EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D2455

Id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 2001 li tistabbilixxi l-lista ta'sostanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika ta' l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KETest b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 331, 15.12.2001, p. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 006 P. 358 - 362
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 006 P. 358 - 362
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 006 P. 358 - 362
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 006 P. 358 - 362
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 006 P. 358 - 362
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 006 P. 358 - 362
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 006 P. 358 - 362
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 006 P. 358 - 362
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 006 P. 358 - 362
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 007 P. 249 - 253
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 007 P. 249 - 253
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 006 P. 78 - 82

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/2455/oj

32001D2455



Official Journal L 331 , 15/12/2001 P. 0001 - 0005


Id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ta' l-20 ta' Novembru 2001

li tistabbilixxi l-lista ta'sostanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika ta' l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Huma u jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta'l-4 ta' Mejju 1976 dwar it-tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità [4] u d-Direttivi adottati fl-istruttura tagħha bħalissa jirrappreżentaw l-aqwa strument Komunitarju għall-kontroll ta' l-emissjonijiet ta' sostanzi perikolużi minn punti stabbli jew imxerrda.

(2) Il-kontrolli tal-Komunità taħt id-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ġew sostitwiti, armonizzati u aktar żviluppati bid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi struttura għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politka ta' l-ilma [5],

(3) Taħt id-Direttiva 2000/60/KE miżuri speċifiċi għandhom jiġu adottati f'livell Komunitarju kontra t-tniġġis ta'l-ilma minn inkwinanti individwali jew minn gruppi ta' inkwinanti li jippreżentaw riskju sinifikanti għal jew permezz ta' l-ambjent akwatiku, inklużi riskji bħal dawn lil ilmijiet użati biex jinkiseb l-ilma tax-xorb. Dawn il-miżuri huma mmirati għat-tnaqqis progressiv u, għal sustanzi perikolużi prijoritarji, kif definiti fit-tieni sentenza tal-punt 30 ta'l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE, għall-eliminazzjoni jew għat-tnaqqis bil-mod ta'dawn l-effluwenti, l-emissjonijiet jew it-tnixxijiet fi żmien 20 sena mill-adozzjoni fil-livell Komunitarju, bl-għan aħħari, kif rikonoxxut fil-kuntest tal-kisba ta'l-għanijiet tal-ftehim internazzjonali relevanti, biex jintlaħqu konċentrazzjonijiet fl-ambjent Marittimu li javviċina l-valuri ta' l-isfond għas-sustanzi li jinsabu fin-natura u qrib iż-żero għas-sustanzi sintetiċi magħmula mill-bniedem. Bil-għan li jiġu adottati dawn il-miżuri, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita, bħala l-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE, lista tas-sustanzi prijoritarji, inklużi s-sustanzi prijoritarji perikolużi. Il-lista tħejjiet billi tqiesu r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2000/60/KE.

(4) Fil-każ ta' sustanzi li jinsabu fin-natura, jew li jinħolqu permezz ta' proċessi naturali, bħalma huma l-kadmju, il-merkurju u l-idrokarburi poliaromatiċi (PAHs), l-eliminazzjoni kompleta ta' l-emissjonijiet, l-effluwenti jew it-tnixxijiet mis-sorsi potenzjali huwa impossibbli. Meta d-direttivi relevanti jsiru, din is-sitwazzjoni għandha titqies kif imiss u l-miżuri għandhom ikunu mmirati għall-waqfien ta' l-emissjonijiet, l-effluwenti u t-tnixxijiet fl-ilma ta' dawk is-sostanzi prijoritarji perikolużi li jiġu mill-attivitajiet umani.

(5) Id-Direttiva 2000/60.KE tintroduċi fl-Artikolu 16(2) metodoloġija xjentifikament ibbażata għall-għażla tas-sustani prijoritarji skond ir-riskju sinifikanti tagħhom għal jew permezz ta' l-ambjent akwatiku.

