma jkunx diġà fihom dawn l-obbligi.

(14) Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-ħtieġa ġenerali tas-sigurtà ta’ din id-Direttiva, huwa importanti li jiġu stabbiliti standards Ewropej volontarji li jkopru ċerti prodotti u riskji hekk illi prodott li jikkonforma ma’ standard li jittrasponi standard Ewropew jiġi kkunsidrat li jkun iħares il-ħtieġa msemmija.

(15) Rigward il-għanijiet ta’ din id-Direttiva, l-i standards Ewropej għandhom jiġu stabbiliti mill-korpi Ewropej ta’ l-istandardizzazzjoni, taħt il-mandati ffissati mill-Kummissjoni megħjuna mill-Kumitati approprjati. Sabiex jiġi żgurat illi l-prodotti li jħarsu l-i standards iwettqu l-ħtieġa ġenerali tas-sigurtà, il-Kummissjoni megħjuna minn kumitat kompost mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri, għandha tiffissa l-ħtiġiet li dawn l-i standards iridu jilħqu. Dawn il-ħriġiet għandhom jiġu inklużi fil-mandati lill-korpi ta’ l-istandardizzazzjoni.

(16) Fin-nuqqas ta’ regoli speċifiċi u meta ma jkunux disponibbli l-i standards Ewropej stabbiliti taħt il-mandati ffissati mill-Kummissjoni jew ma jsirx rikors għal dawn l-i standards, is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu b’mod partikolari l-i standards li jittrasponu kull standard ieħor rilevanti Ewropew jew internazzjonali, il-kodiċi tal-prattika t-tajba, l-iprem kwalità u s-sigurtà li l-konsumaturi jistgħu jistennew b’mod raġjonevoli. F’dan il-kuntest, ir-rakkommandazzjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jiffaċilitaw l-applikazzjoni konsistenti u effettiva ta’ din id-Direttiva sakemm jiġu introdotti l-i standards Ewropej jew rigward ir-riskji u/jew il-prodotti li għalihom dawn l-i standards jitqiesu li mhumiex possibbli jew approprjati.

(17) Iċ-ċertifikazzjoni approprjata indipendenti kkonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti tista’ tiffaċilita l-prova tal-konformità mal-kriterji li japplikaw għas-sigurtà tal-prodotti.

(18) Huwa approprjat li jiġi ssupplimentat id-dmir li tiġi osservata l-ħtieġa ġenerali tas-sigurtà mill-obbligi l-oħra fuq l-operaturi għaliex hija meħtieġa l-azzjoni minn dawn l-operaturi sabiex jiġu pprevenuti r-riskji lill-konsumaturi taħt ċerti ċirkostanzi.

(19) L-obbligi addizzjonali fuq il-produtturi għandhom jinkludu d-dmir li jadottaw miżuri li jkunu pproporzjonati mal-karatteristiċi tal-prodotti, hekk li jgħinhom li jkunu mgħarrfa bir-riskji illi dawn il-prodotti jistgħu jippreżentaw, li jfornu lill-konsumaturi bit-tagħrif li jgħinhom jistmaw u jipprevjienu r-riskji, li jwissu lill-konsumaturi bir-riskji ppreżentati mill-prodotti perikolużi diġà forniti lilhom, li jirtiraw dawn il-prodotti mis-suq, u bħala l-aħħar rimedju, isejħuhom lura meta meħtieġ, li, jiddependi mid-dispożizzjonijiet applikabbli fl-Istati Membri, jistgħu jinvolvu għamla approprjata ta’ kumpens, per eżempju l-iskambju jew ir-rimborż.

(20) Id-distributuri għandhom jgħinu li jiġi żgurat it-tħaris tal-ħtiġiet applikabbli tas-sigurtà. L-obbligi imposti fuq id-distributuri japplikaw b’mod proporzjonali għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom. B’mod partikolari, jista’ jkun impossibli, fil-kuntest ta’ l-attivitajiet karitatevoli, li l-awtoritajiet kompetenti jiġu pprovvduti bit-tagħrif u d-dokumentazzjoni tar-riskji possibbli u l-oriġini tal-prodott fil-każ ta’ oġġetti wżati b’mod iżolat ipprovduti minn individwi privati.

(21) Kemm il-produtturi u kemm id-distributuri għandhom jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti fl-azzjoni mmirata li tipprevjieni r-riskji u jgħarrfuhom meta jikkonkludu illi ċerti prodotti forniti huma perikolużi. Il-kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-provvediment ta’ dan it-tagħrif għandhom jiġu ffissati f’din id-Direttiva sabiex jiffaċilitaw l-applikazjoni effettiva tagħha, filwaqt li jevitaw piż eċċessiv fuq l-operaturi ekonomiċi u fuql-awtoritajiet.

(22) Sabiex jiġi żgurat l-infurzar ta’ l-obbligi li jaqgħu fuq il-produtturi u d-distributuri, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jonnominaw awtoritajiet li jkunu responsabbli mill-monitoraġġ tas-sigurta tal-prodotti u jkollhom il-poteri li jieħdu l-miżuri approprjati, inkluż il-poter li jimponu penali effettivi, ipproporzjonati u dissważivi, u jiżguraw il-kordinament approprjat bejn l-awtoritajiet varji nnominati.

(23) Huwa meħtieġ b’mod partikolari għall-miżuri approprjati li jiġi inkluż il-poter ta’ l-Istati Membri li jordnaw jew jorganizzaw, b’mod immedjat u effiċjenti, l-irtirar tal-prodotti perikolużi diġa mqiegħda fis-suq u bħala l-aħħar rimedju, jikkoordinaw jew jorganizzaw is-sejħa lura minn għand il-konsumaturi l-prodotti perikolużi diġa forniti lilhom. Dawn il-poteri għandhom jiġu applikati meta l-produturi u d-distributuri jonqsu milli jipprevjienu r-riskji għall-konsumaturi skond l-obbligi tagħhom. Meta meħtieġ, għandhom ikunu disponibbli l-poteri u l-proċeduri approprjati lill-awtoritajiet sabiex tiġi deċiża u applikata bil-ħeffa kull miżura meħtieġa.

(24) Is-sigurtà tal-konsumaturi tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq l-infurzar attiv tal-ħtiġiet Komunitarji dwar is-sigurtà tal-prodott. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, jistabbilixxu avviċinamenti sistematiċi sabiex jiżguraw l-effikaċja tas-sorveljanza tas-suq u l-attivitajiet l-oħra ta’ l-infurzar u għandhom jiżguraw li jkunu miftuħa għall-pubbliku u l-partijiet interessati.

(25) Il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ l-infurzar ta’ l-Istati Membri hija meħtieġa sabiex tiżgura illi jintlaħqu l-miri tal-protezzjoni f’din id-Direttiva. Huwa għalhekk approprjat li titmexxa ’l quddiem il-ħidma ta’ network Ewropea ta’ l-awtoritajiet ta’ l-infurzar ta’ l-Istati Membri għalbiex jiffaċilitaw, f’manjiera kkoordinata ma’ proċeduri oħra Komunitarji, b’mod partikolari s-Sistema Komunitarja tat-Tagħrif Imħaffef (RAPEX), kollaborazzjoni mtejba fil-livell tal-ħidma dwar is-sorveljanza tas-suq u l-attivitajiet l-oħra ta’ l-infurzar, b’mod partikolari l-istima tar-riskji, it-testjar tal-prodotti, l-iskambju tal-kompetenza u tat-tagħrif xjentifiku, it-twettiq ta’ proġetti konġunti ta’ sorveljanza u t-traċċjar, l-irtirar u s-sejħa lura tal-prodotti perikolużi.

(26) Huwa meħtieġ, bil-għan li jiġi żgurat livell għoli u konsistenti għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi u sabiex tiġi ppriservata l-unità tas-suq intern, illi l-Kummissjoni tiġi mgħarrfa b’kull miżura li tirrestrinġi t-tqegħid fis-suq ta’ prodott jew li teħtieġ l-irtirar jew is-sejħa lura tiegħu mis-suq. Dawn il-miżuri għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 29 u 30 tiegħu.

