EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0032

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/32/KE tat-8 ta’ Mejju 2001 li tirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva 92/76/KEE

OJ L 127, 9.5.2001, p. 38–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 032 P. 165 - 168
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 032 P. 165 - 168
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 032 P. 165 - 168
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 032 P. 165 - 168
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 032 P. 165 - 168
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 032 P. 165 - 168
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 032 P. 165 - 168
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 032 P. 165 - 168
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 032 P. 165 - 168
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 037 P. 108 - 111
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 037 P. 108 - 111

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/07/2008; Imħassar b' 32008R0690

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/32/oj

32001L0032



Official Journal L 127 , 09/05/2001 P. 0038 - 0041


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/32/KE

tat-8 ta’ Mejju 2001

li tirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva 92/76/KEE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju ta’ l-2000 dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għall-pjanti u prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1)(h) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mid-Danimarka, Greċja, Spanja, Franza, Irlanda, Italja, Awstrija, Portugall, Finlandja, Svezja u r-Renju Unit,

Billi:

(1) Taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE, ‘żoni protetti’ esposti għal riskji partikolari tas-saħħa tal-pjanti jistgħu jkunu mfissra u għalhekk jistgħu jkunu mogħtija protezzjoni speċjali taħt kondizzjonijiet kompatibbli mas-suq intern. Dawk iż-żoni kienu mfissra fid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/76/KEE tas-6 ta’ Ottubru 1992, li rrikonoxxiet żoni protetti esposti għal riskji partikolari tas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità [2] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/23/KE [3].

(2) Minn dak iż-żmien, kien hemm żviluppi sinifikanti fl-istatus tas-saħħa tal-pjanti ta’ xi wħud minn dawn iż-żoni inizjalment rikonoxxuti bħala żoni protetti għal dak li jirrigwarda l-organiżmi relevanti perikolużi.

(3) Minn informazzjoni mogħtija mid-Danimarka jidher li ma huwix iktar adegwat li tkun miżmuma ż-żona protetta li hija rikonoxxuta mid-Danimarka għal dak li jirrigwarda il-Bonisia tabaci Genn. (populazzjonijiet Ewropej) u l-virus tad-tadam li tbiel bit-tikkek.

(4) Ċerti dispożizzjonijiet dwar miżuri protettivi fil-Portugall kontra l-Gonipterus soutellatus Gyll. u fir-Renju Unit u fl-Irlanda kontra Pissodes spp. (Ewropew) għandhom ikunu modifikati sabiex jagħtu kont tad-distrubuzzjoni presenti ta’ dawn l-organiżmi fil-pajjiżi rispettivi.

(5) Minn informazzjoni mogħtija mir-Renju Unit u l-Isvezja jidher li wara r-riorganizzazzjoni tal-gvern lokali, id-deskrizzjoni kurrenti taż-żoni protetti rispettivi għal dak li għandu x’jaqsam mad-Dendrotonus micans Kugelan u Leptinotarsa decemlineata Say għandhom ikunu modifikati.

(6) Taħt id-Direttiva 92/76/KEE, l-Awstrija, l-Irlanda u r-reġjuni ta’ Apulia, Emilia-Romagna, Lombardia u Veneta fl-Italja kienu proviżorjament rikonoxxuti bħala żona protetta għal dak li jirrigwarda l-Envinia amylovora (Burr.) Winsl. et al għal perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Marzu 2001.

(7) Minn informazzjoni provduta mill-Irlanda jidher li r-rikonoxximent proviżorju taż-żoni protetti għall-Irlanda għal dak li jirrigwarda l-Envia amylovora (Burr.) Winsl. et al. għandu jkun estiż għal perjodu ieħor limitat.

(8) Minn informazzjoni provduta mill-Awstrija u l-Italja jidher li xi żoni fl-Awstrija u l-Italja ma għandhomx iktar rikonoxxuti bħala żoni protetti għal dak li jirrigwarda l-Envinia amyloovora (Burr.) Winsl. et al., mentri żoni oħra għandhom ikunu rikonoxxuti bħala żoni protetti għal dak li jirrigwarda l-Envinia amylovora (Burr.) Winsl et al. għal perjodu ieħor limitat.