(6) Il-metodoloġija spjegata fid-Direttiva 2000/60/KE tagħmel possibbli, bħala għażla mill-aktar prattika, l-applikazzjoni ta' proċedura ta' stima simplifikata bbażata fuq ir-riskju imsejsa fuq prinċipji xjentifiċi li jqisu b'mod partikolari:

- evidenza rigward il-perikolu intrinsiku tas-sustanza konċernata, u b'mod partikolari, l-ekotossiċità partikolari tagħha u t-tossiċità tagħha għall-bniedem meta jiġi espost għalihom permezz ta' rotot akwatiċi,

- l-evidenza mill-monitoraġġ ta' kontaminazzjoni ambjentali mifruxa,

- u fatturi oħra ppruvati li jistgħu jindikaw il-possibilità ta' kontaminazzjoni ambjentali mxerrda, bħalma hi l-produzzjoni, il-volum ta' l-użu u l-modalità ta' l-użu tas-sustanza konċernata.

(7) Il-Kummissjoni żviluppat, fuq din il-bażi, skema ta' ssettjar ta' prijorità bbażata fuq il-monitoraġġ u bbażata fuq l-immodellar (COMMPS), b'kollaborazzjoni ma' esperti tal-partijiet interessati, waqt li tinvolvi l-Kumitat Xjentifiku għat-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent, l-Istati Membri, il-pajjiżi ta'l-EFTA, l-Aġenzija Ewropea ta'l-Ambjent, l-assoċjazzjonijiet kummerċjali Ewropej inklużi dawk li jirrappreżentaw intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-organizzazzjonijiet ambjentali Ewropej.

(8) Il-Kummissjoni għandha tinvolvi fil-proċedura tal-COMMPS il-pajjiżi li huma kandidati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, waqt li tagħti prijorità lil dawk li mit-territorju tagħhom jgħaddu ilmijiet li jgħaddu wkoll minn, jew li jferrgħu fit-territorju ta' Stat Membru.

(9) Lista tal-bidu ta' 33 sustanza prijoritarja jew ta' gruppi ta' sustanzi ntgħażlet fuq il-bażi tal-proċedura COMMPS, wara diskussjoni pubblika miftuħa u trasparenti mal-partijiet interessati.

(10) L-adozzjoni bil-ħeffa ta' din il-lista hija ta' min jixtieqha biex issir possibbli l-implimentazzjoni fil-ħin u kontinwa tal-kontrolli Komunitarji ta' sustanzi perikolużi u ta' ħsara skond l-istrateġija stabbilita fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE, b'mod partikolari l-proposta għall-kontrolli kif spjegata fl-Artikolu 16(6) u l-proposti għall-istandards ta'kwalità kif spjegati fl-Artikolu 16(7) biex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva.

(11) Il-lista tas-sustanzi prijoritarji adottata taħt din id-Deċiżjoni għandha tissostitwixxi l-lista ta' sustanzi fil-Komunikazzjoni tal-Kummisssjoni lill-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1982 dwar is-sustanzi perikolużi li jistgħu jiġu inklużi fil-Lista 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE [6].

(12) Skond l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, l-identifikazzjoni tas-sustanzi perikolużi teħtieġ li titqies l-għażla tas-sustanzi ta' tħassib fil-leġislazzjoni Komunitarja relevanti rigward is-sustanzi perikolużi jew il-ftehim internazzjonali relevanti. Is-sustanzi perikolużi jiġu definiti f'dik id-Direttiva bħala sustanzi jew gruppi ta' sustanzi li "ma jkunux tossiċi jew li aktarx ma jakkumulawx bijoloġikament, u sustanzi jew gruppi oħra li jqanqlu livell ekwivalenti ta' tħassib".

(13) Il-ftehim inernazzjonali ta' relevanza jinkludi inter alia l-Konvenzjoni OSPAR għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent Marittmu tal-Grigal ta' l-Atlantiku, il-Konvenzjoni HELCOM għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent Marittmu tal-Baħar Baltiku, il-Konvenzjoni ta' Barċellona għall-Protezzjoni tal-Baħar Mediterran kontra t-Tniġġis, il-Konvenzjonijiet adottati fi ħdan l-Organizzazzjoni Internazzjonali, il-Konvenzjoni UNEP kontra Inwinanti Organiċi Persistenti u l-Protokoll dwar l-Inkwinanti Organiċi Persistenti tal-Konvenzjoni UN-ECE dwar it-Tniġġis ta'l-Arja Transkonfinanti fuq Medda Twila.