(27) Is-sorveljanza effettiva tas-sigurtà tal-prodotti teħtieġ li tiġi stabbilita fil-livelli Komunitarji sistema ta’ skambju bil-ħeffa tat-tagħrif f’sitwazzjonijiet ta’ riskju gravi li jeħtieġ l-intervant rapidu rigward is-sigurtà ta’ prodott. Huwa approprjat ukoll f’din id-Direttiva li jiġu ffissati proċeduri ddettaljati għall-ħidma tas-sistema u li jagħtu lill-Kummissjoni, assistita minn kumitat konsultattiv, is-setgħa li taddattahom.

(28) Din id-Direttiva tipprovdi sabiex jiġu stabbiliti l-linji gwida li ma jorbtux immirati għalbiex jindikaw kriterji sempliċi u ċari u regoli prattiċi li jistgħu jibdlu, b’mod partikolari hil-għan li jippermettu n-notifika effiċjenti tal-miżuri li jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq tal-prodotti fil-każijiet riferiti f’din id-Direttiva, filwaqt li titqies il-firxa tas-sitwazzjonijiet ittrattati mill-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi. Il-linji gwida għandhom jinkludu b’mod partikolari l-kriterji sabiex tiġi applikata d-definizzjoni tar-riskji gravi biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni konsistenti tad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-każ ta’ dawn ir-riskji.

(29) Huwa primarjament għall-Istati Membri, skond it-Trattat u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 29 u 30 tiegħu, li jieħdu l-miżuri approprjati rigward il-prodotti perikolużi lokati ġewwa t-territorju tagħhom.

(30) Madankollu, jekk l-Istati Membri jiddifferixxu bejniethom rigward l-avviċinament fwar kif jittrattaw ir-riskju maħluq minn ċerti prodotti, dawn id-differenzi jistgħu jintitolaw disparitajiet mhux aċċettabbli fil-protezzjoni tal-konsumatur u jikkostitwixxu xkiel fil-kummerċ intra-Komunitarju.

(31) Jista’ jkun meħtieġ li jiġu ttrattati problemi serji dwar is-sigurtà tal-prodotti li jkun jeħtieġu intervent bil-ħeffa li jaffettwa jew li jista’ jaffettwa, fil-ġejjieni immedjat, lill-Komunità kollha jew parti sinifikanti minnha u li, minħabba n-natura tal-problema tas-sigurtà maħluqa mill-prodott, ma jistgħux jiġu ttrattati m’mod effettiv f’manjiera pproporzjonata mal-grad ta’ l-urġenza, skond il-proċeduri stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-liġijiet Komunitarji applikabbli għall-prodotti jew għall-kategorija tal-prodotti fil-kwistjoni.

(32) Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi pprovvdut mekkaniżmu li jippermetti, bħala l-aħħar rimedju, l-adozzjoni tal-miżuri li japplikaw fil-Komunità kollha, fil-għamla ta’ deċiżjoni indirizzata lill-Istati Membri, sabiex tlaħħaq mas-sitwazzjonijiet maħluqa mill-prodotti li jippreżentaw riskju serju. Din id-deċiżjoni għandha tintitola l-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-prodott fil-kwistjoni, għajr jekk f’dan il-każ ċirkostanzi eċċezzjonali jippermettu li jiġu deċiżi projbizzjoni parzjali jew saħansitra l-ebda projbizzjoni, b’mod aprtikolari meta tiġi stabbilita sistema ta’ kunsens bil-quddiem. B’żieda ma’ dan, il-projbizzjoni ta’ l-esportazzjonijiet għandha tiġi eżaminata bil-ħsieb li jiġu pprevenuti r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. Ġaladarba din id-deċiżjoni ma tapplikax direttament għall-operaturi ekonomiċi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi implimentata. Il-miżuri adottati taħt din il-proċedura huma miżuri interim, għajr meta japplikaw għal prodotti jew lottijiet ta’ prodotti identifikati individwalment. Sabiex tiġi żgurata l-istima approprjata għall-ħtieġa ta’ dawn il-miżuri u l-aħjar tħejjija għal dawn il-miżuri, dawn għandhom jitqiesu mill-Kummissjoni, assistita minn kumitat, fid-dawl tal-konsultazzjonijiet ma’ l-Istati Membri, u, jekk ikunu involuti kwistjonijiet xjentifiċi li jidħlu fil-kompetenza ta’ kumitat xjentifiku Komunitarju, bil-kumitat xjentifiku kompetenti għar-riskju interessat.

(33) Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5].

(34) Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-aspetti varji ta’ l-applikazzjoni tagħha jistgħu jeħtieġu li jiġu diskussi ġewwa dan il-kumitat.

(35) Għandu jiġi żgurat l-aċċess pubbliku għat-tagħrif disponibbli lill-awtoritajiet dwar is-sigurtà tal-prodott. Madankollu, is-segretezza professjonali, kif riferita fl-Artikolu 287 tat-Trattat, trid tiġi protetta b’manjiera li hija kompatibbli mal-ħtieġa sabiex tiġi żgurta l-effikaċja ta’ l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-miżuri tal-protezzjoni.

(36) Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-vittmi fit-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-lijabbiltà għall-prodotti difettivi [6].

(37) Huwa meħtieġ għall-Istati Membri li jipprovdu mezzi approprjati ta’ riżarċiment quddiem il-qrati kompetenti rigward il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti li jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta’ prodott jew li jeħtieġu l-irtirat jew is-sejħa lura tiegħu.

(38) B’żieda ma’ dan, l-adozzjoni tal-miżuri li jirrigwardaw il-prodotti importati, bħalma huma dawk li jirrigwardaw il-projbizzjoni ta’ l-esportazzjonijiet, bil-ħsieb li jiġu pprevenuti r-riskji għas-sigurtà u s-saħħa tal-konsumaturi iridu jħarsu l-obbligi internazzjonali tal-Komunità.

(39) Il-Kummissjoni għandha teżamina perjodikament il-manjiera li fiha din id-Direttiva tiġi applikata u r-riżultati miksuba, b’mod partikolari fejn għandhom x’jaqsmu l-funzjonament tas-sistemi tas-sorveljanza tas-suq, l-iskambju bil-ħeffa tat-tagħrif u l-miżuri adottati fil-livell Komunitarju, flimkien mal-kwistjonijiet l-oħra rilevanti għas-sigurtà tal-prodott għall-konsumatur, u tissottometti rapporti regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-suġġett.

(40) Din id-direttiva ma għandhiex taffettwa l-obbligi ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw it-temma taż-żmien sabiex tiġi ttraspostata u applikata d-Direttiva 92/59/KEE,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

Il-mira, l-iskop, id-definizzjonijiet

L-Artikolu 1

1. Il-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiżgura illi l-prodotti mqiegħda fis-suq ikunu ta’ sigurtà.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti kollha ddefiniti fl-Artikolu 2(a). Kull waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet għandha applika safejn u sakemm ma jkun hemm l-ebda dispożizzjonijiet speċifiċi bl-istess mira fir-regoli tal-liġijiet Komunitarji li jirregolaw is-sigurtà tal-prodotti interessati.

Meta l-prodotti jkunu bla ħsara għall-ħtiġiet speċifiċi tas-sigurtà imposti bil-leġislazzjoni Komunitarja, din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-aspetti u r-riskji jew il-kategoriji tar-riskji mhux koperti b’dawn il-ħtiġiet. Dan ifisser illi:

(a) l-Artikoli (2)(b) u (ċ), 3 u 4 ma għandhomx japplikaw għal dawn il-prodotti safejn u sakemm jirrigwardaw ir-riskji jew il-kategoriji tar-riskji koperti bil-leġislazzjoni speċifika;

(b) L-Artikoli minn 5 sa 18 għandhom japplikaw għajr meta jkun hemm dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-aspetti koperti bl-Artikoli msemmija bl-istess mira.

