EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0091

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/91/KE tad-29 ta' Ottubru 2001 li tadatta għall-progress tekniku għat-tmien darba l-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (l-hexachloroethane) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 286, 30.10.2001, p. 27–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 026 P. 457 - 458
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 026 P. 457 - 458
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 026 P. 457 - 458
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 026 P. 457 - 458
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 026 P. 457 - 458
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 026 P. 457 - 458
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 026 P. 457 - 458
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 026 P. 457 - 458
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 026 P. 457 - 458
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 031 P. 176 - 177
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 031 P. 176 - 177

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/91/oj

32001L0091



Official Journal L 286 , 30/10/2001 P. 0027 - 0028


Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/91/KE

tad-29 ta' Ottubru 2001

li tadatta għall-progress tekniku għat-tmien darba l-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (l-hexachloroethane)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/90/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 2a tagħha, introdotta bid-Direttiva tal-Kunsill 89/678/KEE [3], u d-Direttiva 97/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' April 1997, li temenda għall-15-il darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar ir-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi [4],

Billi:

(1) Id-Direttiva 97/16/KE ipprojbiet l-użu ta' l-hexachloroethane fil-fabbrikazzjoni u l-proċessar ta' metalli mhux tal-ħadid filwaqt li ppermittiet, b'deroga, lill-Istati Membri li jippermettu fit-territorju tagħhom jkompli jkun użat, taħt kondizzjonijiet speċifiċi, fil-funderiji ta' l-aluminju mhux integrati u fil-produzzjoni ta' ċerti liegi tal-manjesju.

(2) Ma hemmx iktar bżonn ta' derogi u l-Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE għandu jiġi adattat għall-progress tekniku għall-hexachlorothane billi jitħassru d-derogi.

(3) Ir-restrizzjonijiet dwar l-użu ta' l-hexachloroethane stabbiliti b'din id-Direttiva jieħdu kont ta' l-istat kurrenti ta' tagħrif u tekniki li jirrigwardaw alternattivi xierqa.

(4) Din id-Direttiva ma taffettwax il-leġislazzjoni Komunitarja li tistabilixxi ħtiġiet minimi għall-protezzjoni ta' ħaddiema li tinstab fid-Direttiva tal-Kunsill 38/391/KEE [5] u fid-direttivi individwali bbażati fuqha, partikolarment id-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/38/KEE [7].

(5) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta' ostakoli tekniċi għall-kummerċ f'sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE huwa hawnhekk adattat għall-progress tekniku kif stabbilit fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mit-30 ta' Ġunju 2003.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-riferenza.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Ottubru 2001.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 24.

[2] ĠU L 283, tas-27.10.2001, p. 41.

[3] ĠU L 398, tat-30.12.1989, p. 24.

[4] ĠU L 116, tas-6.5.1997, p. 31.

[5] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

[6] ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1.

[7] ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 66.

--------------------------------------------------

ANNESS

Fl-Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE il-punt 41 għandu jiġi sostitwit bil-punt li ġej:

"41HexachloroethanCAS Nru 67-72-1EINECS Nru 2006664 | Ma jistax jintuża fil-fabbrikazzjoni jew l-ipproċessar ta' metalli mhux tal-ħadid." |

--------------------------------------------------

Top