(14) L-għażla ta' sustanzi prijoritarji u l-identifikazzjoni ta' sustanzi prijoritarji perikolużi immirati għat-twaqqif ta' kontrolli dwar l-emissjoni, l-effluwenti u t-tixxijiet sa jikkontribwixxu għall-għanijiet u għall-impenji Komunitarji skond il-konvenzjonijiet internazzjonali għall-protezzjoni ta'l-ibħra marittimi, b'mod partikolarti għall-implimentazzjoni ta'l-Istrateġija fir-rigward ta' sustanzi perikolużi adottata fil-Laqgħa Ministerjali OSPAR taħt il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta'l-ambjent marittmu fil-Grigal ta'l-Atlantiku skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/249/KE [7].

(15) L-identifikazzjoni ta' sustazi prijoritarji perikolużi fil-lista ta' sustanzi prijoritarji għandha ssir fir-rigward, inter alia, ta' sustanzi perikolużi miftiehma għall-fażi eliminatorja jew għall-waqfien ta'l-effluwenti, l-emissjonijiet u t-tnixxijiet fil-ftehim internazzjonali, bħalma huma s-sustanzi perikolużi li hemm ftehim dwarhom fil-fażi eliminatorja fil-fora internazzjonali inklużi l-IMO, l-UNEP jew l-UN-ECE; sustanzi perikolużi li hemm ftehim dwarhom għall-waqfien ta' efflwenti, emissjonijiet tnixxijiet bħala prijorità tal-Konvenzjoni OSPAR, inklużi sustanzi perikolużi identikati mis-Selezzjoni I [8] jew III [9] taħt l-Istrateġija OSPAR DYAMEC; sustanzi perikolużi li jqanqlu "livell ekwivalenti ta' tħassib" bħala sustanzi li huma persistenti, velenużi jew li aktarx jakkumuluaw bijoloġikament (PTB's), bħalma huma l-edocrine disruptors; u metalli tqal inklużi fil-Protokoll dwar il-Metalli Tqal tal-Konvenzjoni UNE-CE fuq it-Tniġġis Transkonfinanti ta'l-Arja fuq Medda Twila u magħżula għall-azzjoni prijoritarja taħt l-OSPAR 1998 u 2000 li jqanqlu "livell ekwivalenti ta' tħassib" bħala PTB's.

(16) Biex il-miżuri fil-ġlieda kontra t-tniġġis ta'l-ilma jsiru aktar effettivi, il-Kummissjoni għandha tippromwovi s-sinkronizzazzjoni tar-riċerka u tal-konklużjonijiet effettwati fl-istruttura tal-Konvenzjoni OSPAR u tal-Proċedura COMMPS.

(17) Il-proċedura COMMPS hija ddisinjata bħala strument dinamiku għall-prijoritizzazzjoni ta' sustanzi perikolużi u ta'ħsara li hija suxxettibbli għal titjib u żvilupp kontinwu bil-għan ta' reviżjoni u adattazzjoni ta'l-ewwel lista ta' sustanzi prijoritarji mhux aktar tard minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva KE 2000/60 u talanaqas kull erba' snin minn hemm 'il quddiem. Biex jiġi żgurat li s-sustanzi potenzjaliment prijoritarji jitqiesu mill-proċess ta' għażla li jmiss, huwa essenzjali li ebda sustanza ma tiġi eskluża sistematikament, li l-aħjar tagħrif dosponibbli jitqies, u li l-kimiki u l-pestiċidji kollha fis-suq ta'l-EU u s-sustanzi kollha identifikati bħala "ta' ħsara" mill-OSPAR jiġu inkużi fil-proċess ta'l-għażla.

(18) L-effettività tal-COMMPS tiġi l-aktar stabbilita mid-disponibilità tad-data. Il-leġislazzjoni preżenti fuq is-sustanzi kimiċi nstabet li tbati minn nuqqas kbir ta' data. L-iskop tad-Direttiva 2000/60 KE jista' jintlaħaq kollu kemm hu biss jekk tiġi żgurata disponibilità sħiħa billi tiġi riveduta l-leġislazzjoni Komunitarja fuq is-sustanzi kimiċi.