L-Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) "prodott" għandu jfisser kull prodott — inkluż fil-kuntest tal-provvediment ta’ servizz — li huwa maħsub għall-konsumaturi jew x’aktarx, taħt kondizzjonijiet previsti b’mod raġjonevoli, sabiex jiġi wżat mill-konsumaturi saħansitra jekk mhux maħsub għalihom, u li jiġi fornit jew magħmul disponibbli, sewwa jekk bil-flus u sewwa jekk le, fil-kors ta’ attività kummerċjali, u jekk ġdid, użat jew ikkondizzjonat mill-ġdid.

Din id-definizzjoni ma għandhiex tapplika għall-prodotti sekonda man forniti bħala antikitajiet jew bħala prodotti li jridu jissewwew jew jiġu kkondizzjonati mill-ġdid qabel ma jintużaw, sakemm il-fornitur jgħarraf b’mod ċar lill-persuna li lilha jforni l-prodott b’dan l-effett;

(b) "prodott fis-sigurtà" għandu jfisser kull prodott li, taħt il-kondizzjonijiet normali jew previsti b’mod raġjonevoli ta’ l-użu inklużi t-tul taż-żmien u, meta japplika, it-tqegħid fis-servizz, l-istallazzjoni u l-ħtiġiet tal-manutenzjoni, ma jippreżenta l-ebda riskju jew ir-riskji minimi biss kompatibbli ma’ l-użu tal-prodott, ikkunsidrat aċċettabbli u konsistenti ma’ livell għoli tal-protezzjoni għas-sigurtà u s-saħħa tal-persuni, filwaqt li jitqiesu l-punti li ġejjin b’mod partikolari:

(i) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi l-kompożizzjoni, il-pakkeġġjar, l-istruzzjonijiet għall-montatura u meta japplika, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni tiegħu;

(ii) l-effett fuq il-prodotti l-oħra, meta jkun previst b’mod raġjonevoli illi jrid jintuża ma’ prodotti oħra;

(iii) il-preżentazzjoni tal-prodott, il-għoti tat-tikketti, kull twissija u istruzzjoni għall-użu tiegħu u d-disponiment minnu u kull indikazzjoni oħra jew tagħrif ieħor li jirrigwrda l-prodott;

(iv) il-kategoriji tal-konsumaturi fir-riskju meta jintuża l-prodott, b’mod partikolari t-tfal u l-persjuni anzjani.

Il-possibbiltà li jinkisbu livelli ogħla tas-sigurtà jew id-disponibbiltà ta’ prodotti oħra li jippreżentaw grad inqas tar-riskju ma għandhiex tikkostitwixxi raġunijiet għalbiex jiġu kkunsidrati li huma "perikolużi".

(ċ) "prodott perikoluż" għandu jfisser kull prodott li ma jilħaqx id-definizzjoni ta’ "prodott fis-sigurtà" fil-(b);

(d) "riskju gravi" għandu jfisser kull riskju gravi, inklużi dawk l-effetti li mhumiex immedjati, li jeħtieġu intervent bil-ħeffa mill-awtoritajiet pubbliċi;

(e) "produttur" għandu jfisser:

(i) il-fabbrikant tal-prodott, meta jkun stabbilit fil-Komunità, u kull persuna oħra li tippreżenta lilha nfisha bħala fabbrikant billi mal-prodott tiegħu iwaħħal l-isem, l-isem kummerċjali jew marka oħra distintiva, jew il-persuna li tikkondizzjona l-prodott mill-ġdid;

(ii) ir-rappreżentant tal-fabbrikant, meta l-fabbrikant ma jkunx stabbilit fil-Komunità jew, jekk ma jkunx hemm rappreżentant stabbilit fil-Komunità, l-importatur tal-prodott;

(iii) professjonisti oħra fil-katina tal-provvista, safejn u sakemm l-attivitajiet tagħhom jistgħu jaffettwaw il-proprjetajiet tas-sigurtà ta’ prodott;

(f) "distributur" għandu jfisser kull professjonist fil-katina tal-provvista li l-attività tiegħu tista’ taffettwa l-proprjetajiet tas-sigurtà ta’ prodott;

(g) "sejħ lura" għandu jfisser kull miżura mmirata għalbiex jinkiseb il-għoti lura ta’ prodott perikoluż li jkun diġà ġie fornit jew magħmul disponibbli lill-konsumaturi mill-produttur jew mid-distributur;

(h) "irtirat" għandha tfisser kull miżura mmirata għalbiex tipprevjieni d-distribuzzjoni, il-wiri u l-offerta ta’ prodott perikoluż għall-konsumatur.

IL-KAPITOLU II

Il-ħtieġa ġenerali tas-sigurtà, il-kriterji ta’ l-istima tal-konformità u l-i standards Ewropej

L-Artikolu 3

1. Il-produuturi għandhom ikunu obbligati li jqiegħdu prodotti tas-sigurtà fis-suq.

2. Prodott għandu jitqies tas-sigurtà, safejn u sakemm jinteressa l-aspetti koperti bil-leġislazzjoni nazzjonali, meta, fin-nuqqas ta’ disposizjonijiet speċifiċi Komunitarji fil-liġijiet nazzjonali ta’ Stat Membru li fit-territorju tiegħu il-prodott jitqiegħed fis-suq, dawn ir-regoli jkunu mfassla skond it-Trattat, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 30 tiegħu. u jistabbilixxu l-ħtiġiet tas-saħħa u tas-sigurtà li l-prodott irid jissodisfa sabiex jitqiegħed fis-suq.

Prodott għandu jiġi preżunt tas-sigurtà safejn u sakemm jirrigwarda r-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti bl-i standards volontarji nazzjonali li jittrasponu l-i standards Ewropej, li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej skond l-Artikolu 4. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi ta’ dawn l-i standards nazzjonali.

3. F’ċirkostanzi oħra għajr dawk riferiti fil-paragrafu 2, il-konformità ta’ prodott mal-ħtieġa ġenerali tas-sigurtà għandha tiġi stmata billi jitqiesu b’mod partikolari l-elementi li ġejjin, meta jeżistu:

(a) l-i standards volontarji nazzjonali li jittrasponu l-i standards rilevanti Ewropej għajr dawk riferiti fil-paragrafu 2;

(b) l-i standards imfassla fi Stat Membru li fih il-prodott jitqiegħed fis-suq;

(ċ) ir-rakkommndazzjonijiet Komunitarji li jiffissaw il-linji gwida dwar l-istima tas-sigurtà tal-prodott;

(d) il-kodiċijiet tas-sigurtà tal-prodott tal-prattiċi t-tajba fis-seħħ fis-settur interessat;

(e) l-iprem kwalità u teknoloġija;

(f) aspettazzjonijiet raġjonevoli tal-konsumatur li jirrigwardaw is-sigurtà.

4. Il-konformità ta’ prodott mal-kriterji ddisinjati sabiex jiżguraw il-ħtieġa ġenerali tas-sigurtà, b’mod partikolari id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, ma għandhomx ibarru l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri milli jieħdu l-miżuri approprjati li jimponu restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq jew li jeħtieġu l-irtirar tiegħu mis-suq jew li jsejħuh lura meta jkun hemm ix-xhieda illi, minkejja l-konformità, ikun perikoluż.

L-Artikolu 4

1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, l-i standards Ewropej riferiti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2) għandhom jitfasslu kif ġej:

(a) il-ħtiġiet maħsuba sabiex jiżguraw illi l-prodotti li jikkonformaw ma’ dawn l-i standards jissodisfaw il-ħtieġa ġenerali tas-sigurtà għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15(2);

(b) fuq il-bażi ta’ dawn il-ħtiġiet, il-Kummissjoni għandha, skond id-Direttiva 98/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provvediment tat-tagħrif fil-qasam ta’ l-i standards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-sejħa tas-servizzi tas-soċjeta ta’ l-informatika [7], issejjaħ lill-korpi Ewropej ta’ l-istandardizazzjoni sabiex ifasslu l-i standards li jissodisfaw dawn il-ħtiġiet;

(ċ) fuq il-bażi ta’ dawn il-mandati, il-korpi Ewropej ta’ l-istandardizzazzjoni għandhom jadottaw l-i standards skond il-prinċipji li jinsabu fil-linji gwida ġenerali għall-kooperazzoni bejn il-Kummissjoni u dawn il-korpi;

(d) il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull tliet snin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ġewwa l-qafas tar-rapport riferit fl-Artikolu 19(2), dwar il-programmi tagħha sabiex tiffissa l-ħtiġiet u l-mandati għall-istandardizzazzjoni pprovvduti fis-subparagrafi (a) u (b) ta’ hawn fuq. Dan ir-rapport irid jinkludi, b’mod partikolari, analiżi tad-deċiżjonijiet meħuda rigward il-ħtiġiet u l-mandati ta’ l-istandardizzazzjoni riferiti fis-subparagrafu (ċ). Irid jinkludi wkoll it-tagħrif dwar il-prodotti li għalihom il-Kummissjoni jkun beħsiebha tiffissa l-ħtiġiet u l-mandati fil-kwistjoni, ir-riskji tal-prodott li jrid jiġi kkunsidrat u r-riżultati ta’ kull xogħol ta’ tħejjija varat f’dan il-qasam.