(9) Minn informazzjoni provduta minn Franza jidher li xi żoni fi Franza ma għandhomx iktar ikunu rikonoxxuti bħala żoni protetti għal dak li jirrigwarda l-Envinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.

(10) Minn informazzjoni provduta mir-Renju Unit jidher li rikonoxximent proviżorja taż-żona protetta mir-Renju Unit għal dak li jirrigwarda l-virus tal-beet necrotic yellow vein għandu jkun estiż għal perjodu ieħor limitat.

(11) Huwa għalhekk meħtieġ li tkun modifikata l-għażla eżisenti taż-żoni protetti. Fl-interess taċ-ċarezza, lista ġdida ta’ dawk iż-żoni għandha tkun addottata. Id-Direttiva 92/76/KEE għandha għalhekk tkun revokata. Minħabba l-problemi kontinwi tas-saħħa tal-pjanti, din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ u tkun trasportata mill-iktar fis possiblbi.

(12) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Iż-żoni fil-Komunità elenkati fl-Anness huma b’dan rikonoxxuti bħala ‘żoni protetti’ msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva2000/29/KE, għal dak li jirrigwarda l-organiżmi perikolużi biswit l-ismijiet tagħhom fl-Anness.

Fil-każ tal-punt 2 ta’ (b), għall-Irlanda, għall-Italja (Emilia-Romagnia: provinċji ta’ Froli-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; Lombardia; Trentino-Alto Adige: provinċji awtonomi ta’ Balzano; Veneto), u għall-Awstrija (Burgenland, Karnten, Niederosterreich, Osttirol, Steiermark, Wien), iż-żoni msemmija huma rikonoxxuti sal-31 ta’ Marzu ta’ l-2002.

Fil-każ tal-punt 1 ta’ (d), iż-żona msemmija fir-Renju Unit hija rikonoxxuta sal-31 ta’ Marzu ta’ l-2002.

Artikolu 2

L-estensjoni tar-rikonoxximent ’l hinn mid-dati msemmija fl-Artikolu 1, u kull emenda għal-lista ta’ żoni protetti msemmija fl-Artikolu 1, għandhom ikunu magħmula skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 18 tad-Direttvia 2000/29/KE, waqt li jingħata kont tar-riżultati ta’ l-istħarriġ xieraq ibbażati fuq kondizzjonijiet tal-Komunità u sorveljati mill-esperti tal-Komunità.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-21 ta’ Mejju ta’ l-2001. Għandhom japplikawhom mit-22 ta’ Mejju ta’ l-2001. Għandhom minnufih jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal tali referenza għandha tkun addottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom immedjatament jikkommunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet essenzjali tal-liġi domestika li għandhom jaddottaw fil-qasam regolat b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Memnri l-oħra b’dan.

Artikolu 4

Id-Direttiva 92/76/KEE hija b’dan revokata b’effett mit-22 ta’ Mejju ta’ l-2001.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandha tapplika mit-22 ta’ Mejju ta’ l-2001.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Memnri.

Magħmula Brussel, fit-8 ta’ Mejju ta’ l-2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, pġ.1.

[2] ĠU L 305, tal-21.10.1992, pġ.12.

[3] ĠU L 103, tat-28.4.2000, pġ.72.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

ÆONI FIL-KOMUNITÀ IKONOXXUTI BĦALA 'ÆONI PROTETTI' GĦAL DAK LI JIRRIGWARDA ORGANIÆMI PERIKOLUÆI MNIÆÆLA BISWIT L_ISMIJIET TAGĦHOM

Organiżmi perikolużi | Żoni protetti: territorju ta' |

(a)Insetti, dud irqiq u nematodes, fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom

1.Anthonomus grandis (Bob.) | Greċja, Spanja (Andalusia, Catalonia, Extremadura, Murcia, Valencia) |