(19) Ir-referenza għall-proċedura COMMPS ma tipprekludix il-possibiltà li l-Kummissjoni tista' tuża metodi biex tiġi stmata l-ħsara ta' ċerti sustanzi li diġà ġew żviluppati jew użati f'miżuri oħra kontra t-tniġġis.

(20) B'konformità ma' l-Artikolu 1(ċ) tad-Direttiva 2000/60/KE, ir-reviżjoni futura tal-lista tas-sustanzi prijoritarji taħt l-Artikolu 16(4) ta' dik id-Direttiva sa jikkontribwixxu għall-waqfien ta' l-emissjonijiet, l-effluwenti u t-tnixxijiet tas-sustanzi kollha ta' ħsara sa l-2020 billi progressviament iżidu mal-lista aktar sustanzi.

(21) Matul ir-reviżjoni u l-adattazzzjjoni tal-lista tas-sustanzi prijoritarji, b'żieda mal-proċedura COMMPS aktar żviluppata, għandhom jitqiesu bħala approprjati r-riżultati tar-reviżjonijiet taħt id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti [10], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti [11], id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE tas-16 ta' Frar 1998 rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bioċidi [12] u possibilment informazzjoni xjentifika oħra mir-reviżjoni tad-direttivi eżistenti jew ta' dawk ġodda, b'mod partikolari fi ħdan l-istruttura tal-leġislazzjoni fuq il-kimilki. Reviżjonijiet duplikati ta' sustanzi għandhom jiġu evitati minħabba l-ispejjeż involuti. Filwaqt li jiġu adattati l-listi għandu jkun possibbli li tiġi stabbilita pożizzjoni prijoritarja inferjuri kif ukoll li sustanza titqiegħed f'kategorija ogħla

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta' sustanzi prijoritarji inklużi s-sustanzi identifikati bħala sustanzi prijoritarji ta' ħsara, kif previst fl-Artikolu 16(2) u (3) tad-Direttiva 2000/60/KE, qiegħda b'hekk tiġi adottata. Din il-lista, kif tidher fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, għandha tiżdied mad-Direttiva 2000/60/KE bħala l-Anness X.

Artikolu 2

Il-lista ta' sustanzi prijoritarji stabbiliti minn din id-Deċiżjoni għandha tissostitwixxi l-lista ta' sustanzi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ġunju 1982.

Artikolu 3

Biex jiġi żgurat li jitqiesu s-sustanzi potenzjali kollha, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data relatata ma' sustanzi u espożizzjoni li tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura COMMPS tkun disponibbli.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Dan id-Deċiżjoni qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 2001.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

A. Neyts-Uyttebroeck

[1] ĠU C 177 E, tas-27.6.2000, p. 74 u ĠU C 154 E, tad-29.5.2001, p. 117.

[2] ĠU C 268, tad-19.9.2000, p. 11.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Mejju 2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Ottubru 2001.

[4] ĠU L 129, tat-18.5.1976, p. 23. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/60/KE (ĠU L 327, tat-22.12.2000, p.1).

[5] ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 1.

[6] ĠU C 176, ta' l-14.7.1982, p. 3.

[7] ĠU L 104, tat-3..4.1998, p. 1.

[8] Mhux inerentement biogradabbli u log Kow (octanol-water coefficient < = 5 jew BCF (bioconcentration factor) < = 5000 u acute aquatic toxicity < = 0,1 mg/l jew mammalian CMR (karċinoġeniċità, mutaġeniċità u tossiku għar-riproduzzjoni).

[9] Mhux inerentement biogradabbli u log Kow < = 4 or BCF < = 500 u tossiċità akwatika akuta < = 1 mg/l jew CMR mammalja).

[10] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/49/KE (ĠU L 176, tad-29.6.2001, p.1).

[11] ĠU L 84, tal-5,4,1993, p. 1.