2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ir-referenzi għall-i standards Ewropej adottati b’dan il-mod u mfassla skond il-ħtiġiet riferiti fil-paragrafu 1.

Jekk standard adottat mill-korpi Ewropej ta’ l-istandardizzazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jiżgura l-konformità mal-ħtieġa ġenerali tas-sigurtà, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tippubblika r-referenzi għalih fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Jekk standard ma jiżgurax il-konformità mal-ħtieġa ġenerali tas-sigurtà, il-Kummissjoni għandha tirtira r-referenza għall-i standard mill-pubblikazzjoni fl-intier tagħha jew f’parti minnha.

Fil-każijiet riferiti fit-tieni u t-tielet subparagrafi, il-Kummissjoni għandha, fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq it-talba ta’ Stat Membru, tiddeċiedi skond il-poċedura stabbilita fl-Artikolu 15(2) jekk l-i standard fil-kwistjoni jissodisfax il-ħtieġa ġenerali tas-sigurtà. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tippubblikax jew tirtirax wara li tikkonsulta lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha.

IL-KAPITOLU III

Obbligi oħra tal-produtturi u l-obbligi tad-distributuri

L-Artikolu 5

1. Ġewwa l-limiti ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom, il-produtturi għandhom jipprovdu lill-konsumaturi bit-tagħrif rilevanti sabiex jgħinhom jistmaw ir-riskji inerenti fi prodott matul il-perjodu kollu taż-mien normali u li jista’ jiġi previst b’mod raġjonevoli dwar l-użu iegħu, meta dawn ir-riskji ma jkunux ovvji immedjatament mingħajr twissija adegwata, u li jieħdu l-prekawzjonijiet kontra dawn ir-riskji.

Il-preżenza tat-twissijiet ma teżenta lil ebda persuna milli tħares il-ħtiġiet l-oħra stabbiliti f’din id-Direttiva.

Ġewwa l-limiti ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom, il-produtturi għandhom jadottaw miżuri li jkunu pproprozjonati mal-karatteristiċi tal-prodotti li huma jfornu, filwaqt li jgħinuhom li:

(a) jiġu mgħarrfa bir-riskji li dawn il-prodotti jistgħu jippreżentaw;

(b) jagħżlu li jieħdu l-azzjoni approprjata inklużi, jekk meħtieġ, li jevitaw dawn ir-riskji, li jiġu rtirati mis-suq, li jwissu lill-kosumaturi b’mod adegwat u effettiv jew is-sejħa lura mingħand il-konsumaturi.

Il-miżuri riferiti fit-tielet subparagrafu għandhom, per eżempju, jinkludu:

(a) indikazzjoni, permezz tal-prodott jew tal-pakkeġġjar tiegħu, dwar l-identità u d-dettalji tal-produttur u r-referenza tal-prodott jew, meta japplika, il-lott tal-prodotti li għalihom jappartjieni, għajr meta jkun iġġustifikat li ma tingħatax din l-indikazzjoni u

(b) fil-każijiet kollha meta approprjat, it-twettiq tat-testijiet bit-teħid tal-kampjuni tal-prodotti mqiegħda fis-suq, li jinvestigaw u, jekk meħtieġ, iżommu reġistru ta’ l-ilmenti u jżommu lid-distributuri mgħarrfa b’dan il-monitoraġġ.

Azzjoni bħal dik riferita fil-(b) tat-tielet subparagrafu għandha tiġi midħula għaliha fuq bażi volontarju jew fuq it-talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 8(1)(f). Is-sejħa lura għandha ssir bħala l-aħħar rimedju, meta ma jkunux biżżejjed il-miżuri l-oħra għalbiex jiġu pprevenuti r-riskji involuti, fil-każijiet meta l-produtturi jikkunsidrawha meħtieġ jew meta jkunu obbligati li jagħmlu dan bħala miżura iktar għal dik meħuda mill-awtorità kompetenti. Tista’ tiġi effettwata ġewwa l-qafas tal-kodiċijiet tal-prattika t-tajba dwar il-materja fl-Istat Membru interessat, meta jeżisti dan il-kodiċi.

2. Id-distributuri għandhom ikunu meħtieġa li jaġixxu bl-attenzjoni mistħoqqa sabiex jgħinu t-tħaris tal-ħtiġiet applikabbli tas-sigurtà, b’mod partikolari billi ma jfornux prodotti li jafu jew li jkunu ppreżumew, fuq il-bażi tat-tagħrif fil-pusess tagħhom u bħala professjonisti, li m jikkonformawx ma’ dawn il-ħtiġiet. Barra minn dan, ġewwa l-limiti ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom, għandhom jippateċipaw fil-monitoraġġ tas-sigurtà tal-prodotti mqiegħda fis-suq, b’mod speċjali billi jgħaddu t-tagħrif dwar ir-riskji tal-prodott, iżommu u jipprovdu d-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex jittraċċjaw il-prodotti, u jikkooperaw fl-azzjoni maħsuba mill-produtturi u l-awtoritajiet kompetenti sabiex jevitaw ir-riskji. Ġewwa l-limiti ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom għandhom jieħdu l-miżuri li jgħinuhom jikkooperaw b’mod effettiv.

3. Meta l-produtturi u d-distributuri jkunu jafu jew għandhom ikunu jafu, fuq il-bażi tat-tagħrif fil-pussess tagħhom u bħala professjonisti, illi prodott li jkunu qiegħed fis-suq joħloq riskji lill-konsumatur li huma inkompatibbli mal-ħtieġa ġenerali tas-sigurtà, għandhom jgħarrfu minnufih b’dan lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri skond il-komndizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, billi jagħtu b’mod partikolari d-dettalji ta’ l-azzjoni meħuda għalbiex tipprevjieni r-riskju lill-konsumatur.

Il-Kummissjoni għandha taddatta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 15(3), il-ħtiġiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-obbligu li tipprovdi t-tagħrif stabbilit fl-Anness I.

4. Il-produtturi u d-distributuri għandhom jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti, ġewwa l-limiti ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom, fuq it-talba ta’ dawn ta’ l-aħħar dwar l-azzjoni meħuda għalbiex jiġu evitati r-riskji maħluqa mill-prodotti li huma jfornu jew ikunu fornew. Il-proċeduri għal din il-kooperazzjoni, inklużi l-proċeduri għad-djalogu mal-produtturi u d-distributuri interessati dwar il-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà tal-prodotti, għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti.

IL-KAPITOLU IV

L-obbligi speċifiċi u l-poteri ta’ l-Istati Membri

L-Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-produtturi u d-distributuri jħarsu l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva hekk illi l-prodotti mqiegħda fis-suq ikunu ta’ sigurtà.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti għall-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti mal-ħtiġiet ġenerali tas-sigurtà u jirranġaw sabiex dawn l-awtoritajiet li jkollhom u jużaw il-poteri meħtieġa li jieħdu l-miżuri approprjati responsabbli minnom taħt din id-Direttiva.

3. l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kompiti, il-poteri, u l-arraġamenti ta’ l-organizzazzjoni u l-kooperazjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Għandhom iżommu lill-Kumissjoni mgħarrfa, u l-Kummissjoni għandha tgħaddi dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħra.