2.Bemisia tabaci Germ. (European populations) | Irlanda, Portugall (Alentejo, Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minbo, Madeira, Ribatejo e Oeste u Tras-os-Montes), Finlandja, Svezja, Renju Unit |

3.Cephalcia lariciphila (Klug.) | Irlanda, Renju Unit (Irlanda ta' Fuq, Isle of Man u Jersey) |

4.Dendroctonus micans Kugelan | Greċja, Irlanda, Renju Unit (Skozja, Irlanda ta' Fuq, Ġersi, Ingilterra: il-pajjiżi segwenti, distretti u awtoritajiet unitarji: Barnsley, Bath u l-Grigal ta' Somerset, Bedfordsbire, Bournemoutb, Bracknell Forest, Bradford, Bristol, Brigbton u Hove, Buckingbamsbire, Calderdale, Cambridgesbire, Cornwall, Cumbria, Darlington, Devon, Doncaster, Dorset, Durbam, East Riding of Yorksbire, Ilvant ta' Sussex, Essex, Gatesbead, Greater London, Hampshire, Hartlepool, Hertfordsbire, Kent, Kingston Upon Hull, Kirklees, Leeds, Leicester City, Lincolnsbire, Luton, Medway Council, Middlesbrougb, Milton Keynes, Newbury, Newcastle Upon Tyne, Norfolk, Nortbamptonsbire, Northumberland, Tramuntanta ta' Lincolnsbire, Grigal ta' Lincolnsbire, Tramuntana ta' Tyneside, Majjistral ta' Somerset, Nottingbam City, Nottingbamsbire, Oxfordsbire, Peterborough, Plymoutb, Poole, Portsmoutb, Reading, Redcar u Cleveland, Rocbdale, Rotberbam, Rutland, Sheffield, Slougb, Somerset, Soutbend, Southampton, Nofsinhar ta' Tyneside, Stockton-on-Tees, Suffolk, Sunderland, Surrey, Swindon, Thurrock, Torbay, Wakefield, Punent ta' Sussex, Windsor u Maidenbead, Wokingbam, York, the Isle of Man, the Isle of Wight, the Isles of Scilly, u l-partijiet li ġejjin tad-distretti tal-kontea u awtoritajiet unitarji: Derby City: dik il-parti ta' l-awtorità unitarja li tinsab fit-Tramuntana tal-konfini tat-Tramuntana tat-triq A52(T) flimkien ma' dik il-parti ta' l-awtorita' unitarja li tinstab fit-Tramuntana tat-triq A6(T); Derbysbire: dik il-parti tal-pajjiż li tinstab fit-Tramuntana tal-konfini tat-Tramuntana tat-triq A52(T), u dik il-parti tal-pajjiż li tinstab fit-Tramuntana tal-konfini tat-Tramuntana tat-triq A6(T); Gloucestersbire: dik il-parti tal-pajjiż li tinstab fil-Lavant tal-konfini tal-Lvant tat-triq Fosse Way Roman; Leicestersbire: dik il-parti tal-pajjiżi li tinstab fil-lvant tal-konfini tal-Lvant tat-triq Fosse Way Roman, flimkien ma' dik il-parti tal-pajjiż li tinstab fil-Lvant tal-konfini tal-Lvant tat-triq B4114, u dik il-parti tal-pajjiż li tinstab fil-Lvant tal-konfini tal-Lvant tat-triq għall-karrozzi MI; it-Tramuntant ta' Yorksbire: il-kontea sħiħa, ħlief dik il-parti li fiha d-distrett ta' Craven; Nofs in-Nhar ta' Gloucestersbire: dik il-parti ta' l-awtorita' unitarja li tinstab fin-Nofs in-Nhar tal-konfini tan-Nofs in-Nhar ta' M4; Warwickshire: dik il-parti tal-pajjiż li tinstab fil-Lvant tal-Lvant tal-konfini tat-triq Fosse Way Roman; Wiltsbire: dik il-parti tal-pajjiżi li tinstab fin-Nofs in-Nhar tan-Nofs in-Nhar tal-konfini tat-triq tal-karrozzi M4, u dik il-parti tal-pajjiż li tinstab fil-lvant tal-Lvant tal-konfini tat-triq Fosse Way Roman) |