[12] ĠU L 123, ta' l-24.4.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS X

LISTA TA' SUSTANZI PRIJORITARJI FIL-QASAM TAL-POLITIKA TA'L-ILMA [1]

| in-numru SAK | in-numru UE | L-isem tas-sustanza prijoritarja | Identifikata bħala sustanza ta' ħsara |

(1) | 15972-60-8 | 240-110-8 | Alachlor | |

(2) | 120-12-7 | 204-371-1 | Anthracene | X |

(3) | 1912-24-9 | 217-617-8 | Atrazine | (X) |

(4) | 71-43-2 | 200-753-7 | Benżina | |

(5) | mhix applikabbli | mhix applikabbli | Brominated diphenylethers | X |

(6) | 7440-43-9 | 231-152-8 | Il-kadmju u l-komposti tiegħu | X |

(7) | 85535-84-8 | 287-476-5 | C10-13-chloroalkanes | X |

(8) | 470-90-6 | 207-432-0 | Chlorfenvinphos | |

(9) | 2921-88-2 | 220-864-4 | Chlorpyrifos | (X) |

(10) | 107-06-2 | 203-458-1 | 1,2-Dichloroethane | |

(11) | 75-09-2 | 200-838-9 | Dichloromethane | |

(12) | 117-81-7 | 204-211-0 | Di(2-ethylhexyl)phthalate (DEHP) | (X) |

(13) | 330-54-1 | 206-354-4 | Diuron | (X) |

(14) | 115-29-7 | 204-079-4 | Endosulfan | (X) |

| 959-98-8 | mhix applikabbli | (alpha-endosulfan) | |

(15) | 206-44-0 | 205-912-4 | Fluoranthene | |

(16) | 118-74-1 | 204-273-9 | Hexachlorobenzene | X |

(17) | 87-68-3 | 201-765-5 | Hexachlorobutadiene | X |

(18) | 608-73-1 | 210-158-9 | Hexachlorocyclohexane | X |

| 58-89-9 | 200-401-2 | (gamma-isomer, Lindane) | |

(19) | 34123-59-6 | 251-835-4 | Isoproturon | (X) |

(20) | 7439-92-1 | 231-100-4 | Iċ-ċomb u l-komposti tiegħu | (X) |

(21) | 7439-97-6 | 231-106-7 | Il-merkurju u l-komposti tiegħu | X |

(22) | 91-20-3 | 202-049-5 | In- naftalina | (X) |

(23) | 7440-02-0 | 231-111-4 | In-nikil u l-komposti tiegħu | |

(24) | 25154-52-3 | 246-672-0 | Nonylphenols | X |

| 104-40-5 | 203-199-4 | (4-(para)-nonylphenol) | |

(25) | 1806-26-4 | 217-302-5 | Octylphenols | (X) |

| 140-66-9 | mhix applikabbli | (para-tert-octylphenol) | |

(26) | 608-93-5 | 210-172-5 | Pentachlorobenzene | X |

(27) | 87-86-5 | 201-778-6 | Il-pentaklorofenol | (X) |

(28) | mhix applikabbli | mhix applikabbli | Polyaromatic hydrocarbons | X |

| 50-32-8 | 200-028-5 | (Benzo(a)pyrene), | |

| 205-99-2 | 205-911-9 | (Benzo(b)fluoranthene), | |

| 191-24-2 | 205-883-8 | (Benzo(g,h,i)perylene), | |

| 207-08-9 | 205-916-6 | (Benzo(k)fluoranthene), | |

| 193-39-5 | 205-893-2 | (Indeno(1,2,3-cd)pyrene) | |

(29) | 122-34-9 | 204-535-2 | Simazine | (X) |

(30) | 688-73-3 | 211-704-4 | Tributyltin compounds | X |

| 36643-28-4 | mhix applikabbli | (Tributyltin-cation) | |

(31) | 12002-48-1 | 234-413-4 | Trichlorobenzenes | (X) |

| 120-82-1 | 204-428-0 | (1,2,4-Trichlorobenzene) | |

(32) | 67-66-3 | 200-663-8 | Trichloromethane (Chloroform) | |

(33) | 1582-09-8 | 216-428-8 | Trifluralin | (X) |

"

--------------------------------------------------

Top