L-Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistgħu jiġu applikati għall-kontravenzjonijiet kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali pprovvduti għandhom ikunu effettivi, pproporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Jannar 2004 u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b’kull emenda li taffettwahom.

L-Artikolu 8

1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jieħdu, fost ħwejjeġ oħra, il-miżuri fil-(a) u mill-(b) sa l-(f), meta approprjat:

(a) rigward kull prodott:

(i) li jorganizzaw, saħansitra wara li jkun tqiegħed fis-suq bħala ta’ sigurtà, il-kontrolli approprjati dwar il-proprjetajiet tiegħu ta’ sigurtà, fuq skala adegwata, sa l-istadju finali ta’ l-użu jew il-konsum;

(ii) li jeħtieġu t-tagħrif kollu meħtieġ mingħand il-partijiet interessati;

(iii) li jieħdu kampjuni tal-prodotti u jissoġġettawhom għal kontrolli dwar is-sigurtà;

(b) rigward kull prodott li jista’ joħloq riskji f’ċerti kondizzjonijiet:

(i) li jeħtieġu li jkun immarkat bi twissijiet xierqa, fi kliem ċar u li jista’ jinftieħem bla xkiel, fl-ilsna uffiċjali ta’ l-Istat Membru li fih jitqiegħed fis-suq, dwar ir-riskji li jista’ jippreżenta;

(ii) li jagħmlu l-marketing tiegħu bla ħsara għal kondizzjonijiet minn qabel sabiex jagmluh ta’ sigurtà;

(ċ) rigward kull prodott li jista’ joħloq riskji għal ċerti persuni:

sabiex jagħtihom it-twissija tar-riskju fil-waqt u f’għamla approprjata, inkluża l-pubblikazzjoni ta’ dawn it-twissijiet;

(d) rigward kull prodott li jista’ jkun perikoluż:

għall-perjodu taż-żmien meħtieġ għall-valutazzjonijiet varji tas-sigurtà, it-testijiet u l-kontrolli, għalbiex jipprojbixxu temporanjament il-provvista tiegħu, l-offerta li jfornuh jew iqiegħduh għall-wiri;

(e) rigward kull prodott perikoluż:

li jipprojibixxu l-marketing tiegħu u jdaħħlu l-miżuri ta’ akkumpanjament meħtieġa għalbiex jiżgurw illi titħares il-projbizzjoni;

(f) rigward kull prodott perikoluż diġà fis-suq:

(i) sabiex jorganizzaw l-irtirar attwali u immedjat tiegħu, u jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi dwar ir-riskji li jippreżenta;

(ii) sabiex jikkoordinaw jew, jekk approprjat, jorganizzaw flimkien mal-produtturi u d-distributuri s-sejħa lura tiegħu mingħand il-konsumaturi u l-qerda tiegħu f’kondizzjonijiet xierqa.

2. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jieħdu l-miżuri bħal dawk ipprovvduti fil-paragrafu 1, b’mod partikolari dawk riferiti mid-(d) sa l-(f), għandhom jaġixxu skond it-Trattat, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 30 tiegħu, hekk illi jimplimentaw il-miżuri f’manjiera pproporzjonata mal-gravità tar-riskju, u filwaqt li jqisu kif mistħoqq il-prinċipju prekawzjonarju.

F’dan il-kuntest, għandhom jinkoraġġixxu u jippromwovu l-azzjoni volontarja mill-produtturi u mid-distributuri, skond l-obbligi responsabbli minnhom skond din id-Direttiva, u b’mod partikolari l-Kapitolu III tagħha, inkluż meta applikabbli bl-iżvilupp tal-kodiċijiet tal-prattika t-tajba.

Jekk meħtieġ għandhom jorganizzaw jew jordnaw il-miżuri pprovvduti fil-paragrafu 1(f) jekk l-azzjoni midħula għaliha mill-produtturi u mod-distributuri fit-twettiq ta’ l-obbligi tagħhom tkun mhux sodisfaċenti jew insuffiċjenti. Is-sejħ lura għandu jsir bħala l-aħħar rimedju. Tista’ tiġi effettwata ġewwa l-qafas tal-kodiċijiet tal-prattika t-tajba dwar il-materja fl-Istat Membru interessat, meta jeżisti dan il-kodiċi.

3. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-poter li jieħdu l-azzjoni meħtieġa għalbiex japplikaw bil-ħeffa mistħoqqa l-miżuri approprjati bħal dawk imsemmija fil-pragrafu 1 mill-(b) sal-(f), fil-każ tal-prodotti li joħolqu riskju gravi. Dawn iċ-ċirkostanzi għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, billi jistmaw kull każ individwali fuq il-merti tiegħu, filwaqt li jqisu l-linji gwida riferiti fil-punt 8 ta’ l-Anness II.

4. Il-miżuri li jridu jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu indirizzati, kif approprjat, lil:

(a) il-produttur

(b) gewwa l-limiti ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom, id-distributuri u b’mod partikolari l-parti responsabbli mill-ewwel stadju tad-distribuzzjoni fis-suq nazzjonali;

(ċ) kull persuna, meta meħtieġ, bil-ħsieb tal-kooperazzjoni fl-azzjoni meħuda għalbiex jiġu evitati r-riskji li jinħolqu minn prodott.

L-Artikolu 9

1. Sabiex jiżuraw is-sorveljanza effettiva tas-suq, immirata li tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni lis-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur, li tintitola l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkunu f’posthom l-avviċinamenti li jimpjegaw il-mezzi u l-proċeduri approprjati li jistgħu jinkludu b’mod partikolari:

(a) li jiġu stabbiliti, aġġornati perjodikament u implimentati programmi ta’ sorveljanza settorjali skond il-kategoriji tal-prodotti jew tar-riskji u jimmonitorjaw l-attivitajiet, is-sejbiet u r-riżultati tas-sorveljanza;

(b) li jsegwu u jaġġornaw il-għerf xjentifiku u tekniku li jirrigwarda s-sigurtà tal-prodotti;

(ċ) li jirrevedu u jistmaw perjodikament il-funzjonament ta’ l-attivitajiet tal-kontroll u l-effikaċja tagħhom u, jekk meħtieġ, jirrevedu l-avviċinament u l-organizzazzjoni tas-sorveljanza stabbiliti.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-konsumaturi u l-partijiet l-oħra interessati jingħataw opportunità li jissottomettu lmenti lill-awtoritajiet kompetanti rigward is-sigurtàa tal-prodotti u dwar is-sorveljanza u l-attivitajiet tal-kontroll u li dawn l-ilmenti jiġu segwiti kif approprjat. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu b’mod attiv lill-konsumaturi u lill-partijiet l-oħra interessati bil-proċeduri stabbiliti għal dan il-fini.

L-Artikolu 10

1. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi u tieħu sehem fil-ħidma ta’ network Ewropew ta’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri kompetenti fis-sigurtà tal-prodotti, b’mod partikolari fil-għamla ta’ ħidma kooperattiva.

2. Din il-ħidma tan-network għandha tiżviluppa f’manjiera kkoordinata mal-proċeduri Komunitarji eżistenti, b’mod partikolari r-RAPEX. Il-mira tagħha għandha tkun, b’mod partikolari, li tiffaċilita:

(a) l-iskambju tat-tagħrif dwar l-istima tar-riskji, il-prodotti perikolużi, il-metodi u r-riżultati tat-testijiet, l-iżviluppi reċenti xjentifiċi kif ukoll l-aspetti l-oħra rilevanti għall-attivitajiet tal-kontroll;

(b) li jiġu stabbiliti u mwettqa proġetti konġunti ta’ sorveljanza u testijiet;

(ċ) l-iskambju ta’ kompetenza u ta’ l-aħjar prattiċi u l-kooperazzjoni fl-attivitajiet tat-taħriġ;

(d) il-kooperazzjoni mtejba fil-livell Komunitarju rigward it-traċċjar, l-irtirar u s-sejħa lura tal-prodotti perikolużi.