5.Gilpinia hercyniae (Hartig) | Greċja, Irlanda, Renju Unit (Irlanda ta' Fuq, Isle of Man u Jersey) |

6.Globodera pallida (Stone) Behrens | Finlandja |

7.Goniptems scutellatus Gyll | Greċja, Portugall (Azores; distrett ta' Beja: concelbos kollha; distrett ta' LasteloBranco: concelbos de Lastelo Branco, Fundao u Penamacdr, Idanba-a-Nova; distrett ta' Evora bl-eċċezzjoni ta' concelbos de Montemor-O-Novo, Mora u Vendas Novas; distrett ta' Faro: concelbos kollha; distrett ta' Portalegre: concelbos de Arroncbes, Campo Maior, Elvas, Fronteira, Monforte u Sousel) |

8.Ips amitinus Eicbbof | Greċja, Franza (Corsica), Irlanda, Renju Unit. |

9.Ips cembrae Heer | Greċja, Irlanda, Renju Unit (Irlanda ta' Fuq u Isle of Man) |

10.Ips duplicatus Sablberg | Greċja, Irlanda, Renju Unit |

11.Ips sexdentatus Boerner | Irlanda, Renju Unit (Irlanda ta' Fuq u Isle of Man) |

12.lps typographus Heer | Irlanda, Renju Unit |

13.Leptinotarsa decemlineata Say | Spanja (Ibiza u Menorca), Irlanda, Portugall (Azores u Madeira), Finlandja (distretti ta' Aland, Hame, Kymi, Pirkanmaa, Satakunta, Turku, Uusimaa),Svezja (pajjiżi ta' Blekroge, Gotlands, Halland, Kalmar u Skane), Renju Unit |

14.Matsuccocus feytaudi Duc. | Franza (Corsica) |

15.Stemochetus mangiferae Fabricius | Spanja (Granada u Malaga), Portugall (Alentejo, Algarve u Madeira) |

16.Thaumetopoea pitypityocampa (Den Schiff.) | Spanja (Ibiza) |

(b)Bacteria

1.Curtobacterium flaccumfaciens pv. flaccumfaciens (Hedges) Col. | Greċja, Spanja, Portugall |

2.Erwinia amylovora (Burr.) Wirisl. et a1. | Spanja, Franza (Corsica), Irlanda, Italja (Abruzzi; Basilicata; Calabria; Campania; Emilia-Romagna: provinċji ta' Forh-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardy; Marche; Molise; Piedmont; Apulia; Sardinia; Sicily; Tuscany; Trentino-Alto Adige: awtonomi ta' Bolzano and Trento; Umbria; Valle d'Aosta; Veneto), Awstrija (Burgenland, Carinthia, Lower Austria, East Tyrol, Styria, Vienna), Portugall, Finlandja, Renju Unit (Irlanda ta' Fuq, Isle of Man u Channel Islands) |

(ċ)Fungi

1.Glomerella gossypii Edgerton | Greċja, |

2.Gremmeniella abietina Morelet | Irlanda, Renju Unit (Irlanda ta' Fuq), |

3.Hypoxylon mammatum (Wahl.)J. Miller | Irlanda, Renju Unit (Irlanda ta' Fuq), |

(d)Virus u organiżmi bħal tal-virus

1.Beet necrotic yellow vein virus | Danimarka, Franza (Brittany), Irlanda, Portugall (Azores), Finlandja, Svezja,Renju Unit, |

2.Tomato spotted wilt virus | Finlandja, Svezja |

3.Citrus tristeza virus (strains Ewropej) perikolużi għall-frott tas-Citrus L., Fortunella Swingle, Ponchos Raf., u l-ibridi tagħhom, bil-weraq u l- peduncles | Greċja, Franza (Corsica), Italja, Portugall |

--------------------------------------------------

Top