EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0633

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Awissu 2001 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Uganda. (notifikata bid-dokument numru K(2001) 2524)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 221, 17.8.2001, p. 45–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 006 P. 180 - 184
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 006 P. 180 - 184
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 006 P. 180 - 184
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 006 P. 180 - 184
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 006 P. 180 - 184
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 006 P. 180 - 184
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 006 P. 180 - 184
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 006 P. 180 - 184
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 006 P. 180 - 184
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 007 P. 145 - 149
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 007 P. 145 - 149

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/633/oj

32001D0633



Official Journal L 221 , 17/08/2001 P. 0045 - 0049


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-16 ta' Awissu 2001

li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Uganda.

(notifikata bid-dokument numru K(2001) 2524)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2001/633/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 97/79/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Billi:

(1) Espert tal-Kummissjoni mexxa żjara ta' ispezzjoni fl-Uganda biex jivverifika l-kondizzjonijiet li taħthom il-prodotti tas-sajd huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lejn il-Komunità.

(2) Id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' l-Uganda dwar l-ispezzjoni tas-sanità u l-monitoraġġ tal-prodotti tas-sajd jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE.

(3) B'mod partikolari "d-Dipartiment tar-Riżorsi tas-Sajd (DFR) tal-Ministerju ta' l-Agrikoltura, l-Industriji ta' l-Annimali u s-Sajd" għandu l-kapaċità li jivverifika b'mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ.

(4) Il-modalitajiet għall-kisba taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandhom jinkludu d-definizzjoni ta' ċertifikat mudell, il-ħtiġiet minimi inkwantu għal-lingwa/i li biha/bihom għandu jinkiteb u l-istatus tal-persuna mogħtija s-setgħa li tiffirmah.

(5) Skond l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, marka għandha titwaħħal mal-pakketti tal-prodotti tas-sajd li turi l-isem tal-pajjiż mhux membru u n-numru ta' l-approvazzjoni/reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment, bastiment, ħażna ta' oġġetti fil-friża jew bastiment bil-friżer ta' l-oriġini, barra minn ċerti prodotti ffriżati.

(6) Skond l-Artikolu 11(4(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandu jitfassal elenku ta' stabbilimenti, bastimenti, jew ħażniet ta' oġġetti fil-friża li huma approvati, u għandu jitfassal ukoll elenku ta' bastimenti bil-friżer mgħammra skond il-punti 1 sa 7 ta' l-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE [3]. Dawn l-elenki għandhom jitfasslu fuq il-bażi ta' komunikazzjoni mid-DFR għall-Kummissjoni. Ikun għalhekk għal DFR li jiżgura li d-dispożizzjonijiet stabbiliti għal dak il-fini fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE jitħarsu.

(7) Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-kontrolli sanitarji ta' ħaddiema li jmissu l-prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum uman, kif stabbilit fil-Kapitolu III, punt II(B) ta' l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE. Ikun, għalhekk, neċessarju li ssir referenza speċifika fiċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkompanja l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mill-Uganda.

(8) Id-DFR tat assigurazzjonijiet uffiċjali dwar l-osservanza tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu V ta' l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE u dwar it-twettiq tal-ħtiġiet iġjeniċi ekwivalenti għal dawk stabbiliti minn dik id-Direttiva.

(9) Id-DFR tat ukoll garanziji li l-prodotti tas-sajd maqbuda fil-lag Victoria jkunu soġġetti għall-kontrolli xierqa biex tkun osservata, b'mod partikolari, il-preżenza ta' pestiċidi. L-awtoritajiet ta' l-Uganda jiggarantixxu s-sigurtà tal-prodotti tas-sajd maqbuda fil-lag Victoria u maħsuba li jkunu importati fil-Komunità Ewropea.

(10) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

"Id-Dipartiment tar-Riżorsi tas-Sajd (DFR) tal-Ministerju ta' l-Agrikoltura, l-Industriji ta' l-Annimali u s-Sajd" għandu jkun l-awtorità kompetenti fl-Uganda biex jivverifika u jiċċertifika l-osservanza tal-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li joriġinaw fl-Uganda għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. Kull kunsinna għandha tkun akkompanjata minn ċertifikat tas-saħħa oriġinali li jkun numerat, kompletat, iffirmat u ddatat b'mod korrett u magħmul minn folja waħda skond il-mudell fl-Anness A għal dan.

2. Il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti, bastimenti jew ħażniet ta' oġġetti fil-friża approvati minn bastimenti bil-friżer reġistrati elenkati fl-Anness B għal dan.

3. Ħlief għal każ ta' prodotti tas-sajd bil-kwantità ffriżati u maħsuba għall-manifattura ta' ikel priservat, il-pakketti kollha għandhom iġibu l-kelma "UGANDA" u n-numru ta' approvazzjoni/reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment, il-bastiment, il-ħażna ta' oġġetti fil-friża jew il-bastiment bil-friżer ta' l-oriġini f'ittri li ma jitħassrux.

Artikolu 3

1. Iċ-ċertifikati kif imsemmija fl-Artikolu 2 punt 1 għandhom jitfasslu mill-anqas f'lingwa waħda uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn isiru l-kontrolli.

2. Iċ-ċertifikati għandhom iġibu l-isem, il-kapaċità u l-firma tar-rappreżentant tad-DFR u t-timbru uffiċjali ta' dan ta' l-aħħar f'kulur differenti minn dak ta' dikjarazzjonijiet oħra.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/493/KE4 [4] hija b'din imħassra.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-60 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lejn l-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Awissu 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41.

[4] ĠU L 199, tal-5.8.2000, p. 84.

--------------------------------------------------

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

ELENKU TA' L-ISTABBILIMENTI U L-BASTIMENTI

PP : Impjant ta' l-ipproċessar.

ZV : Bastiment bil-friżer.

Nru. ta' approvazzjoni | Isem | Belt/Reġjun | Kategorija |

U03/94 | Gomba Fishing Industries Ltd | Jinja | PP |

U04/95 | Ngenge Limited | Kampala | PP |

U05/96 | Hwan Sung Ltd | Kampala | PP |

U06/96 | Uganda Fish Packers Ltd | Kampala | PP |

U08/96 | Byansi Fisheries Co. Ltd | Kalisizio | PP |

U02/94 | Greenfields (U) Ltd | Kampala | PP |

--------------------------------------------------

Top