IL-KAPITOLU V

L-iskambji tat-tagħif u s-sitwazzjonijiet ta’ interventi rapidi

L-Artikolu 11

1. Meta Stat Membru jieħu miżuri li jirrestrinġu t-tqegħid tal-prodotti fis-suq — jew jeħtieġ l-irtirar jew is-sejħa lura tagħhom — bħal dawk ipprovvduti fl-Artikolu 8(1) mill-(b) sal-(f), l-Istat Membru għandu, safejn u sakemm din in-notifika mhix meħtieġa taħt l-Artikolu 12 jew kull leġislazzjoni speċifika Komunitarja, jgħarraf lill-Kummissjoni bil-miżuri, filwaqt li jispeċifika raġunijiet tiegħu għaliex ikun adottahom. Għandu jgħarraf ukoll lill-Kummissjoni b’kull modifika jew twarrib ta’ dawn il-miżuri.

Jekk l-Istat Membru notifikatur jikkunsidra illi l-effetti tar-riskju ma jaqbżux jew ma jistgħux jaqbżu t-territorju tiegħu, għandu jinnotifika l-miżuri interessati safejn u sakemm jinvolvu tagħrif li x’aktarx jinteressa lill-Istati Membri mil-lat tas-sigurtà, u b’mod partikolari jekk ikun bi tweġiba għal riskju ġdid li ma jkunx għadu ġie rrappurtat f’notifiki oħra.

Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15(3) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tiżgura l-effikaċja u l-funzjonament xieraq tas-sistema, tadotta l-linji gwida riferiti fil-punt 8 ta’ l-Annes II. Dawn għandhom jipproponu l-kontenut u l-għamla standard tan-notifiki pprovduti f’dan l-Artikolu, u, b’mod partikolari, għandhom jipprovdu kriterji preċiżi għalbiex jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li għalihom in-notifika tkun rilevanti għall-għanijiet tat-tieni subparagrafu.

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat in-notifika lill-Istati Membri l-oħra għajr jekk tikkonkludi, wara eżami fuq il-bażi tat-tagħrif li jkun jinsab fin-notifika, illi l-miżura ma tikkonformax mal-liġijiet Komunitarji. F’da il-każ, għandha tgħarraf minnufih lill-Istat Membru li jkun beda l-azzjoni.

L-Artikolu 12

1. Meta Stat Membru jadotta jew jiddeċidi li jadotta, jirrakkommanda jew jiftiehem mal-produtturi u mad-distributuri, sewwa jekk fuq bażi volontarja u sewwa fuq bażi obbligatorja, dwar miżuri jew azzjonijiet sabiex jipprevjienu, jirrestrinġu jew jimponu kondizzjonijiet speċifiċi fuq il-marketing jew l-użu possibbli, ġewwa t-territorju tiegħu, tal-prodotti minħabba riskju gravi, għandu mill-ewwel jinnotifika lill-Kummissoni b’dan permezz tar-RAPEX. Għandu jgħarraf ukoll lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bil-modifika jew l-irtirar ta’ din il-miżura jew azzjoni.

Jekk l-Istat Membru notifikatur jikkunsidra illi l-effetti taqr-riskju ma jaqbżux jew ma jistgħux jaqbżu t-territorju tiegħu, għandu jsegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11, filwaqt li jqis il-kriterji rilevanti proposti fil-linji gwida riferiti fil-punt 8 ta’ l-Anness II.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, qabel ma jiddeċiedu li jadottaw dawn il-miżuri jew li jieħdu din l-azzjoni, l-Istati Membri jistgħu jgħaddu lill-Kummissjoni kull tagħrif fil-pussess tagħom rigward l-eżistenza ta’ riskju gravi.

Fil-każ ta’ riskju gravi, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri volontarji stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva meħuda mill-produtturi u mid-disributuri.

2. Meta tirċievi dawn in-notifiki, il-Kummissjoni għandha tiċċekkja jekk iħarsux dan l-Artikolu u l-ħtiġiet applikabbli għall-funzjonament tar-RAPEX, u għandha tibgħathom lill-Istati Membri, li, min-naħa tagħhom, għandhon jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar il-miżuri adottati.

3. Il-miżuri ddettaljati għar-RAPEX huma ddikjarati fl-Anness II. Għandhom jiġu addattati mill-Kummissjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 15(3).

4. L-aċċess għar-RAPEX għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi applikanti, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, ġewwa l-qafas tal-ftehimijiet bejn il-Komunità u dawn il-pajjiżi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, skond l-arranġamenti ddefiniti f’dawn il-ftehimijiet. Kumm ftehim minn dan għandu jkun imsejjes fuq ir-reċiproċità u jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità li jikkorispondu għal dawk li japplikaw fil-Komunità.

L-Artikolu 13

1. Jekk il-Kummissjoni ssir taf b’riskju gravi ta’ ċerti prodotti rigward is-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi fi Stati Membri varji, tista’, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, u jekk jinħolqu kwistjonijiet xjentifiċi li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ Kumitat Xjentifiku Komunitarju, lill-Kumitat Xjentifiku kompetenti li jittratta r-riskju interessat, tadotta deċiżjoni fid-dawl tar-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15(2), li teħtieġ lill-Istati Membri li jieħdu miżuri minn fost dawk elenkati fl-Artikolu 16(1) minn (b) sa (f) jekk, fl-istess ħin:

(a) joħroġ mill-konsultazzjonijiet minn qabel ma’ l-Istati Membri illi jiddifferixxu b’mod sinifikanti dwar l-avviċinament adottat jew li jrid jiġi adottat sabiex jiġi ttrattat ir-riskju; u

(b) ir-riskju ma jistax jiġi ttrattat, minħabba n-natura tal-kwistjoni tas-sigurtà ppreġentata mill-prodott, f’manjiera kompatibbli mal-grad ta’ l-urġenza tal-każ, skond il-proċeduri stabbiliti bil-leġislazzjoni speċifika Komunitarja applikabbli għall-prodotti interessati; u

(ċ) ir-riskju jista’ jiġi eliminat biss b’mod effettiv billi jiġu adottati l-miżuri approprjati applikabbli fil-livell Komunitarju, sabiex jiġi żgurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà għall-konsumaturi u l-funzjonament xieraq tas-suq intern.

2. Id-deċiżjonijiet riferiti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu validi għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx sena u jista’ jiġi kkonfermat, taħt l-istess proċedura, għal perjodi adizzjonali taż-żmien bl-ebda wieħed minnhom ma jaqbeż sena.

Madankollu, id-deċiżjonijiet li jirrigwrdw prodotti jew lottijiet ta’ prodotti speċifiċi, identifikati individwalment għandhom ikunu validi mingħajr limitu taż-żmien.

3. Għandha tiġi pprojbita l-esportazzjoni mill-Komunità ta’ prodotti perikolużi li kienu s-suġġett ta’ deċiżjoni riferita fil-paragrafu 1 għajr jekk id-deċiżjoni tipprovdi xorta oħra.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jimplimentaw id-deċiżjonijiet riferiti fil-paragrafu 1 f’inqas minn 20 jum, għajr jekk jiġi speċifikat perjodu differenti taż-żmien f’dawn id-deċiżjonijiet.

5. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-twettiq tal-miżuri riferiti fil-paragrafu 1 għandhom, fi żmien xahar, jagħtu lill-partijiet interessati opportunità li jisottomettu l-veduti tagħhom u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kif jixraq.

IL-KAPITOLU VI

Il-proċeduri tal-Kumitat

L-Artikolu 14

1. Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva li għandhom x’jaqsmu mal-materji riferiti hawn taħt għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja pprovvduta fl-Artikolu 15(2):

(a) il-miżuri riferiti fl-Artikolu 4 li jirrigwardaw l-i standards adottati mill-korpi Ewropej ta’ l-istandadizzazzjoni;

(b) id-deċiżjonijiet riferiti fl-Artikolu 13 li jeħtieġ lill-Istati Membri li jieħdu l-miżuri kif elenkati fl-Artikolu 8(1) mill-(b) sal-(f).

2. Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva rigward il-materji l-oħra kollha għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta’ konsultazzjoni pprovvduta fl-Artikolu 15(3).

L-Artikolu 15

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 li jinsab fiha.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal 15-il jum.

3. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

IL-KAPITOLU VII

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 16

1. It-tagħrif disponibbli lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri jew lill-Kummissjoni li għandu x’jaqsam mar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi ppreżentati mill-prodotti għandu jkun disponibbli b’mod ġenerali lill-pubbliku, skond il-ħtiġiet tat-trasparenza u mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet meħtieġa għall-attiuvitajiet tal-monitoraġġ u l-investigazzjoni. B’mod partikolari, il-pubbliku għandu jkollu aċċess għat-tagħrif dwar l-identifikazzjoni tal-prodotti, in-natura tar-riskju u l-miżuri meħuda.

Madankollu, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-uffiċjali u l-aġenti tagħhom ikunu meħtieġa li ma jiżvelawx it-tagħrif miksub għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva li, min-natura tagħha, hija koperta bis-segretezza professjonali f’każijiet iġġustifikati kif mistħoqq, għajr għat-tagħrif li jkollu x’jaqsam mal-proprjetajiet tas-sigurtà tal-prodotti li jrid jintgħamel pubbliku jekk iċ-ċirkostanzi hekk jeħtieġu, sabiex jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi.

2. Il-protezzjoni tas-segretezza professjonali ma għandhiex tipprevjieni d-disseminazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tat-tagħrif rilevanti sabiex jiżguraw l-effikaċja tal-monitoraġġ tas-suq u l-attibitajiet tas-sorveljnza.

L-Artikolu 17

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 85/374/KEE.

L-Artikolu 18

1. Kull miżura adottata taħt din id-Direttiva u li tinvolvi restrizzjonijiet dwar it-tqegħid ta’ prodott fis-suq jew li teħtieġ l-irtirar jew is-sejħa lura tiegħu trid tiddikjara r-raġunijiet approprjati li fuqhom ikunu msejsa. Għandha tiġi nnotifikata malajr kemm jista’ jkun lill-parti interessata u għandha tindika r-rimedji disponibbli taħt id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru fil-kwistjoni u l-limiti taż-żmien li japplikaw għal dawn ir-rimedji.

Il-parrtijiet interessati għandhom, kulmeta possibbli, jingħataw l-opportunità li jissottomettu l-veduti tagħhom qabel ma tiġi adottata l-miżura. Jekk dan ma jkunx sar bil-quddiem minħabba l-urġenza tal-miżuri li jridu jittieħdu, għandhom jingħataw din l-opportunità meta jkun il-waqt wara li l-miżura tkun ġiet implimentata.

Il-miżuri li jeħtieġu l-irtirar ta’ prodott jew is-sejħa lura tiegħu għandhom jieħdu f’konsiderzzjoni il-ħtieġa li jiġu inkoraġġiti d-distributuri, l-utenti u l-konsumaturi li jikkontribwixxu sabiex jiġu implimentati dawn il-miżuri.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull miżura meħuda mill-awtoritajiet kompetenti li tinvolvi restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodott jew li teħtieġ l-irtirar jew is-sejħ lura tista’ tiġi sfidata quddiem il-qrati kompetenti.

3. Kull deċiżjoni meħuda bis-saħħa ta’ din id-Diretiva u li tinvolvi restrizzjonijiet fuq it-tqegħid ta’ prodott fis-suq jew li teħtieġ l-irtirar tiegħu jew is-sejħ lura tiegħu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-istima tal-lijabbiltà tal-parti interessata, fid-dawl that liġijiet kriminali nazzjonali li japplikaw għall-każ fil-kwistjoni.

L-Artikolu 19

1. Il-Kummissjoni tista’ tressaq quddiem il-Kumitat riferit fl-Artikolu 15 kull materja li tirrigwarda l-appliazzjoni ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet tal-monitoraġġ u s-sorveljanza tas-suq.

2. Kull tliet snin, wara l-15 ta’ Jannar 2004, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Ir-rapport għandu jinkludi b’mod partikolari t-tagħrif dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur, b’mod partikolari dwar it-traċċjabbiltà imtejba tal-prodotti, il-funzjonament tas-sorveljanza tas-suq, ix-xogħol ta’ l-istandardizzazzjoni, il-funzjonament tar-RAPEX u l-miżuri Komunitarji meħuda fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 13. Għal dan il-fini il-Kummissjoni għandha tmexxi stimi dwat il-kwistjonijiet rilevanti, b’mod partikolari l-avviċinamenti, is-sistemi u l-prattiċi mdaħħla fl-Istati Membri, fid-dawl tal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u tal-leġislazzjoni l-oħra Komunitarja li għandha x’taqsam mas-sigurtà tal-prodott. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-assistenza kollha u t-tagħrif kollu meħtieġa sabiex iwettqu l-istimi u jħejju r-rapporti.

L-Artikolu 20

Il-Kummissjoni għandha tidentifika l-ħtiġiet, il-possibbiltajiet u l-prijotitajiet għall-azzjoni Komunitarja dwar is-sigurtà tas-servizzi u tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, qabel l-1 ta’ Jannar 2003, rapport, akkumpanjat bil-proposti dwar is-suġġett kif approprjat.

L-Artikolu 21

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva b’effett mill-15 ta’ Jannar 2004. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom iġorru magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif isir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fis-settur kopert b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 22

Id-Direttiva 92/59/KEE hija hawnheklk imħassra mill-15 ta’ Jannar 2004, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw it-temmiet taż-żmien għat-traspożizzjoni u l-applikzzjoni tad-Direttiva msemmija kif indikat fl-Anness III.

Ir-referenzi għad-Direttiva 92/59/KEE għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jiġu moqrija skond il-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness IV.

L-Artikolu 23

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 24

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Diċembru 2001.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

F. Vandenbroucke

[1] ĠU C 337 E, tat-28.11.2000, p. 109 uĠU C 265 E, tad-29.5.2000, p. 265.

[2] ĠU C 367, tal-20.12.2000, p. 34.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal- 15.11.2000 (ĠU C 223, tat-8.8.2001, p. 154), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat- 12.2.2001 (ĠU C 93, tat-23.3.2001, p. 24) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 16.5.2001 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l- 4.10.2001 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27.9.2001.

[4] ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 24.

[5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[6] ĠU L 210, tas-7.8.1985, p. 29. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 141, ta’ l-4.6.1999, p. 20).

[7] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

IL-ĦTIĠIET LI JIRRIGWRDAW IT-TAGĦRIF DWAR IL-PRODOTTI LI MA JĦARSUX IL-ĦTIEĠA ĠENERALI TAS-SIGURTÀ LI TRF TIĠI PPROVVDUTA LILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI MILL-PRODUTTURI U D-DISTRIBUTURI

1. It-tagħrif speċifikat fl-Artikolu 5(3), jew meta applikabli bil-ħtiġiet speċifiċi tar-regoli Komunitarji dwar il-prodott interessat, għandu jitgħadda lill-awtoritajiet kompetenti maħtura għal dan il-għan fl-Istati Membri meta l-prodotti fil-kwistjoni jiġu jew kienu mqiegħda fis-suq jew forniti xorta oħra lill-konsumaturi.

2. Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat riferit fl-Artikolu 15, għandha tiddefinixxi u tfassal il-għamla standard tan-notifika pprovvduta f'dan l-Anness, filwaqt li tiżgura l-effikaċja u l-funzjonament xieraq tas-sistema. B'mod partikolari, għandha tressaq, possibbilment fil-għamla ta' gwida, kriterji sempliċi u ċari sabiex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet speċjali, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw ċirkostanzi jew prodotti iżolati, li għalihom in-notifika mhix rilevanti fejn għandu x'jaqsam dan l-Anness.

3. Fl-eventwalità ta' riskju gravi, dan it-tagħrif għandu jinkludi dan li ġej:

(a) it-tagħrif li jgħin l-identifikazzjoni preċiża tal-prodott jew tal-lott tal-prodotti fil-kwistjoni;

(b) deskrizzjoni sħiħa tar-riskju li jippreżentaw il-prodotti fil-kwistjoni;

(ċ) kull tagħrif disponibbli rilevanti sabiex jiġi ttraċċjat il-prodott;

(d) deskrizzjoni ta' l-azzjoni midħula għaliha sabiex jiġu pprevenuti r-riskji lill-konsumaturi.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

IL-PROĊEDURI SABIEX JIĠU APPLIKATI R-RAPEX U L-LINJI GWIDA GĦAN-NOTIFIKI

1. Ir-RAPEX ikopri l-prodotti kif iddefiniti fl-Artikolu 2(a) li joħolqu riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi.

Il-farmaċewtiċi, li jidħlu fid-Direttivi 75/319/KEE [1] u 81/851/KEE [2], huma esklużi mill-iskop tar-RAPEX.

2. Ir-RAPEX huwa essenzjalment immirat għall-iskambju mħaffef tat-tagħrif fl-eventwalità ta' riskju gravi. Il-linji gwida riferiti fil-punt 8 jiddefinixxu l-kriterji sabiex jiġu identifikati r-riskji gravi.

3. L-Istati Membri li jinnotifikaw skond l-Artikolu 12 għandhom jipprovdu d-dettalji kollha disponibbli. B'mod partikolari, in-notifika għandu jkun fiha t-tagħrif stabbilit fil-linji gwida riferiti fil-punt 8 u għall-inqas:

(a) it tagħrif li jgħin li jiġi indentifikat il-prodott;

(b) deskrizzjoni dwar ir-riskju involut, inkluż sommarju tar-riżultati ta' kull test/analiżi u tal-konklużjonijiet tagħhom li jkunu rilevanti sabiex jistmaw il-livell tar-riskju;

(ċ) in-natura u t-tul taż-żmien tal-miżuri jew l-azzjoni meħuda jew li tkun ittieħdet deċiżjoni dwarhom, jekk applikabbli;

(d) tagħrif dwar il-ktajjen tal-provvista u dwar id-distribuzzjoni tal-prodott, b'mod partikolari dwar il-pajjiżi tad-destinazzjoni.

Dan it-tagħrif irid jiġi trasmess bl-użu tan-notifika speċjali standard u bil-mezzi stabbiliti fil-linji gwida riferiti fil-punt 8.

Meta l-miżura nnotifikata skond l-Artikolu 11 jew l-Artikolu 12 tfittex li tillimita l-marketing jew l-użu ta' sustanza jew tħejjija kimiċi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu malajr kemm jista' jkun jew sommarju jew ir-referenzi għall-informazjoni rilevanti li jkollha x'taqsam mas-sustanza jew it-tħejjija kkunsidrati u mas-sostituti magħrufa u disponibbli, meta dan it-tagħrif ikun disponibbli. Għandhom jikkomunikaw ukoll l-effetti antiċipati tal-miżuri dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur flimkien ma' l-istima tar-riskju mwettqa skond il-prinċipju ġenerali tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanzi kimiċi kif riferit fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 793/93 [3] fil-każ ta' sustanza eżistenti jew fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 67/548/KEE [4] fil-każ ta' sustanza ġdida. Il-linji gwida riferiti fil-punt 8 għandhom jiddefinixxu d-dettalji u l-proċeduri għat-tagħrif mitlub f'dan ir-rigward.

4. Meta Stat Membru jkun għarraf lill-Kummissjoni, skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 12(1), dwar riskju gravi qabel ma jiddeċiedi li jadotta l-miżuri, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni fi żmien 45 jum jekk jikkomformax jew jimmodifikax dan it-tagħrif.

5. Il-Kummissjoni għandha, fl-inqas żmien possibbli, tivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar it-tagħrif irċevut taħt ir-RAPEX u tista', meta tikkunsidra li huwa meħtieġ u sabiex tistma s-sigurtà tal-prodott, twettaq investigazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha nfisha. Fil-każ ta' din l-investigazzjoni, l-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni bit-tagħrif mitlub bl-aħjar mod possibbli għalihom.

6. Ma' l-irċevuta ta' notifika riferita fl-Artikolu 12, l-Istati Membri huma mitluba li jgħarrfu lill-Kummissjoni, l-iktar tard sal-perjodu ffissat taż-żmien stabbilit fil-linji gwida riferiti fil-punt 8, b'li ġej:

(a) jekk il-prodott tqegħidx fis-suq fit-teritorju tagħhom;

(b) liema miżuri li jirrigwardaw il-prodott fil-kwistjoni jistgħu jadottaw fid-dawl taċ-ċirkostanzi tagħhom infushom, filwaqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet, inklużi kull stima tar-riskju li tiddifferixxi jew kull ċirkostanza speċjali oħra li jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħhom, b'mod partikolari n-nuqqas ta' azzjoni jew ta' segwiment;

(ċ) kull tagħrif rilevanti supplimentari li jkunu kisbu dwar ir-riskju involut, inklużi r-riżulati ta' kull testijiet u analiżijiet imwettqa.

Il-linji gwida riferiti fil-punt 8 għandhom jipprovdu kriterji preċiżi għalbiex jiġu nnotifikati il-miżuri limitati għat-territorju nazzjonali u għandom jispeċifikaw kif jiġu ttrattati n-notifiki li jirrigwardaw ir-riskji li jkunu kkunsidrati mill-Istat Membru li ma jmorrux lil hemm mit-territorju tiegħu.

7. l-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'kull modifika jew twarrib tal-miżura/i jew azzjoni/jiet fil-kwistjoni.

8. Il-Kummissjoni għandha tħejji u taġġorna regolarment, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15(3), il-linji gwida li jirrigwardaw il-ġestjoni tar-RAPEX mill-Kummisjoni u l-Istati Mmembri.

9. Il-Kummissjoni tista' tgħarraf lill-punti nazzjonali tal-kuntatt rigward il-prodotti li joħolqu riskji gravi, importati fil-Komuita u fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew esportati minnhom.

10. Ir-responsabbiltà rigeard it-tgħrif ipprovvdut taqa' fuq l-Istat Membru notifikatur.

11. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-funzjonment xieraq tas-sistema, b'mod partikolari l-klassifika u l-għoti ta' l-indiċijiet lin-notifiki skond il-grad ta' l-urġenza. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri dettaljati mil-linji gwida riferiti fil-punt 8.

[1] ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 13. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/38/KE (ĠU L 139, tal-10.6.2000, p. 28).

[2] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/37/KE (ĠU L 139, tal-10.6.2000, p. 25).

[3] ĠU L 84, tal-5.4.1993, p. 1.

[4] ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1/67. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/33/KE (ĠU L 136, tat-8.6.2000, p. 90).

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

IL-PERJODU TAŻ-ŻMIEN GĦAT-TRASPOŻIZZJONI U L-APPLIKAZZJONI TAD-DIRETTIVA MĦASSRA

(IMSEMMIJA FL-EWWEL SUBPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 22)

Id-Direttiva | Il-Perjodu taż-Żmien għat-Traspożizzjoni | Il-Perjodu taż-Żmien sabiex tinġieb li tiġi applikata |

Id-Direttiva 92/59/KEE | fid-29 ta' Ġunju 1994. | fid-29 ta' Ġunju 1994. |

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

IT-TABELLA TAL-KORRELAZZJONI

(IMSEMMIJA FIT-TIENI SUBPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 22)

Din id-Direttiva | Id-Direttiva 92/59/KEE |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 4 |

L-Artikolu 4 | — |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 7 | L-Artikolu 5(2) |

L-Artikolu 8 | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 9 | — |

L-Artikolu 10 | — |

L-Artikolu 11 | L-Artikolu 7 |

L-Artikolu 12 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 13 | L-Artikolu 9 |

L-Artikoli 14, 15 u 9 | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 16 | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 17 | L-Artikolu 13 |

L-Artikolu 18 | L-Artikolu 14 |

L-Artikolu 19 | L-Artikolu 15 |

L-Artikolu 20 | — |

L-Artikolu 21 | L-Artikolu 17 |

L-Artikolu 22 | L-Artikolu 18 |

L-Artikolu 23 | L-Artikolu 19 |

L-Anness I | — |

L-ANNESS II | L-ANNESS |

L-Anness III | — |

l-Anness IV | — |

--------------------------------------------------

Top